Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2481 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti ta' Għawdex — Sistema ta' video conferencing

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sistema tal-video conferencing għadha ma ġietx introdotta fil-qorti ta' Għawdex? X'inhi r-raġuni li r-reviżjoni ta' l-atti notarili u r-reġistru tiegħu tneħħew mill-qorti ta' Għawdex u llum biex tikkoreġi żball f'att trid tinstitwixxi r-rikors f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Membru li sal-lum għadu ma kienx hemm każ fejn kien hemm l-bżonn tal-Video Conferencing ġewwa l-Qrati ta` Għawdex. Barra minn dan irid jingħad ukoll li l-użu f`Malta ma huwiex qawwi. Rigward il-Qorti tar-Reviżjoni tal-Atti Notarili ninforma li ma huwiex minnu li dawn tneħħew mill-Qorti ta` Għawdex.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Refurbishment - Sala Sant Anna

Question

Peress li ilni mill bidu tal-leġislatura nistenna risposta, jista' il-Ministru jgħid jekk fir-refurbishment tas-sala Sant Anna fl-iptar ġenerali ta' Għawdex ingħatawx direct orders, kemm intefqu flus u min għamlu x-xogħol u l-ammont ta' kull kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1921 Sitting 42 2003-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitators

Question

Jista' il-Ministru jara li ċerta studenta li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi l-iskola Patri Mattew Sultana fix-Xagħra Għawdex li għandha eta' ta' sitt snin tingħata s-servizz ta' facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li it-tifla imsemmija ġiet assessjata mill-Istatementing Moderating Panel (5 ta' Settembru 2003) li rrakkomanda li tingħata Shared Help fl-istess klassi flimkien ma' Complementary Education. Skond il-Kap ta' l-iskola, it-tifla diġa' kienet qed tingħata l-għajnuna. Uffiċjalment ingħatat l-għajnuna mill-bidu tas-sena skolastika.
Leg 10 PQ #1915 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Apparat - Memogram

Question

X'inhi r-raġuni li l-apparat tal-memogram ma inxtarax għal kemm l-offerti ġew proċessati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il­mammography workstation għadu ma nxtarax għax l­Adjudicating Board ma ppreżentax ir­rapport finali tiegħu wara li ltaqgħu ma' xi diffikultajiet.
Leg 10 PQ #1916 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Lazer Facility — Sptar Ġenerali ta' Għawdex

Question

Kemm persuni użaw il-lazer facility li hemm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex is-sena li għaddiet u din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fl-Isptar Generali t’Ghawdex saru 31 trattament bil-lazer matul is-sena 2002 u 20 intervent minn Jannar sa Settembru ta’ din is-sena.
Leg 10 PQ #1917 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Magna tal-istress tal-qalb

Question

X'inhi r-raġuni li l-magna tal-istress test tal-qalb ilha minn Diċembru ma tiffunzjonax?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill­Onorevoli Nterpellant għar­risposta li tajt għall­Mistoqsija Parlamentari numru 1737.
Leg 10 PQ #1918 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skejjel

Question

X'inhi r-raġuni li l-iskola tal-Bini u l-iskola tal-Biedja Kelinu Galea għalqu f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #1919 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Pazjenti Għawdixn — Kura f'Malta

Question

Kemm pazjenti Għawdin ġew trasportati għal kura f'Malta is-sena li għaddiet u din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom p.l.c. — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħames Għawdxin li jaħdmu mal-Maltacom p.l.c. u li ta' kuljum iridu jmorru Malta għax-xogħol u jirritornaw lura fil-għaxija qegħdin jiġu mġiegħla li biex jingħataw is-servizz ta' trasport iridu bilfors jiffirmaw dikjarazzjoni li huma personalment responsabbli għall-ħlas ta' danni lilhom personali u/jew lill-passiġġieri fl-istess vettura u għal kull ħlas ieħor spettanti lil terzi anke f'każ ta' danni fuq proprjeta' mobbli u/jew immobbli tal-Maltacom p.l.c. jew ta' terzi u dan f'każ li l-assigurazzjoni maħruġa fuq l-istess vettura għal kwalunkwe raġuni ma tkoprix l-istess danni? Għaliex sħabhom Maltin ħaddiema tal-Maltacom ma ġewx imġiegħla jiffirmaw l-indemnity form?

Response (GATT, AUSTIN)

Minħabba n-natura kummerċjali ta' Maltacom p.l.c., mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #1266 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Ħsara fil-friża tal-kċina

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma li l-freezers li hemm fl-isptar ġenerali ta' Għawdex fil-kċina ilhom żmien bil-ħsara u li m'hemmx fondi sabiex tinxtara freezer ġdida peress li dik li hemm hija beyond economical repair? Huwa minnu li fil-preżent il-ħaxix u oġġetti oħra ta' l-ikel għall-istess sptar qegħdin jitħallew barra fis-sħana tas-sajf għaliex l-isptar ġenerali ta' Għawdex huwa priv minn freezer?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Huwa minnu li hemm żewġ freezers bil-ħsara. Iżda jiena nfurmata li hemm żewġ freezers oħra li huma relattivament ġodda u li jintużaw meta jkun bżonn għal ħażna tal-ħaxix.
Leg 10 PQ #1269 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Ċumnija - Nugrufun

Question

X'inhi r-raġuni li ma ttieħdu l-ebda passi sabiex l-inkonvenjent kbir li huwa ta' periklu għas-saħħa ta' l-abitanti li joqogħdu viċin l-isptar Ġenerali ta' Għawdex minħabba nugrufun u d-duħħan li joħroġ miċ-ċumnija ta' l-istess Sptar Ġenerali ta' Għawdex jiġi eliminat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-amministrazzjoni ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed tieħu kull prekawzjoni sabiex l-inċinerazzjoni tal-‘clinical waste’ fl-isptar joħloq l-inqas inkonvenjent possibbli. Ta’ min jinnota li meta tiġi kkummissjonata l-‘clinical waste disposal system’ ġewwa Malta, l-inċinerazzjoni tal-‘clinical waste’ ta’ l-isptar isir f’Malta u b’hekk il-problema ta’ l-inċinerazzjoni tiġi eliminata.

Gozo Channel — Reviżjoni tan-nollijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk in-nollijiet tal-cargo u tal-passiġġieri tal- Gozo Channel hux se jiġu riveduti? Meta kien l-aħħar li l-accounts ta' din il-kumpanija ġew skrutinati minn accountant jew awditur pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Revizjoni tan-nollijiet tal-Cargo u tal-passiġġieri tal-Gozo Channel issir skond kif meħtieġ u apparagun tas-servizzi mogħtija mill-istess kumpanija. L-aħħar accounts tal-kumpanija ġew skrutinati minn awdituri pubbliċi u huma għas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta' Settembru, 2002.

Maltacom p.l.c. — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħames Għawdxin li jaħdmu mal-Maltacom p.l.c. u li ta' kuljum iridu jmorru Malta għax-xogħol u jirritornaw lura fil-għaxija qegħdin jiġu mġiegħla li biex jingħataw is-servizz ta' trasport iridu bilfors jiffirmaw dikjarazzjoni li huma personalment responsabbli għall-ħlas ta' danni lilhom personali u/jew lill-passiġġieri fl-istess vettura u għal kull ħlas ieħor spettanti lil terzi anke f'każ ta' danni fuq proprjeta' mobbli u/jew immobbli tal-Maltacom p.l.c. jew ta' terzi u dan f'każ li l-assigurazzjoni maħruġa fuq l-istess vettura għal kwalunkwe raġuni ma tkoprix l-istess danni? Għaliex sħabhom Maltin ħaddiema tal-Maltacom ma ġewx imġiegħla jiffirmaw l-indemnity form?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1014 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum — Studenti - Eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħtina dettalji ta' kemm studenti għaddew din is-sena għall-Junior Lyceum mid-diversi skejjel ta' Għawdex u b'liema marki għaddew?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1015 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Wied ta' Żejta — Miżbla - Rabat Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħidilna hemmx il-ħsieb li tingħata facelift tajjeb it-triq tal-Wied ta' Żejta fejn tinsab il-miżbla tar-Rabat t'Għawdex? Tista' il-Ministru tieħu passi biex titranġa anki t-triq li twassal għall-miżbla fil-parti tagħha tan-naħa magħrufa bħala s-sellum tax-Xagħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

.Jiena nfrumata li l-manutenzjoni tat-triq tal-Wied ta’ Żejta hija responsabilta tal-Kunsill Lokali tal-Victoria. Għaldaqstant nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċerna dwar l­ewwel parti tal­Mistoqsija. Dwar it-tieni parti, jekk l-Onorevoli Nterpellant qiegħed jirreferi għall­bini ta’ “retaining wall” fit-tarf tat-triq tal-Wied ta’ Żejta, jiena nfurmata li dan ix-xogħol qed isir u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 10 PQ #1020 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq iż-Żewwiqa Qala — Tindif ta' triq

Question

Tista' il-Ministru tara li titnaddaf Triq iż-Żewwieqa Qala minn fejn il-Belvedere għal fejn il-Country Club li hija mimlija skart, żibel u ħaxix ħażin, aktar u aktar meta din it-triq hija frekwentata minn numru kbir ta' turisti kuljum li jinġabru hemm jaraw il-panorama?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena tajt struzzjonijiet li Triq iż-Żewwieqa Qala titnaddaf aktar regolarment.
Leg 10 PQ #715 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Qorti ta' Għawdex — Inkjesti pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti pendenti quddiem kull maġistrat tal-qorti ta' Għawdex? Kemm minn dawn l-inkjesti ġew konklużi mill-maġistrat inkwirenti matul dawn l-aħħar tlett xhur?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 428. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-inkjesti konklużi matul l-aħħar tlett xhur hu kif ġej: Maġistrat Numru Dr Paul Coppini 6 Dr Dennis Montebello 55* Dr Carol Peralta 12* Dr Joseph Apap Bologna 7* Dr Consuelo Scerri Herrera 74 *Inkjesti ġew trasferiti b`digriet ta` l-10 ta` Marzu 2003 lill-Maġt Dr Consuelo Scerri errera u ġew konklużi minnha.
Leg 10 PQ #716 Sitting 13 2003-06-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Għawdex — Qorti ta' reviżjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-qorti ta' reviżjoni ta' l-atti notarili tneħħa minn Għawdex u issa r-reġistru ta' dan il-qorti jinsab Malta? X'jista' il-Ministru jirrimedja għal dan?

Response (BORG, TONIO)

Wara li daħal fis-seħħ l-Att VI ta` l-2001, atti li għandhom x`jaqsmu mal-Qorti tar-Reviżjoni ta` l-Atti Notarili ma baqgħux jiġu aċċettati fil-Qorti ta` Għawdex. Ingħataw ordnijiet, pero`, li dawn l-atti issa jiġu aċċettati u mħallsin fil-Qorti ta` Għawdex, li mbagħad jieħu ħsieb li jibgħathom il-Qorti ta` Malta.

Għawdex — Sptar ġenerali - Sala Sant'Anna

Question

Peress illi fir-refurbishment tal-ward Sant'Anna fl-isptar ġenerali ta' Għawdex intnefqu kważi tliet kwarti ta' miljun lira u peress illi l-Ministru għal Għawdex irrispondiet mistoqsija parlamentari fis-sens illi r-responsabbilta' u twettiq ta' l-istess refurbishment ma sarx mill-ministeru tagħha imma mill-welfare committee, jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-istess mistoqsija parlamentari fis-sens li jagħti informazzjoni u jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order jew jekk ħarġitx xi tender, min kienu l-kuntratturi u ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol u kemm tħallsu jew se jitħallsu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tingabar u risposta ser tinghata f'xi Seduta ohra.