Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #7542 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħlijiet b'direct order

Question

Tista il-Ministru tgħid x'inhu x-xogħol li ngħata f'Għawdex b'direct order minn Jannar sa Settembru 2004? Tista' il-Ministru telenka u tagħti diskrezzjoni qasira tax-xogħol kollu li ngħata b'direct orderfil-perjodu hawn fuq indikat u kemm swiet kull direct orderli ngħatat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella ta’ hawn taħt:- Dipartiment Fergħa Deskrizzjoni ta’ Xogħol b’direct order’ minn Jannar sa Settembru 2004 Valur tad-Direct Order Lm Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi - Tiswijiet fuq il-lift li hemm fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex 1,233.10 Dipartiment tal-Customer Services Edukazzjoni Kisi tal-passaġġ li minnu jgħaddu studenti għall-buses 1,625 Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp Xogħlijiet Xiri ta’ fanali dekorattivi għall-belvedere fi Triq Xħajma, Nadur 645.00 Xogħlijiet Xogħol urġenti ta’ bini ta’ ħitan fi Triq Sdieri, Għarb 869.70 Xogħlijiet Xiri ta’ madum Pulfido għall-belvedere fi Triq Xħajma, Nadur 1,239.00 Xogħlijiet Provvista ta’ apparat li jintuża mis-surveyors fil-Fergħa tax-Xogħolijiet *5,092.55 Agrikoltura Trasferiment ta’ karkassi ta’ annimali u fdalijiet oħra ta’ annimali biex jiġu maħruqa fl-inċineratur 1,000.00 Xogħlijiet Xogħolijiet ta’ estensjoni fis-sistema ta’ drenaġġ f’diversi lokalitajiet f’Għawdex 1,830.36 Xogħlijiet Kisi ta' sqaq fi Triq 13 ta' Diċembru, Nadur bil-monolithic concrete 749.00 Barra minn dawn L-Isptar Ġenerali għandu kuntratt mal-Koperattiva għall-ħasil tal-bjankerija li jammonta għal madwar Lm 8,000 fix-xahar. Il-pagamenti jsiru dejjem bl-approvazzjoni tal-Finanzi. * Approvat mill-Finanzi
Leg 10 PQ #8279 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sala Sant Anna

Question

Tista' il-Ministru tispjega kif is-Sala Sant Anna li swiet lill-poplu Għawdxi aktar minn kwart ta' miljun lira hija nofsha vojta u l-anzjani minflok jitpoġġew f'din is-sala jitqiegħdu fil-kuriduri tas-sala tan-nisa? Tista' il-Ministru tieħu passi biex sitwazzjoni bħal din ma titħalliex tiddeterjora ta' kuljum fis-sala tan-nisa b'kuriduri ppakkjati mill-pazjenti u xjuħ u bin-nurses u ħaddiema oħra litteralment ma jistgħux ilaħħqu max-xogħol u l-konfużjoni li hemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Fis-Sala Sant' Anna hemm 81 sodda li bħalissa 60 biss minnhom qed jintużw minħabba nuqqas ta' infermiera. Iżda ninsab infurmata, li dan l-aħħar intlaħaq ftehim sabiex xi nfermiera Għawdxin li bħalissa qegħdin jaħdmu Malta jiġu trasferiti lejn Għawdex biex ikunu jistgħu jimtlew is-sodod vojta li hemm fir-Residenza Sant’Anna.
Leg 10 PQ #7542 Sitting 168 2004-10-05 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħlijiet b'direct order

Question

Tista il-Ministru tgħid x'inhu x-xogħol li ngħata f'Għawdex b'direct order minn Jannar sa Settembru 2004? Tista' il-Ministru telenka u tagħti diskrezzjoni qasira tax-xogħol kollu li ngħata b'direct orderfil-perjodu hawn fuq indikat u kemm swiet kull direct orderli ngħatat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 10 PQ #7531 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

FTS

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-ammont ta' flus li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada nefqet f'Għawdex minn Jannar sa Settembru 2004? Fejn intnefqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma dak li hemm rapportat f'The Malta Financial & Business Times tal-15 ta' Settembru, 2004 li l-erba' sulari tal-Malta House li l-Gvern ta' Malta xtara f'Rue Archimede u li huwa beħsiebu jikri, se jkunu soġġetti għal 12% taxxa tax-xiri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi li bħal issa qiegħed jiddiskuti x-xiri ta’ Dar Malta.
Leg 10 PQ #7534 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċentru ta' medjazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'arranġamenti qegħdin isiru f'Għawdex sabiex jitwaqqaf ċentru tal-medjazzjoni in vista ta' l-abbozz tal-liġi Nru. 31 ippubblikat f'dan ir-rigward?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #7536 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Decompression chamber

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jinġab id-decompression chamber il-ġdid li suppost se jinxtara bil-fondi tal-UE? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan id-decompression chamber il-ġdid jitwaħħal f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghar-risposta ghall-mistoqsija numru 7503.
Leg 10 PQ #7538 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Produtturi tat-tadam

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' produtturi Għawdxin tat-tadam għall-ipproċessar li huma ntitolati biex japplikaw għal għajnuna in forza ta' l-Avviż Legali 405 ta' l-2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li se tiġi riservata bħala għajnuna għal produtturi Għawdxin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #7540 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjant għat-trattament ta' waste water urban

Question

In vista tal-fatt li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ it-tender relattiv għal disinjar u bini ta' impjant għat-trattament ta' waste water urban f'Ta' Mġarr ix-Xini limiti ta' Għajnsielem, Għawdex, tista' il-Ministru tgħid: i) kemm hu stmat li se jiswa dan l-impjant? ii) Minn fejn ġejjin il-fondi għal bini ta' dan l-impjant? iii) Id-data meta se jitlesta dan l-impjant?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-impjant ghat-trattament ta' "UrbanWaste Water" f'Ta' Mgarr ix-Xini: i) Huwa stmat li ser jiswa 7.2 miljun euro; ii) Ser jigi ffinanzjat bi 3.7 miljun euro minn Fondi ta' Qabel is-Shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l-bqija minn fondi lokali; iii) Huwa mistenni li jitlesta fit-tielet kwart tas-sena 2006.

Għawdex — Każi ta' omiċidji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru omiċidji f'Għawdex sena b'sena f'dawn l-aħħar 50 sena? Kemm minn dawn ġew solvuti u kemm minn dawn għadhom pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħamsin sena kien hemm 14-il każ ta' omiċidju ġewwa Għawdex, kif ukoll każ ieħor ta' mewt, suspettuża. Dwar 11 minn dawn il-każi ġew imressqa persuni quddiem il-Qorti.

Gozo Channel — Żieda fin-nollijiet

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma illi ż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel li bdew iseħħu mil-1/6/2004 għadhom ma ġewx ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, x'validita' għandhom dawn iż-żidiet fin-nollijiet tal-Gozo Channel?

Response (GATT, AUSTIN)

Iż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel li bdew iseħħu mill-1 ta' Ġunju 2004 ġew fis-seħħ permezz ta' l-Att Legali 314/2004 u ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta, Nru. 17,595, datata 31 ta' Mejju 2004.

Vapuri tal-Gozo Channel — Ħaddiema li jaħdmu fil-catering

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li qegħdin jaħdmu fil-catering fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u li huma impjegati mal-persuna li fil-preżent għandha l-kuntratt tal-catering fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kuntrattur privat jagħti servizz tal-kafetterija lil GCCL. Il-kuntratt li jirregola l-għoti ta' dan is-servizz ġie estiż sa l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena. Wara dik id-data, huwa mistenni li l-kumpanija tuża r-riżorsi interni tagħha biex topera l-kafetterija.
Leg 10 PQ #5472 Sitting 127 2004-05-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tas-sħubija ta' Malta fl-UE

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hu stmat li swew fi flus iċ-ċelebrazzjonijiet li saru f'Għawdex minħabba d-dħul tal-gżejjer Maltin fl-Unjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ċ-ċelebrazzjonijiet li saru f'Għawdex biex niċċelebbraw id-dħul ta' Malta u Għawdex fl-Unjoni Ewropea huma stmati li swew Lm11,698.

Maltacom — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament: a) hux impjegat tal-Maltacom; b) jekk fl-affermattiv, hux eżenti milli jilbes l-uniformi; c) jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li hu jkun il-ġurnata kollha jservi ġewwa bottegin; d) jekk fl-affermattiv u jirriżulta li dan ma jattendix għax-xogħol, x'inhi r-raġuni li jibbenefika għall-allowances u l-benefiċċji kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-P.Q. 1130.
Leg 10 PQ #4970 Sitting 114 2004-03-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Qrati — Għawdxin li jkunu għamlu talba għas-serparazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tispjega kif medjaturi nominati taħt il-Liġi tal-Familja qegħdin jibagħtu għal persuni Għawdxin li jkunu għamlu talba għas-separazzjoni biex imorru Malta għal medjazzjoni, meta dawn ħafna minnhom huma nisa miżżewġa bi tfal żgħar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #4971 Sitting 114 2004-03-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Maltapost — Ħaddiema Għawdxin

Question

Tista' il-Ministru tagħti r-raġunijiet għaliex seba' ħaddiema tal-Maltapost mil-lum ġew trasferiti mix-xogħol li kellhom f'Għawdex għal xogħol f'Malta ma' l-istess Maltapost, filwaqt li ħamsa oħra kellhom ix-xogħol tagħhom mibdul mingħajr spjegazzjoni ta' xejn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #4305 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Radio Calypso — Bejħ ta' frekwenza

Question

Jikkonferma il-Ministru li Radio Calypso (102.3FM), l-unika stazzjon li hemm fil-gżira Għawdxija, qed jipprova jbigħ il-frekwenza tiegħu lil stazzjon tar-radio ieħor privat? Fuq liema kriterji u x'se jsir mill-ħaddiema ta' dan l-istazzjon, l-aktar meta hemm min hu lest jinvesti f'dan l-istazzjon f'Għawdex u jipprovdi mpjieg għal dawn l-istess ħaddiema ta' Calypso FM?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #3550 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tas-Sliema — Taħrika li nstemgħet fit-tribunal tal-kunsill lokali

Question

Jista' il-Ministru: 1) jinvestiga min kien il-gwardjan responsabbli għat-taħrika li ħarġet kontra l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li nstemgħet fit-tribunal tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema fil-5/12/03? 2) Saru investigazzjonijiet fuq dan il-każ wara li l-kunsill irċieva ittra f'isem din l-istess persuna u fiha ġie mgħarraf li l-karozza konċernata ta' l-istess persuna fil-ħin ta' l-allegat reat kienet fi Pjazza Katidrali t'Għawdex? 3) Jekk saru, għal liema raġuni t-taħrika ma ġietx irtirata u mhux ġiet imġiegħla tidher fit-tribunal tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema fil-5/12/03? 4) Għandha dritt din il-persuna tiġi rikompensata għall-ispejjeż li kellha tagħmel biex tidher fit-tribunal u għat-tbatijiet li sofriet b'konsegwenza ta' dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-funzjoni ta` infurzar ta` kontravenzjoni tat-traffiku ġiet delegata lill-Kunsilli Lokali. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant jista` jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali fejn inħarġet it-taħrika.

Liċenzja ta' bird trapping

Question

Huwa minnu li f'Għawdex ċertu persuni li ma kenux ħallsu l-liċenzja ta' bird trapping qegħdin jitħallew iħallsu din il-liċenzja b'lura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.