Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33245 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department — Huts f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 33036 u cioe, jista' jgħid dwar il-huts ta' Dbiegi li qegħdin limiti tal-Għarb, Għawdex, huwa minnu illi s-sidien ta' l-art fejn hemm mibnija l-istess huts qatt ma tħallsu ta' l-art li tteħditilhom mill-gvern? Sar kuntratt ta' espropriazzjoni u meta sar? Huwa minnu li l-gvern ta' b'ċens temporanju posizjonijiet mill-istess art fejn inbnew huts oħra għas-spejjeż taċ-ċenswalisti? Jekk l-art sal-llum għadha tas-sidien u hemm il-biża' li spekulaturi ta' l-artijiet beħsiebhom jixtru l-istess art mingħand is-sidien oriġinali, x'sejjer isir mis-sidien tal-huts, il-ħaddiema impjegati magħhom u l-ispejjeż li nefqu fil-bini u rranġar tal-istess huts?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32934, ninsab infurmat illi hija l-Korporazzjoni Maltija ta` l-Iżvilupp li tista` tgħid jekk tatx b`ċens temporanju partijiet mill-istess art jew inkella x`qiegħed issir fuq din l-art. Id-Dipartiment ta` l-Artijiet ma għandu l-ebda informazzjoni rigward dan.
Leg 9 PQ #33036 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Huts f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid dwar il-huts ta' Dbiegi li qegħdin limiti tal-Għarb, Għawdex, huwa minnu illi s-sidien ta' l-art fejn hemm mibnija l-istess huts qatt ma tħallsu ta' l-art li tteħditilhom mill-gvern? Sar kuntratt ta' espropriazzjoni u meta sar? Huwa minnu li l-gvern ta' b'ċens temporanju posizjonijiet mill-istess art fejn inbnew huts oħra għas-spejjeż taċ-ċenswalisti? Jekk l-art sal-llum għadha tas-sidien u hemm il-biża' li spekulaturi ta' l-artijiet beħsiebhom jixtru l-istess art mingħand is-sidien oriġinali, x'sejjer isir mis-sidien tal-huts, il-ħaddiema impjegati magħhom u l-ispejjeż li nefqu fil-bini u rranġar tal-istess huts?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mil-Lands Department.
Leg 9 PQ #33087 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Xagħra

Question

Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi fl-iskola primarja tax-Xagħra, Għawdex għas-servizz ta' facilitator tiġi proċessata u dana peress illi l-applikazzjoni ilha pending min Ottubru 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikazzjonijiet għas-servizz ta' facilitator li jintbagħtu minn Għawdex jiġu kkunsidrati f'Għawdex stess. Hu mistenni li l-Bord jiltaqa' f'Għawdex f'Ġunju.
Leg 9 PQ #33089 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sekondarja — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li qiegħda tattendi l-1A secondary u li tbati min dyslexia, sal-lum, ma ingħatatx is-servizz ta' facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tfal li jbatu mid-dyslexia ma jingħatawx is-servizz ta' facilitator.
Leg 9 PQ #32934 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Huts f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid dwar il-huts ta' Dbiegi li qegħdin limiti tal-Għarb, Għawdex, huwa minnu illi s-sidien ta' l-art fejn hemm mibnija l-istess huts qatt ma tħallsu ta' l-art li tteħditilhom mill-gvern? Sar kuntratt ta' espropriazzjoni u meta sar? Huwa minnu li l-gvern ta' b'ċens temporanju posizjonijiet mill-istess art fejn inbnew huts oħra għas-spejjeż taċ-ċenswalisti? Jekk l-art sal-llum għadha tas-sidien u hemm il-biża' li spekulaturi ta' l-artijiet beħsiebhom jixtru l-istess art mingħand is-sidien oriġinali, x'sejjer isir mis-sidien tal-huts, il-ħaddiema impjegati magħhom u l-ispejjeż li nefqu fil-bini u rranġar tal-istess huts?

Response (BORG, TONIO)

Huwa minnu illi parti mill-art li tifforma ż-żona industrijali f`Ta Dbiegi, l-Għarb Għawdex, ġiet dikjarata bżonnjuża għall-użu pubbliku skond Avviż tal-Gvern Nru. 535 tat-2 ta` Settembru 1977. Huwa minnu wkoll li l-kuntratt ta` xiri għadhom ma ġewx konklużi mas-sidien tal-art privata. Iż-żona industrijali kollha ġiet trasferita lill-Korporazzjoni Maltija ta` l-Iżvilupp bl-Avviż Legali Nru. 73 ta` l-1992 biex tiġi amministrata mill-istess Korporazzjoni. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsijiet l-oħra lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #32693 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Lands Department kienu jafu u taw l-approvazzjoni tagħhom qabel ma ġie approvat mill-Planning Authority li ssir bankina f'Marine Street, Marsalforn, Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

M`hijiex il-prassi li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tagħti approvazzjoni qabel ma tkun iddeċidiet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-bankina, din inħarġet, bħalma jsir fil-każijiet l-oħra kollha, bla ħsara għal kull kunsens ieħor li jkun meħtieġ skond il-liġi.
Leg 9 PQ #32713 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ħmistax il-firemen li fil-preżent qegħdin mal-MIA fil-heliport ta' Għawdex? Dawna il-ħmistax il-persuna sejjrin jibgħu mal-MIA jew mal-protezzjoni ċivili? Il-kondizzjonijiet bix-xogħol tagħhom sejjrin jibqgħu l-istess, jew le?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-kwistjoni tas-sittax-il firemen, u mhux ħmistax kif intqal fil-mistoqsija, li hemm fil-heliport ta' Għawdex qed tiġi diskussa ma' l-entitajiet konċernati. Huwa ttamata li fil-futur qarib dawn id-diskussjonijiet jwasslu għal riżultati konkreti.
Leg 9 PQ #32360 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Cold Store

Question

Tista' l-Ministru tara li l-cold store f'Għawdex li ilha min Settembru 2001 bil-ħsara, tissewwa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qiegħda tittieħed azzjoni biex isiru tiswijiet fil­Cold Store f'Għawdex.
Leg 9 PQ #32420 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 32233 u cioe, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-individwu li tagħrif dwaru qed jintbagħat under separate cover li 9 xhur ilu kienu ħadulu l-qies tal-splints fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, sa illum għadu mingħajr dawn l-isplints u għadu jimxi bl-isplints li sarulu f'Lulju 1998?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #32422 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qtil ta' Warden

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 32181 u cioe, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess verbal dwar il-qtil tal-warden Fortuna Spiteri li ġara f'Għawdex fl-10 ta' Awissu 2001 ngħalaqx? In vista tal-fatt li l-Gvern diġa approva kumpens lill-familjari ta' żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew maqtula waqt il-qadi ta' dmirijiethom, jista' jikkunsidra li l-Gvern li tiegħu jifforma parti, jagħti anki kumpens pekunjarju lill-familjari tal-mejta?

Response (GATT, AUSTIN)

B'risposta għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari ta' l-Onorevoli Interpellant irrid ngħid li deċiżjoni dwar kumpens pekunjarju ma tistax tittieħed qabel ma tingħalaq l-inkjesta, għalkemm għandi dubbji serji kemm talba simili taqa' taħt il-"policy" viġenti.
Leg 9 PQ #32181 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qtil ta' Warden

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess verbal dwar il-qtil tal-warden Fortuna Spiteri li ġara f'Għawdex fl-10 ta' Awissu 2001 ngħalaqx? In vista tal-fatt li l-Gvern diġa approva kumpens lill-familjari ta' żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew maqtula waqt il-qadi ta' dmirijiethom, jista' jikkunsidra li l-Gvern li tiegħu jifforma parti, jagħti anki kumpens pekunjarju lill-familjari tal-mejta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inkjesta Maġisterjali dwar dan il-każ għadha mhix konkluża. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru responsabbli mill-Gwardjani Lokali.
Leg 9 PQ #32233 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-individwu li tagħrif dwaru qed jintbagħat under separate cover li 9 xhur ilu kienu ħadulu l-qies tal-splints fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, sal-illu għadu mingħajr dawn l-isplints u għadu jimxi bl-isplints li sarulu f'Lulju 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Intepellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #32029 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Maġistrat li huwa assenjat f'Għawdex bħala Maġistrat ma jingħatax preċedenza fuq it-traffic li jkun jistenna fiċ-Ċirkewwa, meta ġieli jiġri li xogħol importanti bħal xi aċċess u seduta fil-Qorti f'Għawdex ma jkunx jista' jibda għaliex il-Magistrat ikun għadu jistenna fuq il-moll fiċ-Ċirkewwa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Maġistrati li jkunu ser jitilgħu Għawdex, kemm fuq xogħol kif ukoll għal xi funzjonijiet in konnessjoni max-xogħol tagħhom, huma ntitolati għal Priority Boarding fuq il-vapuri kollha tal-kumpanija Gozo Channel li joperaw bejn Malta u Għawdex, u dan skond il-proċeduri li introduċiet l-istess kumpanija fit-12 ta' Mejju 2000 wara konsultazzjoni mal-Kummissarju tal-Pulizija. Dawk kollha li huma ntitolati għall-Priority Boarding kienu kollha nfurmati sabiex fejn ikun possibbli jinfurmaw lill-Gozo Channel dwar id-data u l-ħin meta jkun fi ħsiebhom jużaw is-servizz, u wkoll sabiex ikunu fuq il-moll mill-anqas għaxar minuti qabel it-tluq skedat tal-vapur.
Leg 9 PQ #31518 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Segretarjat għal-Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha persuni jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministru għal-Għawdex? Kemm jitħallsu f'pagi, allowances u fringe benefits oħra? X'kien il-kont tal-mobile telefones tal-persuni li jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministru għal Għawdex matul is-sena 2001?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 31437 rigward l-ewwel parti ta’ din il-mistoqsija. Il-kundizzjonijiet ta’ xogħol għall-impjegati fis-Segretarjat Privat huma regolati bid-dokument “Engagement of Staff for Private Secretariats” li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fl-1999. Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31569 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru multi mill-kunsill lokali ta' Għawdex (a) matul is-sena 2001 u (b) mill-1 ta' Jannar 2002 sal-illum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħid għall-liema multi qed jirreferi.
Leg 9 PQ #31596 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li bozza tad-dawl li nqalgħet mill-Enemalta mit-Triq ta' Ċini, Qala, Għawdex terġa' tiġi installata fejn kienet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-lampa imsemmija diġa' saret.
Leg 9 PQ #30877 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xogħol li kellu jsir fin-Nadur Għawdex - Jobs number: J.N. 3489, J.N. 3490 u J.N. 3521 ġew kanċellati biex ma jsirux fit-8/1/2002?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol mitlub bil­Job No. 3490 fil­fatt sar mill­ħaddiema tad­Dipartiment għall­Proġetti u Żvilupp filwaqt li x­xogħolijiet mitluba permezz ta' Job 3489 u Job 3521 ma setgħux isiru minħabba raġunijiet legali.
Leg 9 PQ #30886 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Pjazza San Franġisk, Rabat — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-reserved parking fi Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex għar-rigward ta' vetturi tal-Ministeru għall-Għawdex ma ġiex ristreett għal tlett vetturi biss, issa li bdiet taħdem is-sistema pilota ta' parkeġġ limitat? Għaliex f'dan il-lokal hemm anki reserved parking is-Sibt u l-Ħadd kemm meta l-Ministeru jkun saħansitra magħluq?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-Onorevoli Interpellant hu żbaljat. Ir-reserved parking fi Pjazza San Franġisk hu fil-fatt ristrett għal tlett vetturi biss u m'hux riservat nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd.
Leg 9 PQ #30890 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Parkeġġ Illimitat

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma illi fir-Rabat u l-Fontana, Għawdex trakkijiet ta' ħames tunnellati jew iżjed u li jappartjenu lil ċerti individwi, ngħataw permess għal-parkeġġ illimitat waqt li trakkijiet oħra ta' ħames tunnellati jew iżjed li huma propjeta ta' individwi oħra ma ingħatawx dan il-permess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ebda vettura reġistrata mad-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testjar li tiżen aktar minn 3 tunnellati u nofs ma nħarġilha permess għal parkeġġ illimitat.