Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa r-rapport dwar is-settur turistiku mill-kumpannija 'Stevens and Associates'?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lillOnor. Interpellant li rrapport dwar issettur turistiku millkumpanija 'Stevens and Associates' ma ġiex ikkummissjonat millMinisteru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li s-servizz tal-hovermarine għal dareba oħra reġa' ġie sospiż proprju fil-peak tas-sajf?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-servizz tal-Katamaran ġie sospiż minħabba ħsarat tekniċi fil-makkinarju.
Il-kumpanija Gozo Channel qegħda tistenna li jaslu l-ispare parts neċessarji biex tissewwa l-ħsara.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb u jagħti d-direttivi neċessarji sabiex floodlight li hemm quddiem il-bieb bin-numru 19, St Joseph Square, Qala, Għawdex, titneħħa minħabba inkonvenjent kbir li qiegħda tikkawża?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta jasalli ilment komuni li jkollu x'jaqsam ma' l-operat ta' azjenda mhix fil-prattika tiegħi li nagħti direttivi, iżda nippreferi li nirreferi tali ilment sabiex jiġi investigat.
In vista ta' dan, it-talba ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jikkonferma li riċentement ġie aggredit u msawwat pulizija li kien stazzjonat fl-għassa ta' Sannat, Għawdex?
Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi kriminali kontra din il-persuna li ssawwat lil dan il-pulizija?
U jekk il-pulizija kkonċernat minbarra is-swat li qala' ġiex fil-fatt trasferit u tneħħa mill-għassa ta' Sannat, Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-inċident li seħħ fejn l-iskola primarja ta` Sannat, nhar l-10 ta` Mejju 2000, ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha rapporti konflinenti fis-sens illi kemm il-kuntistabbli kif ukoll il-persuna nvoluta allegaw li kienet il-parti l-oħra li aggrediet. Għalhekk ser jittieħdu proċeduri fil-Qorti kontra ż-żewġ partijiet. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-kuntistabbli nvolut baqa` stazzjonat fejn kien sa mill-1993, jiġifieri fid-Distrett t`Għawdex. Pero` dan ma baqax ikun assenjat xogħol fir-raħal ta` Sannat sabiex ikunu evitati inċidenti.
Għawdex — Pjazza San Franġisk/Triq Dr Anton Tabone
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-kuntrattur Malti li ħadem fuq il-paviment tal-Pjazza San Franġisk u Triq Dr Anton Tabone għadu sal-lum ma tħallasx?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17555?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f`Għawdex hemm 25 dgħajsa liċenzjati biex jagħmlu `tours`.
Jien infurmat ukoll li l-`jeeps` huma meqjusa bħala karozzi `self drive` u għalhekk jistgħu jintużaw mill-kerrej skond kif irid hu.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li l-infurzar tal-liġi hija fil-kompitu tal-pulizija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm swew it-traffic lights li kienu ġew installati fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex? Jekk din l-amministrazzjoni ma kenitx taqbel ma' l-installazzjoni ta' l-istess traffic lights, fl-inkroċju ta' Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex, x'inhi r-raġuni li ma tneħħewx biex jiġu wżati x'imkien ieħor u tħallew jiġu distrutti u imfarrka ftit ftit mit-traffiku?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin liċenzjati f'Malta u f'Għawdex biex jagħmlu tours bil-jeeps u bid-dgħajjes?
Peress li qegħdin isiru ħafna abbużi, anki minn barranin li mingħajr il-liċenzji neċessarji qegħdin xorta waħda joperaw għas-skapitu ta' dawk li għandhom il-permessi kollha, jista' l-Ministru jagħti istruzzjonijiet biex dan l-abbuż jinqata'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li dawn il-liċenzji ma jinħarġux mill-Pulizija. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jiġi proċessat il-file Z 1133/98 li jikkonċerna ftuħ ta' ħanut fix-Xlendi, Għawdex u dan peress li l-individwu kkonċernat ilu 'l fuq minn sentejn li applika biex jiftaħ bar fil-bajja tax-Xlendi, Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħti aktar tagħrif dwar l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant peress li jien infurmat li ma hemmx applikazzjonijiet bin-numru kif muri fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa tal-boll u capital gains taxes f'Għawdex xahar b'xahar minn Settembru 1998 sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ammont ta` taxxa tal-boll u capital gains taxes li nġabret f`Għawdex xahar b`xahar minn Setembru 1998 sal-lum.
Jista' l-Ministru jara li ssir ġustizzja mal-ħames linesmen Għawdxin li daħlu jaħdmu mal-Korporazzjoni Enemalta, qegħdin jaħdmu fuq id-distrett ta' Tas-Sliema u qed ikollhom il-paga mnaqqsa b'Lm44 kull ħmistax-il ġurnata għax jaslu għax xogħol fis-7.15 am minflok fis-7.00 a.m.? Jista' l-Ministru jara mhux biss li dan ma jseħħx għaliex l-istess regola ma tapplikax għall-Maltin li jmorru għal xi ġurnata (mhux kuljum) Għawdex, imma wkoll li dawn jiġu provduti bi trasport miċ-Ċirkewwa u mhux jikru karozza kull darba?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta biex tinfurmani bid-dettalji kollha tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa miżżewġin fully employed f'Malta u Għawdex?
Kemm minnhom huma breadwinners?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li skond ir-records miżmuma mill-ETC hemm 14,573 mara miżżewġa jaħdmu f'Malta u Għawdex. Ta' min jgħid li, peress li ma jeżisti ebda obbligu, la fuq min iħaddem u l-anqas fuq il-ħaddiema li jirrapurtaw lill-ETC tibdil fl-istat ċivili tal-ħaddiema, din l-istatistika tista' ma tkunx preċiża.
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi approvati u l-pjanti relattivi għar-rigward ta' St.James Cavalier?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi approvati (PA 1571/96, PA 2811/96, PA 5247/96, PA 6002/96) u l-pjanti relattivi għar-rigward ta' St. James Cavalier.
Jista' l-Ministru jgħid fil-qasam edukattiv, kemm huwa l-ammont li ġie vvotat għal Għawdex għal din is-sena mill-gvern preżenti? X'persentaġġ huwa l-ammont hekk ivvotat mill-ammont totali li ġie vvotat din is-sena fil-qasam edukattiv għall-gzira ta' Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ammonti ivvutati għall-qasam ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex għal din is-sena kienu ta' Lm4,549,590 Rikorrenti u Lm185,000 Kapitali. Il-persentaġġ ta' l-ammonti vvutati għal Għawdex ma' dak ta' Malta huwa ta' 10.33%.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għal darba oħra t-trip ta' l-10.00 p.m. miċ-Ċirkewwa reġa' ma sarx u l-vapur telaq miċ-Ċirkewwa fil-11.30 p.m.?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fit-30 ta' Mejju 2000, il-vapur M/v Ċittadella telaq miċ-Ċirkewwa fit-08.45 ta' filgħaxija skond l-iskeda, iżda ma setax jidħol fil-port ta' l-Imġarr għax il-moll kien għadu okkupat mill-vapur M/v Calypso li kien għadu jistenna l-wasla ta' l-istatwa tar-Redentur ta' l-Isla li kien ser jinġieb lura lejn Malta fuq trip speċjali.
Minħabba dan id-dewmien, il-vapur M/v Ċittadella spiċċa li rabat mall-moll ta' l-Imġarr fl-10.00 ta' bil-lejl u għaldaqstant, it-trip tad-9.30 ta' filgħaxija mill-Imġarr u t-trip ta' l-10.00 ta' bil-lejl miċ-Ċirkewwa kellhom jitħassru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li DNA tests ma jsirux fil-laboratorju forensiku, meta llum hemm n-neċessita' li dawn it-testijiet isiru f'Malta stess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-laboratorju forensiku tal-pulizija m`għandux u qatt ma kellu l-apparat meħtieġ sabiex isiru t-testijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant. Iżda s`issa ma nstabet l-ebda diffikulta biex meta jkun hemm bżonn kampjun jintbagħat barra minn Malta f`laboratorju approvat biex isiru t-testijiet hemmhekk.