Ministeru għal Għawdex — Tenders u Quotazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inħarġu tenders u kwotazzjonijiet f'kull sezzjoni jew uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha mill-1 ta' Jannar, 1998 sa Ottubru 2000?
Għal liema servizzi eċċ inħarġu, kemm kien il-prezz ta' kull waħda? Lil min ingħataw jew ġew offruti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Linformazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'kera kuljum qiegħda tiswa t-tinda li saret fuq il-moll ta' l-Imġarr f'Għawdex biex isservi ta' shelter għall-passiġġieri?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li din it-tinda hija proprjeta' tal-Kumpanija Gozo Channel u nxtara wara sejħa għall-offerti li saret fit-30 ta' Marzu li għadda.
Għaldaqstant mhi qed titħallas ebda kera fuq l-imsemmija tinda.
Tista' l-Ministru tgħid meta se ssir it-tieni parti ta' l-intervista għall-post ta' kok fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex meta l-ewwel parti ta' l-istess intervista kienet saret madwar sena ilu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li wara li saret l-ewwel parti ta’ l-intervista għall-post ta’ kok fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex irriżulta li c-chairman ma kienx f’pożizzjoni li jiffirma l-formola PSC N.6 peress li kien koordinatur u għalliem f'istituzzjoni ta' taħriġ fejn wieħed millapplikanti kien tħarreġ. Wara li saru l-proċeduri neċessarji mal-Kummisjoni dwar is-Servizz Pubbliku, reġa’ inħatar bord ġdid li ser jerġa jagħmel l-intervisti mill-ġdid fil-ġranet li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema postijiet vakanti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ħarġu sejħiet għal applikazzjonijiet mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-aħħar ta' Ottubru, 2000?
Kemm kien kemm applikanti u min minnhom intgħażel/u biex jimla' dawn il-postijet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond il-lista annessa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba kien verifikat is-sick leave ta' l-impjegati governattivi Għawdxin f'kull uffiċċju jew sezzjoni li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha mill-1997 sa l-aħħar t'Ottubru 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Linformazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kif u kemm intefqu flus sa l-aħħar t'Ottubru 2000 mill-voti kapitali ta' kull sezzjoni li taqa' taħt id-dekasteru tagħha? Kemm kienu l-ammonti vvutati f'kull vot?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li sa laħħar t'Ottubru 2000 intefaq lammont ta' Lm961,009 millvot kapitali talMinisteru għal Għawdex, skond illista annessa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il talba għal tiswijiet f'apparatamenti tal-gvern f'Għawdex saret quddiem l-uffiċċju tal-housing f'Għawdex mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Ottubru, 2000? Kemm minnhom ġew attwati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li lUffiċċju għallAkkomodazzjoni Soċjali ta' Għawdex għandu żewġ ħaddiema assenjati xxogħol ta' tiswija u manutenzjoni flappartamenti msemmija. Għaldaqstant, ħafna xogħol issir millewwel. IdDirettur talCustomer Services bħalissa għandu 10 talbiet li għadhom pendenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex tixtri id-dar residenzjali tagħha fil-Belt li d-dettalji tal-post qed jintbagħtu separatament (Ref number 6HA84/2000)
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkwilin ta' dan il-post mhux il-persuna indikata.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għad baqa' għalliema neqsin fl-iskola post sekondarja Sir Mikelang Refalo, Rabat, Għawdex? Tista' tgħid x'inhuma s-suġġetti li għalihom l-istudenti għadhom mingħajr għalliema? Għal liema raġuni l-vakanzi li jeżistu f'dawn is-suġġetti għadhom ma mtlewx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-suġġetti li għalihom listudenti ta' liskola postsekondarja Sir M A Refalo għadhom mingħajr għalliema huma lBioloġija, Soċjoloġija, Pure Maths u Ekonomija. Qiegħed isir kull sforz biex jinstabu għalliema kwalifikati f'dawn issuġġetti.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni illi l-lezzjonijet għall-istudenti fl-iskola post sekondarja Sir Mikelanġ Refalo, Għawdex, bdew ġimgħa tard? Tista' tgħid jekk fi skejjel simili f'Malta ġarax l-istess?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-lezzjonijçt għall-istudenti tat-tçni sena fl-iskola Post-Sekondarja Sir M.A. Refalo bdew kif suppost fil-25 ta’ Settembru. Il-lezzjonijçt għall-istudenti ta’ l-ewwel sena bdew fid-9 t’Ottubru wara t-tçni sejħa għall-applikazzjonijçt għad-dħul f’din il-klassi li għalqet nhar l-Erbgħa 4 t’Ottubru. Ninsab infurmata li f’Malta wkoll l-istudenti ta’ l-ewwel sena bdew fl-istess jum.
Skola Sekondarja Aguis De Soldaris — Refurbishment
Question
Peress illi fir-rapport ta' ħidma għas-sena li għaddiet, kif ippubblikat mill-Ministru dwar il-Ministeru tagħha, hemm indikat li sar xi xogħol ta' refurbishment fl-Iskola Sekondarja Aguis De Soldaris, tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
Min ħadem u kemm ġie jiswa flus dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ir-rapport tas-sena ħidma tal-Ministeru jgħid li fl-iskola msemmija: “sar tibdil sħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-gass fil-Laboratorji tax-Xjenza, sistema li qabel kçnet waħda kemmxejn perikoluża speċjalment għall-użu ta’ l-istess studenti ta’ l-iskola waqt il-lezzjonijçt prattiċi”.
Jçna nfurmata li dalwaqt ser jibda’ r-refurbishment tal-faċilitajçt sanitarji b’din l-iskola u diġa’ inħarġu l-offerti li qegħdin jiġu aġġudikati.
Tista' l-Ministru tgħid meta beda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-laboratorji l-ġodda fl-Iskola Sir Mikelanġ Refalo, ir-Rabat, Għawdex?
Kemm kienu vvutati flus sena b'sena minn meta beda x-xogħol sal-lum?
Kemm kienu l-fees professjonali li tħallas għal dan il-proġett?
Kemm tħallsu flus sa issa lill-kuntrattur? Għal-liema raġuni l-istudenti għadhom ma bdewx jużaw il-laboratorji kollha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ittra ta’ aċċettazzjoni għax-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-laboratorji l-ġodda fl-Iskola Sir Mikelanġ Refalo ħarġet f’Ottubru 1998. L-ispejjes għal dawn il-laboratorji tħallsu mill-vot kapitali allokat lit-Taqsima ta’ l-Edukazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.
Il-fees professjonali li tħallsu għal dan il-proġett jammontaw għal Lm5,510.76.
Sa issa tħallset is-somma ta’ Lm159,450.33,0 lill-kuntratturi involuti f’dan il-proġett.
Sa tmçm din il-ġimgħa il-laboratorji jkunu qegħdin jintużaw kollha. Ma bdewx jintużaw kollha f’daqqa peress li rçdu jsiru xi testijçt lis-sistemi tad-dawl, ilma u gass bçx jiġi żgurat li dawn is-sistemi jiffunzjonaw kif suppost.
Billi ġie mħabbar li fil-hostel tal-Qala kienu ser isiru xi xogħlijiet, tista' l-Ministru tgħid meta se jibdew ?
X'somma ta' flus hemm ivvotata għal dan il-proġett?
Saret applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir?
Bħalissa min hu responsabbli għat-tmexxija ta' din il-hostel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn Ġunju ta’ din is-sena l-Hostel tal-Qala għadda taħt ir-responsabbilta ta’ l-ITS (Għawdex) bil-għan li ‘l quddçm ikun jista’ jintuża għal parti mit-taħriġ relatat mal-korsijçt offruti mill-istess skola. Bħalissa qegħdin isiru xogħolijçt ta’ refurbishment ġenerali li ma jinħteġux permessi mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar.
L-ufffiċċjal inkarigat mil-ITS (Qala) huwa responsabbli għat-tmexxija tal-hostel.
Tista' l-Ministru tispjega u tagħti raġuni għaliex it-tfal tal-Form III tal-Junior Lyceum - Skola Agius de Soldanis - ma għandhomx teacher tal-Malti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdha tittçħed azzjoni bçx l-istudenti tal-Form III tal-Junior Lyceum Skola Agius de Soldanis ikollhom teacher tal-Malti kemm jista’ jkun malajr.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Form Six ta' Għawdex kienx hemm xi korsijiet li kellhom jibdew fit-2 ta' Ottubru u li fil-fatt ma bdewx?
F'każ affermattiv, x'kienet ir-raġuni li għaliha ma bdewx? Meta se jibdew?
X'kienet ir-raġuni li għaliha għadu ma tlestiex il-laboratorju tal-bijoloġija li kellu jitlesta għas-Sixth Form?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li d-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti joħroġ it-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet wara li jkunu ppubblikati r-riżultati tar-reparatorju tas-SEC. Din is-sena d-Dipartiment laqa' dawn l-applikazzjonijiet bejn it-2 u l-4 ta' Ottubru. Dan isir sabiex inkunu nistgħu nakkomodaw studenti li jkunu għadhom ma sabux posthom fl-ebda kors.
Għaldaqstant bħal fl-iskejjel post-sekondarji li jaqgħu taħt dan id-Dipartiment, il-korsijiet f'Għawdex ma setgħux jibdew fit-2 ta' Ottubru 2000, għax sa l-4 ta' Ottubru 2000 kienu għadhom qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet wara t-tieni sejħa. Il-korsijiet kollha, inkluż tnejn ġodda, ser jibdew nhar it-Tnejn 9 ta' Ottubru 2000. L-istudenti tat-tieni sena bdew fil-25 ta' Settembru 2000.
Il-proġett tal-laboratorji ġodda fis-Sixth Form f'Għawdex jinsabu fi stadju avvanzat ħafna u partijiet minnhom ġa bdew jintużaw. Dan il-proġett jinkludi laboratorji tal-Fiżika, Kimika u Bioloġija Xjenza Ġenerali, tliet laboratorji tal-Kompjuter u ammenitajiet oħra.
Tista' l-Ministru tgħid min ikkummissjona rapport ta' "Stevens and Associates" dwar is-settur turistiku għal Għawdex?
Kemm sewa dan ir-rapport? Min ħallas għalih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M’ għandi xejn x’inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19488.