Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36561 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex ħofra kbira li tħaffret fi Triq Sdieri, Għarb, Għawdex quddiem il-fond bin-numru 28 terġa' timtela minħabba l-periklu kbir li l-istess ħofra hija għall-pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta kien qiegħed isir xi xogħol fl-area li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, instabet struttura taħt l-art li għandha valur arkeoloġiku, kif dikjarat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet. Ittieħdet azzjoni ta` infurzar minn naħa ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) (numru ECF 142/02) peress illi l-għar kien ser jissaqqaf b`saqaf tal-konkrit. Wara li ħarġet l-azzjoni ta` infurzar saru xi diskussjonijiet fejn ġie miftiehem illi l-Kunsill Lokali ta` l-Għarb għandu jibgħat method statement li jiddeskrivi kif is-sit għandu jerġa` jiġi magħluq. Sadanittant, l-area hija mdawra b`ċint ta` protezzjoni biex ma tkunx ta` periklu għan-nies jew karozzi.
Leg 9 PQ #36221 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti ta' Għawdex — Kaos u Konfużjoni

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija 36105 cioe', jista' jinvestiga u jgħid x'inhi r-raġuni li fil-qorti ta' Għawdex qed jirrenjaw kaos u konfużjoni sħaħ, b'nuqqas kbir ta' staff, bir-reġistru l-ġimgħa l-oħra għal ċerti ħinijiet magħluq peress li ma kien hemm l-ebda persuna biex tirċievi l-atti ġudizzjarji, b'persuni li jkunu jridu jaraw xi file jistennew għall-ħinijiet twal u l-head fl-istess qorti kontinwament u pubblikament fi ġlied fil-bini tal-qorti għaliex ħadd ma jrid ibaxxi rasu wieħed għall-ieħor, b'eżempju ħażin li qiegħed jingħata anke lill-pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

L-amministrazzjoni tal-Qorti f`Għawdex m`hix responsabilita ta` dan il-Ministeru izda tal-Ministru għall-Għawdex u fil-fatt l-impjegati tal-Qorti f`Għawdex jirrispondu amministrattivament lis-Segetarju Permanenti fil-Ministeru għall-Għawdex. L-unika konnessjoni ma Malta għadha fil-qadi tad-doveri tar-Reġistratur skond u limitatament għal dak li joħroġ mill-liġi u anki hawn teżisti awtonomija fil-prattika. Peress illi l-kwistjonijiet kollha imqajjma mill-Onor. Interpellant huma materji t`amministrazzjoni ordinarja, l-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru għall-Għawdex.
Leg 9 PQ #36288 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Xewkija

Question

Jista' il-Ministru jieħu ħsieb u jara li jiġi kkonservat shelter ta' żmien it-tieni gwerra li għandu diversi kmamar fih liema shelter jiġi quddiem il-fond bin-numru 96, Triq it-Torri Finghi, Xewkija, Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet se jfittex li jillokaliza x-xelter imsemmi fil-mistoqsija u jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex, jekk ikun il-każ, jiġi ppreservat.
Leg 9 PQ #36030 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-riżultati ta' l-interviews li saru f'Awissu li għadda għad-dħul fil-Bank Ċentrali ta' Malta għadhom sal-lum m'humiex ippubblikati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tar-reklutaġġ ta' skrivani grad B mal-Bank Ċentrali ta' Malta għadu ma ġiex iffinalizzat kompletament. Dan ser jiġi ffinalizzat fi żmien ġimgħa u l-applikanti kkonċernati jiġu nfurmati8 u rapport finali jingħata wkoll lill-ETC.
Leg 9 PQ #36031 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-liċenzji għall-bird trapping f'Għawdex m'humiex qegħdin jiġu proċessati u jingħataw?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35490.
Leg 9 PQ #36105 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qort ta' Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga u jgħid x'inhi r-raġuni li fil-qorti ta' Għawdex qed jirrenjaw kaos u konfużjoni sħaħ, b'nuqqas kbir ta' staff, bir-reġistru l-ġimgħa l-oħra għal ċerti ħinijiet magħluq peress li ma kien hemm l-ebda persuna biex tirċievi l-atti ġudizzjarji, b'persuni li jkunu jridu jaraw xi file jistennew għall-ħinijiet twal u l-head fl-istess qorti kontinwament u pubblikament fi ġlied fil-bini tal-qorti għaliex ħadd ma jrid ibaxxi rasu wieħed għall-ieħor, b'eżempju ħażin li qiegħed jingħata anke lill-pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #35151 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qrati - Impjegati - Vetturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min mill-impjegati fil-qrati ta' Għawdex għandu dritt li jkollu l-użu ta' vettura b'xejn imħallsa b'kera mill-gvern ta' Malta? Tista' tgħid min attwalment qiegħed jużufruwixxi minn dan il-benefiċċju meta fir-realta' m'għandux dritt għalih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-Direttur tal-Qrati u Tribunali u l-Marixxalli - dawn ta' l-ahhar waqt il-qadi ta' dmirijiethom - huma l-impjegati fil-Qrati ta' Ghawdex li ghandom dritt ghall-uzu ta' vettura bl-ispiza ghall-Gvern ta' Malta. Jiena nfurmata wkoll li hemm karozza mikrja mill-Gvern li qed tintuza mill-Assistent Registratur ta' l-istess Qrati. Sadattant naghatw struzzjonijiet biex jigi zgurat li hadd ma jithalla jaghmel uzu minn vetturi mhallsin minn flus pubblici jekk ma jkollux dirtt ghal dan l-uzu.
Leg 9 PQ #35490 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-permessi tal-kaċċa għat-tehid ta' għasafar u għaż-żamma ta' senter jew snieter fi stat funzjonabbli m'humiex jitħallsu?

Response (BORG, TONIO)

It-tiġdid ta` permessi għadu għaddej normali.
Leg 9 PQ #34941 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rikorsi

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 34684 u cioe jista' l-Ministru jagħti dawk id-direttivi sabiex rikorsi ta' Għawdxin li għadhom pendenti quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, jibqgħu jinstemgħu f'Għawdex quddiem l-assistent ġudizzjarju, Dr Aron Attard Hili u mhux ikomplu jinstemgħu quddiem assistent ġudizzjarju f'Malta, għaliex miżura bħal din ma tagħmel l-ebda sens ħlief li toħloq hardship u skariġġ bla bżonn lil Għawdxin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jagħmel din il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #34942 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tara: 1) li extractor fan li hemm fil-Kċina ta' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex li ilu 'l fuq minn sena bil-ħsara, jissewwa jew jiġi sostitwit minħabba s-sħana il-kbira li hemm? 2) li l-borma l-kbira li tintuża għall-brodu u li hemm fil-kċina ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex tissewwa jew tiġi sostitwita b'oħra peress illi l-condensed steam mill-boiler qiegħed jitħallat mal-brodu li jingħata lill-pazjenti u dan jista' jwassal għal food poisoning?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dwar l-ewwel mistoqsija se nassigura li jittieħdu l­passi kollha meħtieġa mill­aktar fis possibbli. Sadattant se jitwaqqaf Bord biex jara jekk kienx hemm xi traskuraġni fil­każ imsemmi. Dwar it­tieni mistoqsija, il­borma l­kbira li tintuża għall­brodu li hemm fil­kċina ta' l­Isptar Ġenerali ta' Ghawdex issewwiet immedjatament hekk kif rrapportawha l­koki u ma hemm l­ebda biża ta' food poisoning.
Leg 9 PQ #34653 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' l-Ministru tara li fl-isptar ġenereali ta' Għawdex tinxtara x-ray machine tal-bone density li hija bżonjuża ħafna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x­xiri ta' dan l­apparat qiegħed jiġi kkunsidrat ma' prioritajiet oħra ta' l­Isptar.
Leg 9 PQ #34684 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Għawdxin — Rikorsi

Question

Jista' l-Ministru jagħti dawk id-direttivi sabiex rikorsi ta' Għawdxin li għadhom pendenti quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, jibqgħu jinstemgħu f'Għawdex quddiem l-assistent ġudizzjarju, Dr Aron Attard Hili u mhux ikomplu jinstemgħu quddiem assistent ġudizzjarju f'Malta, għaliex miżura bħal din ma tagħmel l-ebda sens ħlief li toħloq hardship u skariġġ bla bżonn lil Għawdxin?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant hu mitlub li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #34685 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Beach Cleaners

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-beach cleaners f'Għawdex ma jaħdmux taħt l-istess kundizzjonijiet u ħinijiet bħal sħabhom f'Malta? X'inhi r-raġuni li matul il-ġranet tax-xogħol qegħdin jiġu mġiegħla li jidħlu mis-6.00 a.m. sal 11.30 a.m. u l-ħadd u fil-festi pubbliċi jidħlu jaħdmu u ma jitħallsux kif hu bid-dritt u xieraq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­Beach Cleaners f'Għawdex qegħdin jaħdmu ħinijiet skond l­esiġenzi tas­Servizz. Il­ħaddiema li jaħdmu fil­ħdud u festi jiġu kkumpensati b' "time­off in lieu" kif maqbul magħhom.
Leg 9 PQ #34764 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Proċessi Verbali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proċess verbal dwar il-mewt ta' ġuvni għawdxi li ismu qed jintbagħat separatament li miet f'inċident awtomobilistiku fil-21 ta' Marzu 2001 fin-Nadur , Għawdex għadu ma ġiex finalizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li dan il-kaz jinsab fi stadju ta' nkjesta, hu kopert bis-sigriet istruttorju skond it-termini tal-kodici kriminali.
Leg 9 PQ #34486 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bajjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'prekawzzjonijiet qiegħed jieħu l-ministeru fuq il-bajjiet f'Għawdex dan is-sajf biex tiġi evitata xi diżgrazzja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qieghed jigi finalizzat ftehim bejn il-Ministeru ghal Ghawdex, il-Korporazzjoni ghall-Impjiegi u Tahrig (ETC) u l-Fergha ta’ Ghawdex tal-Malta Red Cross biex jigi pprovdut servizz ta’ l-ewwel ghajnuna fil-bajjiet principali ta’ Ghawdex matul ix-xhur t’Awissu u Settembru.
Leg 9 PQ #34441 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Co-ordinating Unit

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għal dan is-sajf ġiex imwaqqaf il-co-ordinating unit fi ħdan il-ministeru għal Għawdex sabiex jieħu ħsieb jikkordina l-ħtiġijiet ta' Għawdex minħabba il-Maltin u barranin li jiġu Għawdex fix-xhur tas-sajf?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Co-ordinating Unit ser titwaqqaf fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #34250 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Għawdex — Traffic Wardens - Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'Għawdex minn Jannar 2002 sal-lum, kemm taw tickets it-traffic wardens fil-Belt Vittorja u fl-irħula l-oħra ta' Għawdex? Din is-sena sal-lum, kemm saru seduti mill-kummissarju nkarigat biex jaqta' dawn il-kontravenzjonijiet? Din is-sena, kemm persuni f'Għawdex ġew immultati u x'inhuwa l-ammont ta' flus li ddaħħal f'Għawdex minħabba l-kontravenzjonijiet mogħtija mit-traffic wardens?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #34007 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti

Question

Jista' l-Ministru jweiġeb mistoqsija 33852, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li fil-qorti ta' Għawdex din is-sena ma ġietx appuntata subbasta waħda? X'inhi r-raġuni għal dan? X'biħsiebu jagħmel biex dan in-nuqqas serju jiġi rimedjat?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi wara li fil-Qorti t`Għawdex ġiet appuntata Direttur għal dik il-Qorti, qamu xi problemi dwar min għandu jkollu responsabilta għal dawn is-subbasti. Jien infurmat ukoll illi x-xogħol relattiv issa beda jsir u hu mistenni li l-ħmistax is-subbasta li hemm pendenti għandhom jigu appuntati dalwaqt.
Leg 9 PQ #33852 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Għawdex — Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-qorti ta' Għawdex din is-sena ma ġietx appuntata subbasta waħda? X'inhi r-raġuni għal dan? X'beħsiebu jagħmel il-ministru biex dan in-nuqqas serju jiġi rimedjat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #33490 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tas-Saħħa

MRI

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta l-ġenituri tat-tifel, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kitbu lill-awtoritajiet ta' l-isptar biex lit-tifel tagħhom jagħmlulu l-MRI huma ġew mgħarrfa li jridu jistennew madwar tliet xhur biex issir l-MRI?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.