Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna li tkun appellat minn deċiżjoni tal-kummissarju għall-ġustizzja u d-deċiżjoni tiġi kkonfermata mill-maġistrat fl-appell u jħallas il-multa fir-reġistru tal-qorti ta' Għawdex, xorta waħda meta l-persuna konċernata tmur tħallas il-liċenzja tal-vettura fl-uffiċċju tal-liċenzji dawn jirrifjutaw il-ħlas tal-liċenzja għaliex il-multa tkun inġabret mill-qorti u mhux mill-kunsill lokali?
Dan jiġri f'Għawdex biss? Jaf li wara xahar l-individwu konċernat jerġa' jeħel Lm15 oħra għax ma ħallasx il-liċenzja minħabba multa li jkun ħallas diġa' fil-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li qed jittieħdu passi biex sitwazzjonijiet bħal dawn fil-Qrati t`Għawdex jiġu eliminati. Fil-fatt, diġa' saru arranġamenti ħalli il-multi ta’ sentenzi tat-Tribunali appellati fil-Qorti jibdew jgħaddu lill-Kunsilli Lokali fejn saret il-kontravvenzjoni.
Qed jittieħdu passi wkoll sabiex malli tingħata sentenza ta` appell li tikkonferma l-ħtija, tintbgħat minnufih kopja tas-sentenza u ta` l-irċevuta lill-Uffiċjal Awtorizzat u għaldaqstant hu ttamat li sitwazzjonijiet fejn individwu jeħel multa minħabba late renewal ikunu wkoll evitati.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gozo channel għandhiex arretrati fil-ħlas tal-kontribuzzjoni ta' l-NI tal-ħaddiema u l-ġbir ta' l-FSS? Kemm tħallas is-sena li għaddiet mill-Gozo channel kontribuzzjonijiet ta' l-NI tal-ħaddiema u fi ġbir ta' l-FSS?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim il-ġdid li ġie ffirmat dwar is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex?
Huwa minnu li l-fare se jkun ta' Lm50 bir-return u Lm30 one-way?
Tista' il-Ministru tgħid jekk tikkonsidrax dan in-noll bħala wieħed esorbitanti mhux biss għat-turisti imma ħafna u ħafna aktar għal Maltin u l-Għawdxin li jkunu jridu jużaw dan is-servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Naccerta lill-onor Interpellant li l-Gvern għamel dak kollu possibbli biex isib kumpanija serja u b’saħħitha biex tħaddem is-servizz tal-helicopter bejn Għawdex u Malta. Għalhekk huwa ta’ sodisfazzjoni ghalija u ghal kulmin ghandu l-gid ta’ Ghawdex ghal qalbu li l-Gvern laħaq ftehim ma’ kumpanija Spanjola, Helicopteros del Sureste, waħda mill-akbar kumpaniji fid-dinja li joperaw servizz ta’ passiġġieri bil-helicopters. Is-servizz li se tħaddem din il-kumpanija se jkun wieħed ta’ l-ogħla kwalita’ u jagħmel ġieħ lill-gżira Għawdxija li lkoll nemmnu li jixirqilha u li rriduha tkun destinazzjoni turistika distinta li tiġbed lejha turisti ta’ l-ogħla kategoriji.
Is-servizz il-ġdid li se jibda jaħdem f’Marzu li ġej se jgħin lil Għawdex jilħaq dan il-għan. Se jkun jagħmel ta’ l-inqas 20 vjaġġ kuljum mill-aħħar ġimgħa ta’ Marzu sa l-aħħar ta’ Ottubru u 8 vjaġġi kuljum mill-bidu ta’ Novembru sa Marzu. Se jagħmel vjaġġi bil-lejl matul is-sena kollha. Is-servizz se jitħaddem b’helicopters Bell 412 li huma fost l-aħjar nett tal-helicopters li jintużaw għat-trasport pubbliku. Il-bażi tas-servizz se tkun f’Għawdex biex ikun iktar ta’ min jorbot fuqu għal min ikun irid jaqbad xi titjira għal barra minn Malta.
Il-prezzijiet għal dan is-servizz ta’ kwalita’ se jkunu ta’:
· Lm30 one way u Lm50 ritorn għall-passiġġieri regolari;
· Lm16 one way u Lm26 għar-residenti kollha f’Malta u f’Għawdex huma ta’ liema nazzjonalita’ huma;
· Lm16 one way u Lm26 ritorn għall-anzjani residenti barra minn Malta; u
· Lm16 one way u Lm26 ritorn għall-istudenti huma ta’ liema nazzjonalita’ huma.
Barra minn hekk il-kumpanija li se thaddem dan is-servizz se toffri prezzijiet specjali ghal dawk il-passiggieri li juzaw s-servizz ta’ spiss. Qed toffri ukoll pakketti specjali lil dawk l-operaturi fit-settur turistiku li jippromwovi s-servizz mal-klijenti taghom.
Jiena nawgura li kull min għandu l-ġid ta’ Għawdex għal qalbu jagħmel il-parti tieghu biex dan is-servizz jirnexxi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9483, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jikkjarifika jekk persuna li ħadet il-liċenzja fis-sewqan f'April 2003 u tkun ħallset kontravenzjoni ta' Lm10 dwar ipparkjar fuq double yellow line jitnaqqsulhiex il-punti skond hekk, peress li skond Regolament 34 tar-Regolamenti ta' l-2002 dwar il-vetturi bil-mutur meta l-kontravenzjoni mhijiex waħda mill-offiżi elenkati fis-6th Schedule, Regulation 341 tad-Driving Offences Codes S.L.65.18?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Peress li l-liċenzja tas-sewqan in-kwistjoni ħarget qabel Jannar 2004, jiġifieri qabel ma bdiet topera s-sistema ta’ liċenzji ‘Bi Prova’ ibbażata fuq tnaqqis ta’ punti penali, ma jitnaqqsux punti minn fuq din il-liċenzja.
Rigward il-kontravenzjoni dwar ipparkjar fuq double yellow line, din tinsab fis-6th Schedule, TS4.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkjarifika jekk persuna li ħadet il-liċenzja fis-sewqan f'April 2003 u tkun ħallset kontravenzjoni ta' Lm10 dwar ipparkjar fuq double yellow line jitnaqqsulhiex il-punti skond hekk, peress li skond Regolament 34 tar-Regolamenti ta' l-2002 dwar il-vetturi bil-mutur meta l-kontravenzjoni mhijiex waħda mill-offiżi elenkati fis-6th Schedule, Regulation 341 tad-Driving Offences Codes S.L.65.18?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet il-gwardjani lokali li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent f'Għawdex din is-sena? Kemm minnhom ittellgħu l-qorti? X'multi weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni bl-indirizz tagħhom f'Malta ngħataw ċitazzjoni f'Għawdex mill-gwardjani u mill-kunsilli lokali din is-sena? Kemm minnhom ittellgħu l-qorti u kemm kienet il-multa li weħlu din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonferma illi se tibda titħallas il-VAT fuq il-vetturi u l-cargo li jaqsmu mal-Gozo Channel? Jekk dan huwa minnu, kemm se tkun ir-rata ta' VAT? Tista' tgħid jekk din ir-rata tal-VAT hijiex se titħallas mill-commuters jew jekk l-istess hijiex se tiġi assorbita u mħallsa mill-istess kumpannija, kif suppost se jsir fil-każ tat-tickets tal-passiġġieri?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Intepellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Għawdex — produzzjoni tal-laħam tal-majjal u ċanga
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-produzzjoni u l-qatla tal-majjal u ċanga fil-gżira ta' Għawdex matul din is-sena?
Tista' il-Ministru tagħti l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar tlett snin separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-produzzjoni tal-majjal u taċ-ċanga f’Għawdex matul din is-sena u għal dawn l-aħħar tlett snin sena b’sena kienet kif murija hawn taħt:
Majjal
Ċanga
Rjus
Piż
Rjus
Piz
2004
4456
357,422 kg
1045
260,408 kg
2003
6313
476,946 kg
984
240,294 kg
2002
6649
553,930 kg
1006
245,140 kg
2001
6203
515,440kg
1189
283,260kg
B'riferenza għall-investiment tal-gvern fl-MDP, tista' il-Ministru tinformani bl-iżviluppi li se jsiru fil-fabbrika ta' l-MDP f'Għawdex?
Tikkonferma l-Ministru li l-impjiegi tal-ħaddiema Għawdxin fis-sezzjoni tal-MDP f'Għawdex mhux se jintilfu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jara li tingħata konsiderazzjoni xierqa l-applikazzjoni sabiex l-istudent - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jingħata facilitator?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw din is-sena kontravenzjonijiet tat-traffiku f'Għawdex: a) mill-gwardjani lokali; b) mill-pulizija?
Kemm ġew immultati l-Għawdxin din is-sena f'Għawdex għal dawn il-kontravenzjonijiet? Kemm kontravenzjonijiet inħarġu f'Għawdex din is-sena li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u kemm weħlu multi fuq l-ambjent f'Għawdex din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta' l-2004 nħarġu 2,922 taħrikiet marbuta ma' kontravenzjonijiet tat-traffiku mill-Pulizija f'Għawdex. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika eżatt liema ksur ta' liġi qed jirreferi għalih.
Għal dak li jirrigwardja l-kontravenzjonijiet li ngħataw mill-Gwardjani Lokali, ninsab infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk il-proġetti kapitali li saru jew se jsiru permezz ta' ħruġ ta' tenders din is-sena li għalihom il-letters of acceptance lill-kuntratturi rispettivi nħarġu din is-sena? Tista' tgħid kemm hu l-valur f'ċifri ta' liri Maltin ta' kull proġett imsemmi u minn liema vot/i kapitali se jittieħdu l-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-proġetti Kapitali li se jsiru permezz ta’ ħruġ ta’ tenders din is-sena li għalihom il-letters of acceptance lill-kuntratturi rispettivi nħarġu din is-sena huma:
Upgrading (infrastrutturali) tal-Biċċerija f’Għawdex Lm 45,431.85
Dan l-ammont ser jittieħed mill-vot kapitali Nru. 7118
Xogħol urġenti fil-bini ta’ ħajt fi triq Għajn Damma, Xagħra, Għawdex Lm 3,890.47
Dan l-ammont ittieħed mill-vot kapitali 7119
Tneħħija ta’ suffit ta’ l-Asbestos mis-sala tal-Maternita' u mit-taqsima tat-Tobba Lm 19,856
Installazzjoni ta’ suffit ġdid fis-sala tal-Maternita' Lm 3,257
Installazzjoni tas-sistema tal-Medical Gases għas-sala tal-Maternita’ Lm 5,545.05
Tqiegħed tal-linoleum Lm 17,121
Dawn kollha ttieħdu mill-vot kapitali Nru. 7129
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx speċi ta' ħut li huma fil-periklu ta' estinzjoni m ill-ibħra Maltin? Jekk dan hu l-każ, x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata mill-aktar fis possibbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fuq bażi ta’ xjenza ma hemm l-ebda speċi ta' ħut li hu fil-periklu ta’ estinsjoni fil-Mediterran.
B'riferenza għall-mistoqsija 8458 u għar-risposta relattiva mogħtija fl-1 ta' Novembru 2004, tista' il-Ministru tagħti dettalji dwar kull impjegat li hemm elenkati fil-lista ta' l-impjegati mogħtija fl-istess risposta, kemm ilu ma jattendi kull impjegat għax-xogħol fil-qorti tul dawn l-aħħar xhur u r-raġuni għaliex? Tista' il-Ministru tgħid ukoll jekk sarux xi transfers jew secondments minn sezzjoni għal oħra jew minn uffiċċju għal ieħor fi ħdan l-istess dipartiment tal-customer services? F'każ affermattiv, tista' il-Ministru tgħid fuq awtorizzazzjoni ta' min saru dawn it-transfers jew secondments u jekk tali uffiċjali għandhomx jitħallsu mill-fond allokat lill-qorti ta' Għawdex?
Tista' il-Ministru tagħti d-dettalji ta' l-impjegati kollha li hemm jaħdmu fil-Qorti ta' Għawdex? Hemm xi ħadd minnhom li ġie trasferit għal dipartiment ieħor u għadu jitħallas mill-fondi allokati lill-Qorti ta' Għawdex? Jekk dan huwa minnu, tista' il-Ministru tispjega l-attendenza għax-xogħol ta' din il-persuna? Kemm kienet l-attendenza ta' din il-persuna f'dawn l-aħħar xhur?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ara tabella hawn annessa.
NAME GRADE
Abbas M’Assunta General Hand
Attard Francis Principal
Attard Mary Jane Asst. Principal
Attard Hili Dr Aaron Jud. Assistant
Azzopardi Maryanne E.O.
Bajada M’Angelo Marshal
Buhagiar Frank Sen. Post Person
Buttigieg Eve E.O
Calleja Gregory Clerk
Caruana Lawrence Clerk
Cini Joe Fitter
Coppoini Magistrate Dr Paul Magistrate
Curmi Joseph Court Usher
Debono Borg Dr Mary Director & Registrar
Dingli Augustine Clerk
Formosa Francis Sen. Operative
Formosa Louis A / P
Galea Maria Postperson
Gauci Eucharist G/Hand
Grech Joseph Clerk
Grech M’Assunta S/Court Recorder
Micallef John L/B/Binder
Mizzi Anthony Senior Principal
Portelli Antoinette Clerk
Portelli Mario Marshal
Refalo Jane Asst. Registrar
Spiteri Victoria E.O.
Sultana Fortunato General Hand
Tabone Joanne E.O.
Tewma Francis General Hand
Xuereb Emanuel General Hand
Xuereb Joseph Marshal
Xuereb Maureen Asst. Principal
Zahra Raymond Health Assistant
Zammit Georgina Clerk
Zerafa Maria Regina General Hand
Jiena nfurmata li Maria Galea, Postperson, irrapportat ghax-xoghol fil-Qorti ta’ Għawdex fi ħdan id-Dipartiment tal-Customer Services fit-3 ta' Novembru 2003 pero' wara ftit jiem bdiet tirrapporta għax-xogħol fid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-medjatur fil-kawżi ta' separazzjonijiet f'Għawdex għadha sal-lum bla kamra fejn tagħmel il-medjazzjoni, filwaqt li kamra isfel fejn l-uffiċini tan-Nutara Borg hija maqfula u ħadd ma jista' jidħol fiha għaliex għadha fil-pussess ta' persuna li llum m'għadhiex taħdem il-qorti ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Medjatur giet provduta b'post adegwat barra mill-bini tal-Qorti, kif suppost, fejn taghmel is-seduti. Pero' rrizulta li l-avukati, ghalkemm gew ikkonsultati minn qabel fl-ghazla ta' dan il-post, mid-dehra sabuha difficli biex imorru ghas-seduti f'dan l-istess post.
Ghalhekk kellna nipprovdu post iehor alternattiv fejn dawn is-seduti setghu jinzammu fil-bini tal-Qorti stess.
Fil-frattemp qed tigi rrangata kamra li tkun dedikata esklussivament ghal dawn is-seduti.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni - dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament - ilha żmien imċaħħda mill-għajnuna ta' helpers? Tista' il-Ministru tispjega x'inhu jiġri f'dan il-qasam?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena ninsab infurmata li l-helper ta’ l-anzjana kienet ħarġet bil-long sick leave u eventwalment temmet l-impjieg tagħha minn mal-Gvern. Ninsab infurmata illi l-anzjana ser tingħata servizz fl-iqsar żmien possibbli.