Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28352 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li d-deċiżjoni li ittieħdet mill-Pulizija li ma jitħallewx jipparkjaw karozzi fin-naħa ħierġa 'l barra mill-Belt fi Triq Sant' Anna, Floriana, qiegħda taffettwa ħażin ħafna il-Kummerċ, speċjalment tal-ħwienet li hemm fuq dik in-naħa, u dana meta hemm daqs ħamsin (50) metru 'l bogħod mill-Kummissjoni għolja Ingliża u meta għadhom qed jitħallew jipparkjaw karozzi ħdejn il-bank tad-demm u anke fi Triq Vilhena, ma ġemb l-Ambaxxata Ingliża?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan huwa arranġament temporanju minħabba l-ħtieġa ta` aktar sigurta` ma` ambaxxati barranin f`pajjiżna.
Leg 9 PQ #28407 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm facilitators jaħdmu fil-Gzira Għawdxija? X'inhuma l-kriterji li jintitolaw persuna li jkollha facilitators magħha? X'inhuma x-xogħoil ta' facilitator u cioe d-dmirijiet u d-doversi tagħhom fuq il-post tax-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li: 1. In-numru ta' facilitators f'Għawdex huwa 45 2. Persuna tkun intitolata għal facilitator meta jiddikkjara hekk il-Moderating Statementing Panel. 3. Id-dmirijiet u d-doveri ta' facilitator fuq il-post tax-xogħol huma determinati mill-ftehim bejn il-Malta Union of Teachers u l-Gvern tat-13 ta' Lulju 1955 - Appendiċi B u Appendiċi D, li kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28198 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Outside Development Zone

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-PQ 27227?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista li turi l-applikazzjonijiet approvati għal djar ġodda f’Outside Development Zones bejn l-1 ta’ Lulju 1998 u l-1 ta’ Lulju 2001, inklużi dawk approvati fuq talba għal rikonsiderazzjoni. Kien hemm 13 il-applikazzjoni approvati f’Outside Development Zone li huma kif spjegat hawn taħt: 2 minn bidwi u raħħal full-time; 3 li diġa` kellhom il-permessi minn qabel u dawn ġew imġedda; 1 li qiegħda f’tarf iż-żona ta’ l-iżvilupp; 1 li qiegħda eżatt fuq il-linja ta’ l-iżvilupp; 1 f’committed area b’diversi permessi tal-PAPB; 1 f’area li diġa` għandha permessi estensivi; 1 f’nofs hamlet; 1 fi triq li diġa` fiha diversi bini approvat; 1 li tifforma parti minn grupp ta’ bini eżistenti; 1 li fuq is-sit kien hemm diġa` permess għal dar u garaxx u nbena biss il-garaxx. Saret applikazzjoni ġdida biex jitneħħa l-garaxx u tinbena dar u garaxx ġdid. Ma` dawn wieħed jista’ jżid 11 il-każ ieħor li huma f’infill sites, jiġifieri siti li huma maqbuda minn bini eżistenti bil-permess u każ ieħor ta’ bini fl-Imtarfa li hija area mibnija stabbilita. Kien hemm 5 każijiet oħra li għalihom l-Awtorita` kellha toħroġ permess wara li sar appell lill-Bord ta’ l-Appell u dan ordna lill-Awtorita` biex toħroġ il-permessi meħtieġa. Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li l-membri ta’ din il-Kamra huma mitluba jiddikkjaraw l-interess tagħhom fuq mistoqsijiet li r-risposti għalihom jistgħu ikunu ta’ interess personali. Dan qed ngħidu fid-dawl tal-fatt li l-Onor. Interpellant għandu każ pendenti quddiem l-istess Awtorita` ta’ l-Ippjanar fuq bini barra l-area ta’ l-iżvilupp.
Leg 9 PQ #28199 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-PQ 27937?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-5 ta’ Lulju fil-5.15 ta’ fl-għaxija l-persuna li għandha l-karta ta’ identita bin-numru mogħti daħlet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex akkumpanjata mill-Pulizija peress li kienet ġiet riferuta l-Isptar għal ‘involuntary admission’ minn tabib. Il-persuna kienet qed tbati minn ‘alcoholic intoxication’ u peress li kienet aggressiva iddaħlet fis-Short Stay Ward taħt ‘constant watch’. L-għada fil-għodu jiġifieri fis-6 ta’ Lulju ġiet eżaminata mis-Senior House Officer (Psikjatrija) u wara li rrifjutat kull trattament ġiet ‘discharged’ kontra l-parir mediku wara li ffirmat għalih l-mara tiegħu.
Leg 9 PQ #28202 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Results — Interview

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti li qegħdin għall-eżami u interview għall-post ta' school secretary skond il-gazzetta tal-gvern ta' Novembru 2000, (Clause 8) u fil-fatt għamlu l-interview fit-26 ta' Marzu 2001, għadhom sal-llum mingħajr risposta dwar ir-rizultat tal-interview tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li rakkomandazzjonijiet dwar ir-rapport tal-Bord tas-Selezzjoni u l-ħatriet għall-Post ta' School Secretary saru u hu mistenni li l-ħatriet jiġu konklużi fil-ġejjieni qrib.
Leg 9 PQ #27872 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Ambjent

Vulkan Etna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-attivita' tal-Vulkan Etna tistax tkun ta' perikolu għal Malta? Jekk inhu hekk, x'miżuri qed jittieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minħabba l-attivita' tal-Vulkan Etna mhux eskluż li Malta tintlaqat minn sħab u anki depożizzjoni ta' trab fin. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed iżomm sorveljanza kontinwa tas-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #27937 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġenerali

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif ċertu individwu li l-ID no qed jintbagħat separatament tħalla bejn il-5 ta' Lulju u s-6 ta' Lulju tas-sena korrenti maqful fis-short stay tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex sempliċiment għaliex ma kienx hemm psikjatra biex jeżaminaħ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #27788 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol tat-tqiegħed tad-drenaġġ ma ġiex estiż fix-Xwejni, Għawdex għal quddiem is-sorijiet Dumnikani?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol ta' estensjoni tad­drenaġġ fix­Xwejni msemmi mill­Onorevoli Interpellant qed jiġi kkunsidrat biex ikun inkluż fil­programm tax­xogħolijiet skond il­prijorita' tiegħu.
Leg 9 PQ #27803 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Ċelel fl-Għases t'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-ċelel fl-għases t'Għawdex ma ġewx irrangati kif sar issa f'Malta? Peress illi ċ-ċelel kif jinsabu fil-preżent f'Għawdex huma bla arja, degradanti u huma tant fi stat ħażin li jiksru id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, tista' s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`każ ta` ħtieġa, il-Pulizija t`Għawdex tagħmel użu miċ-ċelel li hemm fil-kumpless tal-uffiċini/garage tal-Pulizija fir-Rabat u mhux miċ-ċelel li kienu jintużaw qabel fid-diversi Għases. Infurmat ukoll illi dawn huma miżmuma fi stat tajjeb u bl-ebda mod ma huma degradanti, għalkemm ma għandhomx twieqi għal barra.
Leg 9 PQ #27730 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Windmill Street, Rabat

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li f'parti minn Windmill Street, Rabat, Għawdex, ġiet maqtugħa trinka għal main ġdid tal-ilma u tkisser il-main ta' l-erba' pulizieri u min flok qiegħed jiġi mgħoddi ieħor tal-tlett pulzieri? Tista' jassigura li dan ix-xogħol qegħed isir skond l-arti u s-sengħa? Taf li abitanti tal-istess triq ilhom mill-10.00 am tal-bieraħ mingħajr ilma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #27544 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Mobile Telephones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' mobile telephone li jeżistu fil-ministeru tagħha, inkluż ukoll dawk li jaqgħu taħt is-segretarjat permanenti fil-ministeru tagħha? Kemm kienet l-ispiża ta' l-istess mobile telephones is-sena li għaddiet u cioe' mill-1/1/2000 sal-31/12/2000 u din is-sena u cioe' mill-1/1/2001 u sal ġurnata tal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n­numru ta' mobile phones li jeżistu fil­Ministeru għal Għawdex huwa 8. L­ispiża tagħhom mill­1 ta' Jannar 2001 sallum hija ta' Lm2,214.97. Rigward l­ispiża tal­mobile phones għas­sena 2000 nitlob lill­Onorevoli Interpellant jirreferi għar­risposta għall­Mistoqsija Parlamentari numru 24563.
Leg 9 PQ #27413 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Outside Development Zone

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 27227?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #27408 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numra ta' persuni li direttament jaqgħu taħt il-Ministru għal Għawdex? Kemm huwa n-numru ta' persuni li huma mas-Segretarjat Permanenti fl-Ministeru Għal Għawdex? Kemm minnhom jitħallsu xi forma ta' allowance? Kemm minnhom jitħallsu xi forma ta' allowance? Kemm minnhom jitħallsu xi rata ta overtime? Kemm tħallsu dawn f'overtime u allowances is-sena li għaddiet u ċioe mill-1.1.2000 sal-31.12.000 u mill-1.1.2001 sal-llum

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni qed tinġabar u r­risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27410 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Self-Drive

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi u vetturi oħra self-drive ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex? X'inhi r-rata kuljum li titħallas għal kull vettura self-drive li fil-preżent hemm fil-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li b’kollox hemm 20-il karozza u vettura self-drive mikrija mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. L-informazzjoni dwarhom hija mogħtija hawn taħt: Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi Karozza mikrija bir-rata ta’ Lm 4.60 kuljum u oħra bir-rata ta’ Lm 5.20 kuljum. Dipartiment tal-Customer Services · Karozza bir-rata ta’ Lm 3.50 kuljum; · karozza bir-rata ta’ Lm 4.59 kuljum; · karozza bir-rata ta’ Lm 3.39 kuljum; · karozza bir-rata ta’ Lm 3.26 kuljum; u · karozza bir-rata ta’ Lm 3.45 kuljum Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp · Karozza bir-rata ta’ Lm 3.09 kuljum; · 2 trakkijçt bir-rata ta’ Lm 7.98 kuljum kull wçħed; · trakk bir-rata ta’ Lm 7.98 kuljum; · karozza bir-rata ta’ Lm 3.13 kuljum; · karozza bir-rata ta’ Lm 3.88 kuljum; · 2 karozzi bir-rata ta’ Lm 3.96 kuljum kull wçħed; · tliet pick up trucks bir-rata ta’ Lm 3.98 kuljum kull wçħed; · pick up truck bir-rata ta’ Lm 4.40 kuljum; u · karozza bir-rata ta’ Lm 2.88 kuljum.

Social Security

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sal-ġurnata tal-illum għadu ma ġiet ippublikat ir-riżultat tad-district managers fid-dipartiment tas-social security f'Għawdex, liema applikazzjonijiet ħarġu f'Novermbru 2000 u l-interviews saru f'Aċril ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r-riżultat ta' l-intervisti għall-postijiet ta' Managers fl-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ntbagħat lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku f'April 2001. Fl-4 ta' Lulju 2001, il-Kummissjoni talbet lill-bord ta' l-għażla jikkonferma jekk dawk il-kandidati li ġiebu l-istess marka kienux imniżżla fl-ordini tal-meritu kif stabbilit f'ċirkolari B1 No. 1/95, datata 11 ta' Jannar 1995. Il-bord bagħat ir-risposta tiegħu permezz ta' ittra li ġġib id-data tas-6 ta' Lulju 2001. Id-Dipartiment issa qed jistenna l-awtoriżżazzjoni mill-Kummissjoni biex jiġi ppubblikat ir-riżultat.
Leg 9 PQ #27227 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Outside Development Zone

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet għal bini tad-djar outside development zone approvati mill-Awtorita' tal-Ippjanar f'dawn l-aħħar tlett (3) snin?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26451 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tat-Turiżmu

MTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-chairman tal-bord tal-Lukandi u stabilimenti li jipprovdu l-ikel ta' instruzzjonijiet li applikazzjonijiet ġodda għal hawkers jew kiosks fil-present ma jiġux proċessati minħabba policies ġodda li beħsiebhom jagħmlu l-MTA? Jaf l-Ministru li għaddew aktar min tlett xhur u kollox għadu friżat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nattira l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fil-mistoqsija tiegħu stess qiegħed jagħti r-raġuni għaliex dawn l-applikazzjonijiet mhumiex qed jiġu proċessati. Infurmat li bħalissa l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta qed tħejji kriterji ġodda ta’ standards, kif tagħmel għal kull ħidma oħra fl-industrija tat-turiżmu. Hekk, qabel jinħarġu liċenzi ġodda ta’ hawkers u ta’ operaturi ta’ kiosks, jiġi żgurat li dawn ikunu ta’ livell xieraq f’kull rispett. Infurmat li dawn il-kriterji u r-regolamenti għandhom jitlestew dalwaqt.
Leg 9 PQ #26452 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Patching

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li għar-rigward il-patching f'Għawdex qiegħda tiġi allokata is-somma ta' mitt lira (Lm 100) fil-ġimgħa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi ma hemmx ammont fiss allokat fil-ġimgħa għar­rigward ta' patching f'Għawdex. L­ammont jiġi determinat skond il­bżonnijiet tad­Dipartiment.
Leg 9 PQ #26464 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

CMU

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema tas-CMU qegħdin jintbgħatu jibnu ħitan fis-sejjieħ fin-Nadur, Għawdex meta diga hemm ħaddiema intiżi f'dan ix-xogħol stazzjonati n-Nadur, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li l-ħaddiema tas-C.M.U. li qegħdin jintbagħtu jibnu ħitan tas-sejjieħ fin-Nadur jippartjenu għall-grupp ta’ Rubble Wall Builders li qiegħed jagħmel xogħol ta’ bini ta’ ħitan tas-sejjieħ f’diversi lokalitajiet madwar Għawdex.
Leg 9 PQ #26265 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Permessi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk it-trinka u l-mina li saru riċentement fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex kenux koperti bil-permessi ta' l-awtorita' ta'l-ippjanar? Jekk huma koperti, tista' l-Ministru tagħti n-numru tal-permess?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-water culvert u s­service trench li saru riċentament fi Triq Fortunato Mizzi r­Rabat, Għawdex ma kinux jeħtieġu permess tal­Awtorita' ta' l­Ippjanar. Jiena nfurmata wkoll li x-xogħol li qed jirreferi għalih l­onor interpellant jista' jkun it­tfannid 'l isfel mit­trinka biex ix­xogħol li sar għall­water culvert u s­service trench ma jimpedix li 'l quddiem tkun tista' ssir sub­way għall­użu tat­tfal ta' l­iskejjel sekondarji u post­sekondarji.