Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taxi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 25300?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kwestjoni hija relatata ma` kawża pendenti quddiem il-Qorti ta` l-appell, u għalhekk mhux prudenti li wieħed jirrispondi.
Leg 9 PQ #25300 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Taxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-awtoritajiet ikkonċernati ma jagħtux permess lis-sid ta' taxi li tkun reġistrata f'Għawdex li jħallas biex l-istess taxi tkun tista' tidħol (mhux li taħdem) fil-Belt Valletta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #24887 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Taċ-Ċawla

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħlijiet ta' demolizzjoni, bini mill-ġdid u rranġar tal-garages f'Taċ-Ċawla, Rabat, Għawdex, waqaf? Hemm ħsieb li dan ix-xogħol jitkompla fil-futur qarib?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x­xogħlijiet imsemmija mill­Onorevoli Interpellant dwar l­irranġar tal­garages f'Taċ­Ċawla, Rabat, Għawdex għadhom għaddejjin. Ix­xogħlijiet huma phased biex jitnaqqas l­inkonvenjent għar­residenti.
Leg 9 PQ #24886 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' l-Ministru tikkonfeerma jekk hux minnu li l-staff kollu fl-administration block ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex se jiġi trasferit għal post ieħor imwarrab in-naħa ta' l-isptar mentali? Jekk fl-affermattiv, għal xiex se jintuża l-istess administration block? Fejn se jsibu ruħhom il-lockers tan-nurses u l-fattigi li jaħdmu fl-isptar mentali, liema lockers qegħdin f'dawn il-kmamar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li wara li ttieħdet id­diċiżjoni li l-faċilitajiet tas-Saħħa Istituzjonali f’ta’ l-Ibraġġ jibdew jiġu kkunsidrati bħala sptar wieħed b’amministrazzjoni waħda, issa ġie deċiż li l-parti l-kbira ta’ l-impjegati ta’ l-amministrazzjoni jiġu trasferiti mill-parti l-qadima għall-parti l-ġdida ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-isptar. Għadhom qegħdin jiġu diskussi l-possibiltajiet ta’ l-użu tal-kmamar li ser jiġu mbattla. Rigward il-lockers ta’ l-impjegati, qiegħed isir xogħol ta’ refurbishment sabiex ikun hemm spazju adekwat għac-changing rooms ta’ l-impjegati kollha.

Djar — Għawdex - Taċ-Ċawla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min hu responsabbli għadu sal-lum ma ħa l-ebda passi dwar perikolu serju li hemm fis-saqaf tal-kamra tal-banju li jifred iż-żewġ flats fi block C, Flat 1 u block C Flat 3, f'Taċ-Ċawla, Rabat, Għawdex, liema saqaf qiegħed jaqa' biċċa biċċa? Għaliex ma ntbagħatx perit biex jagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa? Għaliex il-ħaddiema għadhom ma ntbagħtux biex jirranġaw il-gallerija ta' block C Flat 3, f'Taċ-Ċawla, Rabat, Għawdex, li wkoll qiegħda taqa' biċċa biċċa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret ebda talba lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jiġi spezzjonat is-saqaf indikat u għalhekk ma saritx spezzjoni. Għalhekk qiegħed ngħaddi dan il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga, kif qiegħed nagħmel dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #24889 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kunsill għal Edukazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta twaqqaf il-kunsill għal edukazzjoni għal Għawdex? Min huma l-membri li ġew nominati mill-Ministeru? Min huma l-membri l-oħra li ġew nominati mis-sezzjonijiet rispettivi tagħhom? Meta saret jew sejra ssir l-ewwel laqgħa u/jew jekk saret x'kienet l-agenda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Kunsill ta’ l-Edukazzjoni għal Għawdex twaqqaf f’Diċembru 2000. Il-Membri maħtura mill-Ministeru għal Għawdex huma: Is- Sur Anton Farrugia – President Is-Sur George Cassar – Vici President Is-Sur Michael Cassar – Segretarju ex-ufficcio bħala Assistant Direttur, Uffiċċju ta’ l-Edukazzjoni - Għawdex Il-Membri l-oħra nominati mid-diversi organizzazzjonijiet huma : Is-Sur Anton Portelli A/Kap – bħala rappreżentant ta’ l-Iskola Post Sekondarja Sir M.A. Refalo Is-Sinjura Doris Cini A/Kap – bħala rappreżentant ta’ l-Iskola Sekondarja AgiusDe Soldanis Is-Sur Carmel Attard Kap – bħala rappreżentant ta’ Ninu Cremona Lyceum Complex Ms Evelyn Galea Rappreżentanta ta’ l-Iskejjel Primarji ta’ l-Istat Mr Charles Bezzina Rappreżentant ta’ l-Iskejjel tas-Snajja ta’ l-Istat Ms Joy Frendo Rappreżentanta ta’ l-Iskejjel Speċjalizzati ta’ l-Istat Mrs Vivienne Galea Pace Rappreżentanta taċ-chairpersons tal-Kunsilli tal-Iskejjel Mr Spiro Sillato Rappreżentant ta’ l-għalliema fil-Kunsilli ta’ l-Iskejjel Mr Paul Galea Rappreżentant tal-ġenituri fil-Kunsilli ta’ l-Iskejjel Il-Kap ta’ l-Iskola tas-Seminarju Rev. Arċ. Karm Gauci Rappreżentant ta’ l-Iskejjel Primarji tal-Knisja Mr Antoine Vassallo Rappreżentant tal-Malta Union of Teachers Mr Joseph Borg Rappreżentant tal-Gozo Business Chamber Mr Paul Scicluna Rappreżentant tal-Gozo Tourism Association Mr Marvic Cassar Rappreżentant tal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħrig Prof. Lino Briguglio Direttur taċ-Ċentru ta’ Għawdex ta’ l-Universita’ Mrs Frances Attard Rappreżentanta ta’ dawk li jaħdmu ma’ persuni b’dizabilita Ir-rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali Għawdxin u tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp għad iridu jiġu maħtura. L-ewwel laqgħa tal-Kunsill saret nhar il-Ħamis 8 ta’ Frar 2001 u l-aġenda kienet tinkludi il-qari tal-minuti tal-Laqgħa Ġenerali, korrispondenza u materji oħra.
Leg 9 PQ #24396 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qorti

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 24251?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Is-Servizz imsemmi ma kienx qed jingħata għax kien hemm ħsarat fuq il-photocopiers. Dan is-servizz issa reġa beda jingħata. Ma jirriżultax li hemm microphones u siġġijiet imkissra.
Leg 9 PQ #24491 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — M/v Gaudos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-vapur tal-Gozo Channel M/v Gaudos diġa grawlu ħsarat estensivi fih? Jekk dan huwa minnu, x'inhuma dawn il-ħsarat u kemm huma stmati li jiswew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jirriżulta minn stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Kumpanija Gozo Channel, nhar it-Tlieta 14 ta' Marzu 2001, il-vapur M/V Gaudos żviluppatlu ħsara f'rotor ta' wieħed mill-erba' ġeneraturi li għandu. Il-vapur għadu taħt garanzija u għaldaqstant m'għandu jkun hemm ebda spiża għall-Kumpanija.
Leg 9 PQ #24251 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Għawdex — Qorti

Question

Jaf il-Ministru li l-qorti ta' Għawdex ilu fuq tlett ġimgħat mingħajr is-servizz ta' photocopier machine? X'inhi r-raġuni li fl-istess qorti hemm nuqqas kbir ta' manutenzjoni b'siġġijiet u microphones imkissra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ir-responsabilita amministrattiva ghall-Qorti f`Ghawdex hi tal-Ministeru ghal Ghawdex u konsegwentament l-Onor. Interpellant hu mitlub li jaghmel id-domanda tieghu lil Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #24252 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar xi ħadd għamel ħsara f'xi switches ta' wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel? Fiex kienet tikkonisisti din il-ħsara u f'liema vapur saret? Sar rapport lill-pulizija? Saret inkjesta maġisterjali? Kemm hija stmata li tiswa din il-ħsara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li nhar is-Sibt 3 ta' Marzu 2001, fin-nofs siegħa ta' wara nofsinhar, irriżulta li kien hemm ħsara fil-"manouvering consoles" fuq iż-żewġ "bridges" tal-vapur M.V. Cittadella. Il-ħsara saret fil-"limit switches" li joperaw mata l-"cams" tal-"controls" tal-"propellers" jiġu mħaddma. Dawn tqaċċtu minn mal-"mounting base". L-istess ħsara, din id-darba f'żewġ "limit switches", saret fit-tieni "bridge". Il-pulizija ġiet infurmata b'din il-ħsara u anke saret inkjesta maġisterjali. Huwa stmat li t-tiswija tal-ħsara tlaħħaq madwar mitt lira.
Leg 9 PQ #22689 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kummissarju tal-Ġustizzja — Att

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm l-Att li bih twaqqfu l-Kummissarju tal-Ġustizzja jgħid espressament li r-reġistru tagħhom għandu jkun r-reġistru tal-maġistrati, sal-lum f'Għawdex id-dokumenti kollha qegħdin jinżammu fil-kunsill lokali u l-uffiċjali tal-qorti f'Għawdex li jipproċessaw dokumenti u lanqas jinżammu hemm atti li għandhom x'jaqsmu max-xogħol tal-Kummissarju tal-Ġustizzja?

Response (GATT, AUSTIN)

L-atti u d-dokumenti li ghandhom x`jaqsmu mal-kawzi quddiem il-Kummissarju tal-Gustizzja qed jinzammu fil-Kunsilli. Dan qed isir temporanjament minhabba nuqqas ta` spazju fil-Qorti. Wiehed jittama li l-arrangament prezenti jieqaf malli jinstab spazju bizzejjed fil-Qorti u allura l-prezentata ta` l-Atti ssir fir-Registru tal-Qorti skond il-Ligi.
Leg 9 PQ #22783 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pittura ta' WIA Turner

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li pittura ta' W.A. Turner li turi xena mill-Port il-Kbir u qiegħed anke fuq il-jacket tal-ktieb ta' Nicholas De Piro Artists who painted Malta tħalliet toħroġ minn pajjiżna? Peress li din il-pittura minn artist hekk kbir u rispettat, mhux biss fl-Ingilterra imma kullimkien, kienet tifforma parti minn, anżi kienet ġawhra fil-unit patrimonjali ta' pajjiżna, xi skop hemm li din titħalla f'ambaxxata fl-Awstralja u mhux fil-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi kuntrarjament għal dak li nkiteb f'gazzetti Maltin kif ukoll f'"The Maltese Herald" fl-Awstralja, ix-xogħol imsemmi ta' W.A. Turner ma ħariġx minn Malta. Informat ukoll illi dak li kien irrapurtat mis-Sur Albert Agius fil-gazzetta "The Times" ta' nhar it-Tlieta 9 ta' Jannar 2001, huwa żbaljat forsi minħabba li ġie kkwotat ħażin artiklu li deher f'"The Maltese Herald" fl-Awstralja. Li ġara kien illi l-ambaxxatur Malti fl-Awstralja kien ippreżentat b'diversi riproduzzjonijiet ta' xogħlijiet artistiċi li jiffurmaw il-qofol tal-kollezzjoni HSBC ta' Malta. Din il-kollezzjoni għadha Malta.
Leg 9 PQ #22785 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pittura ta' G. Shranz

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern ta' Malta dan l-aħħar minn auction house fl-Londra akkwista pittura taż-żejt ta' G. Shranz? Jekk fl-affermattiv, illum din l-pittura qiegħda Malta? Fejn se tiġi esebita? Kemm inxtrat u kemm tħallset commission fee u VAT fuqha?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif ġie ċċirkulat lill-mezzi kollha tax-xandir fl-1 ta' Diċembru 2000, id-Dipartiment tal-Mużewijiet, xtara f'irkant, il-pittura 'Veduta tal-Port il-Kbir' ta' Anton Schranz, il-Missier (1789-1839) mingħand id-ditta Sotheby's ta' Londra, nhar il-Ħamis 30 ta' Novembru, 2000. L-akkwist sar mill-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra, l-E.T. Dr George Bonello Dupuis, f'isem id-Dipartiment tal-Mużewijiet. Bl-akkwist ta' pittura ta' dan l-artist, li xogħlijiet tiegħu diffiċli jitfaċċaw fuq is-suq, Anton Schranz issa huwa rrapreżentat fil-kollezzjoni nazzjonali. Din il-pittura waslet Malta nhar il-Ħadd 7 ta' Jannar u nħelset mid-dwana il-Ġimgħa 12 ta' Jannar 2001, meta minnufih twasslet il-Mużew ta' l-Arti, akkumpanjata minn żewġ uffiċjali tal-Mużewijiet. Il-pittura ingħatat in-numru ta' l-inventarju 15485-6 FAS/P/1863. Il-pittura nxtrat għall-prezz tar-riserva (l-inqas prezz li jkun dispost li jaċċetta l-propjetarju), ta' 40,000 lira sterlina (Lm26,488) li magħhom kellhom jitħallsu l-commission fee (16.25%) ta' Sotheby's, jiġifieri 6,500 lira sterlina (Lm4,304). Il-VAT li tħallset Londra fuq dan is-servizz ser jiġi rrifundat, waqt li ma kienx hemm bżonn li jitħallas VAT fid-Dwana ta' Malta minħabba li l-pittura kienet ta' oriġini Maltija. Din is-sena ser tittella' wirja ta' l-arti fil-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti li ser tirrigwarda l-arti ta' Anton Schranz u xogħlijiet oħra ta' uliedu, u fejn ser tiġi esibita l-pittura 'Veduta tal-Port il-Kbir'. Id-dħul għal din il-wirja ser ikun b'xejn. Qabel u wara din il-wirja, il-pittura ser tifforma parti mill-wirja permanenti tal-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti, fis-sala fejn hemm esibiti xogħlijiet oħra fil-ġeneru ta' vedutismu tas-seklu dsatax.
Leg 9 PQ #22789 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC/MID-MED — Pitturi

Question

Peress li l-Mid Med Bank kellu waħda mill-aqwa esebizzjonijiet ta' inkwadri ta' artisti Maltin li għandhom valur patrimonjali bla limitu, x'ġara mill-istess pitturi meta l-Mid Med Bank ġie akkwistat mill-HSBC? Sar xi inventarju? Saret xi restituzzjoni biex l-istess pittura tibqa' fil-Gżejjer Maltin? Dan il-wirt patrimonjali kien jifforma parti mill-ftehim meta l-Gvern ta' Malta biegħ il-Mid Med Bank lill-HSBC?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-kwadri huma parti mill-assi tal-Mid-Med Bank. Kull esportazzjoni ta' oġġetti bħal dawn minn Malta hi suġġetta għall-proċedimenti tal-Antiquities (Protection) Act.
Leg 9 PQ #22687 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Raba'

Question

Sal-lum, tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna f'Għawdex applikat taħt l-iskema li nforza tagħha persuna li tokkupa raba' għal perijodu minimu ta' sentejn, tiġi rikonoxxuta bħala inkwilin? Qabel ma nħarġet din l-iskema, ingħata parir mill-Avukat Ġenerali jekk ir-rikonixximent li sejjer jingħata huwiex skond il-liġi sal-lum f'Għawdex? Kemm daħħal flus il-gvern minn dawn l-applikazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor Interpellant bçx jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #22688 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Messaġġiera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-eżami li sar fl-aħħar ta' April ta' l-1999 għal messaġġiera, wara li ħareġ ir-riżulta f'Novembru 1999, tpoġġew f'Jannar 2000 f'Għawdex erba' messaġġiera waqt li persuna li fil-preżent taħdem bħala messaġġiera fid-dipartiment tal-kultura f'Għawdex u li ġie t-tieni, tħalliet barra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena infurmat li l-erba’ kandidati li għaddew mill-eżamijiet tal-klassi tal-messaġġiera u li tpoġġew Għawdex kienu, fil-fatt, żewġ (2) “Officers-in-Charge Minor Staff”, Messaġġier Anzjan, u Messaġġier u mhux erba’ messaġġiera kif qiegħed jgħid l-Onorevoli Interpellant. Iż-żewġ “Officers-in-Charge Minor Staff” u l-Messaġġier Anzjan tpoġġew Għawdex skond l-ordni tal-mertu li ġabu fl-eżami rispettiv għax kien hemm vakanza għalihom. Ħadd minn dawk li għaddew għal Messaġġier ma tpoġġa Għawdex ħlief Messaġġiera waħda u dan minħabba l-età avvanzata tagħha. Il-kandidati l-oħra għad ma ngħatawx il-ħatra għax ma setgħux jitpoġġew Għawdex peress li ma kienx hemm vakanzi għalihom skond “complement” miftiehem ma’ l-“Unions” fl-1996.
Leg 9 PQ #22689 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kummissarju tal-Ġustizzja — Att

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm l-Att li bih twaqqfu l-Kummissarju tal-Ġustizzja jgħid espressament li r-reġistru tagħhom għandu jkun r-reġistru tal-maġistrati, sal-lum f'Għawdex id-dokumenti kollha qegħdin jinżammu fil-kunsill lokali u l-uffiċjali tal-qorti f'Għawdex li jipproċessaw dokumenti u lanqas jinżammu hemm atti li għandhom x'jaqsmu max-xogħol tal-Kummissarju tal-Ġustizzja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f` seduta ohra.
Leg 9 PQ #22690 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xewkija - Skola primarja

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fl-iskola primarja tax-Xewkija, Għawdex, tifel ta' erba' (4) snin li għandu bżonn is-servizz ta' facilitator, qiegħed negat lilu dan is-servizz u f'Jannar ta' din is-sena kien kostrett li ma jattendix l-iskola minħabba li m'għandux dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ġenituri tat-tifel imsemmi fl-iskola Primarja tax-Xewkija, Għawdex għamlu talba bçx jingħata servizz ta’ ‘facilitator’ u l-każ tçgħu qçgħed jiġi kkunsidrat fl-‘Statementing Board’. Sa dan it-tant l-imsemmi tifel m’hux qed jiġi mċaħħad li jattendi l-iskola fuq imsemmija.
Leg 9 PQ #22694 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skejjel - Kapijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-kapijiet ta' l-iskejjel primarji ta' Sannat u San Lawrenz ġew trasferiti għal Malta u ma ġewx replaced? Meta se jimtlew dawn il-vakanzi? Kemm jeżistu vakanzi ta' assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji u skejjel sekondarji ta' Għawdex? Tista' l-Ministru ssemmi l-iskejjel fejn jeżistu dawn il-vakanzi? Kemm hemm assistenti kapijiet Maltin li qed iservu f'Għawdex u f'liema skejjel qegħdin? U kemm hemm assistenti kapijiet Għawdxin li qegħdin jaħdmu f'Malta u f'liema skejjel qegħdin? X'possibbilta' hemm li dawn jinbidlu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-onor interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.