Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14497 dwar proġetti li se jsiru f'Għawdex mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2004-2006, tista' il-Ministru tgħid x'kienet il-proċedura pass pass għall-għażla tal-proġetti magħżula?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-proċedura għall-għażla tal-proġetti għal Għawdex hi dik stabilita fis-Single Programming Document for Malta 2004-2006
Seduta Nru 302
(11.10.2005)
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm sodod, skond it-tip u l-kategoriji bir-reġistrazzjoni tagħhom rispettiva f'lukandi, f'kumplessi turistiċi, guesthouses u hostels f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru 2005?
X'kienet ir-rata ta' l-użu ta' dawn is-sodod, kategorija kategorija u xahar xahar f'kull waħda mis-snin/dati msemmija?
Tista' il-Ministru tgħarrafni kemm-il kumpannija u negozju li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex ingħataw għajnuna biex jieħdu sehem f'fieri internazzjonali barra minn Malta sena b'sena mill-1999 'il hawn? Min kienu? X'għajnuna ngħataw? F'liema fieri ħadu sehem?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-għajnuna li l-Ministeru għal Għawdex jagħti għal parteċipazzjoni f’fieri internazzjonali hi dik mogħtija lill-Gozo Tourism Association. L-għajnuna li l-Ministeru ta lil din l-assoċjazzjoni matul is-snin imsemmija hija mogħtija fil-lista annessa.
Seduta Nru 301
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema f'Għawdex li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' April u Settembru ta' din is-sena?
F'liema oqsma kienu jaħdmu?
Kemm minnhom kienu rġiel miżżewġa u kemm minnhom kienu nisa miżżewġa?
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa finali ta' konsum sena sena mill-1999 'il hawn ta' l-istituzzjonijiet f'Għawdex li ma jaħdmux bi qliegħ u li jagħtu servizz u ħidma oħra ta' benefiċċju lill-familji Għawdxin?
X'kien u kemm kien jammonta l-kontribut li l-gvern ta lil dawn l-istituzzjonijiet kull sena matul l-istess perijodu?
Tista' il-Ministru tagħtini dan it-tagħrif skond is-settur li fih iwettqu l-ħidma tagħhom dawn l-istituzzjonijiet, per eżempju edukazzjoni, kultura, sport, kura medika, reliġjon, mużewijiet u libreriji, wirt storiku u riċerka?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Minkejja dan nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti ta’ flus li l-Ministeru għal Għawdex ta lill-istituzzjonijiet mhux governattivi matul is-snin imsemmija kienu dawk murija fil-lista annessa.
Seduta Nru 301
Tista' il-Ministru tagħtini l-aktar tagħrif riċenti ta' kemm hemm djar, appartamenti, flats u proprjeta' oħra ta' residenza privata f'Għawdex, lokalita' b'lokalita', li mhumiex abitati? Tista' tagħtini dan it-tagħrif skond it-tip ta' proprjeta'?
Peress li f'Malta għadhom kemm ġew inawgurati toroq ġodda li swew euros 30 miljun u li saru bi flus li l-Italja tat lil Malta taħt il-ħames protokoll Taljan, tista' il-Ministru tgħid kemm saru toroq f'Għawdex taħt l-istess protokoll? Tista' tgħid kemm flus se jkun messu Għawdex mit-Lm30 miljun li l-Italja se tkun tat lil Malta taħt l-istess protokoll? Għal liema proġetti u xogħlijiet f'Għawdex ġew allokati dawn il-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma sarux toroq f’Għawdex taħt il-ħames Protokoll Taljan.
Għawdex iggwadanja mill-ħames Protokol Taljan permezz ta’ upgrading tal-Inċineratur tal-Biċċerija bl-ammont ta’ 62,750 euro, provvista ta’ apparat għat-twaqqif ta’ Grading Station u Cold Storage bl-ammont ta’ 211,900 euro, u Borża ta’ Studju lil student Għawdxi bejn is-snin 2004-2006 bl-ammont ta’ 11,005 euro. Ingħatat ukoll għajnuna teknika biex titwaqqaf Għaqda tal-Produtturi f’Għawdex.
Tista' il-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa ġenerali finali ta' konsum tal-gvern f'Għawdex sena b'sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti matul l-1999 u matul l-2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li n-nefqa Rikurrenti u Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex mill-1999 sa Awissu 2005 skond l-Estimi Ġenerali, hija kif murija fit-tabella hawn taħt:-
Taf il-Ministru tgħidli kemm-il kumpannija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b'sena mill-1999 sal-lum, biex twaqqaf impriża f'Għawdex?
Kemm kien l-investiment totali sena b'sena, ta' dawn il-kumpanniji?
Kemm ħaddiema qed iħaddmu?
Tista' il-Ministru tgħarrafni x'passi ħa l-gvern matul din is-sena s'issa biex jiżdied in-numru ta' irmiġġi għall-jottijiet f'Għawdex? Meta ttieħdu dawn il-passi?
Tista' il-Ministru tagħtini kemm kien id-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena, mill-1999 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti matul l-1999 u matul l-2000?
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet il-popolazzjoni attiva ekonomikament u kemm kienet ir-rata ta' parteċipazzjoni f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sal-lum?
Nirriferi għall-istqarrija ta' l-istampa tat-12 ta' Settembru 2005 u għad-diskors anness li għamel l-Onor. Segretarju Parlamentari fil-ministeru tal-finanzi fl-istess jum.
Tista' il-Ministru tgħarrafni kif u kemm se jibbenefika "Għawdex bħala reġjun distint" .... "mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-pakkett li kien ġie negozjat mas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea" għall-perijodu 2004-2006 taħt iż-żewġ programmi msemmija mis-Segretarju Parlamentari għall-Finanzi, jiġifieri l-Programm Strutturali u dak ta' koeżjoni?
X'inhuma l-proġetti u l-programmi li qed jitwettqu f'Għawdex b'dawn il-flus u kemm se jiswa kull wieħed minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Għawdex ser jibbenefika minn 8.65 milljun ewro taħt il-Fondi Strutturali u 3.29 miljun euro mill-Fond ta’ Koeżjoni. Dawn il-fondi ser jintefqu fuq għaxar proġetti li ser isiru f’Għawdex kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra..
Għawdex ser jibbenefika wkoll minn proġett ta’ tisfija tad-drenaġġ li se jiswa madwar 7.2 miljun euro. Nofs dawn il-fondi ġejjin mill-Fondi ta’ Pre-Adizjoni. Proġett ieħor li se jgawdi minnu Għawdex huwa dak ta’ xogħlijiet ta’ tiswija fil-Ggantija li se jiswa madwar 84,000 euros li ġejjin mill-Fondi ta’ Solidarjeta’.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien il-prodott gross domestiku ta' Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tul l-1999 u l-2000? Kemm kien ras għal ras fl-istess snin u fl-istess prezzijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tagħtini n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta ta' l-identita' tagħhom minn Malta għal Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-familji f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tul l-1999 u tul l-2000?
Kif kienet maqsuma din in-nefqa fuq ikel, ilbies, rikreazzjoni, akkomodazzjoni, saħħa, safar, eċċ.?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-proġett għal trattament tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm kienu vvutati flus għalih kull sena mill-1999 'il hawn?
Kemm intnefqu minnhom kull sena?
X'xogħlijiet saru fuqu kull sena?
Meta hu mistenni li jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-proġett għat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex jikonsisti fil-bini ta’ impjant għat-tisfija tad-drenaġġ, pumping station u toroq ta’ aċċess għall-imsemmija strutturi fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Mġarr ix-Xini limiti ta’ Għajnsielem u f’żewġ skemi fl-Għarb u n-Nadur sabiex jiġu eliminati żewġ sewage outfalls, li jagħtu għal-Wied il-Mielaħ u l-bajja ta’ San Blass. Id-drenaġġ li bħalissa jiżbroffa f’dawn l-imsemmija outfalls ser jiġi dirett lejn Mġarr ix-Xini fejn ser jinbena l-impjant għat-tisfija.
Jiena nfurmata wkoll li ;
i) mill-1999 il-hawn ġew ivvutati l-ammonti skond l-iskeda ta’ hawn taħt, fuq Sewage Master Plan f’Għawdex li jinkludi il-Proġett tat-Trattament tad-Drenaġġ
1999
Lm300,000
2000
Lm400,000
2001
Lm300,000
2002
Lm772,000
2003
Lm200,000
2004
Lm160,000
2005
Lm140,000
ii) fis-snin 2003 sa 2005 ġew ivvotati ukoll ammonti minn Pre-accession Funds ta’ l-Unjoni Ewropeja fl-ammonti kif ġej
2003
Lm1,125,000
2004
Lm1,671,000
2005
Lm1,655,000
Il-figuri f’paragrafi wieħed u tnejn jinkludu ammonti li ġew ivvotati mill-ġdid għall-istess skop.
iii) in-nefqa fuq dan il-proġett sa issa kienet ta’
2003
Lm110,554
2004
Lm59,876
2005
Lm51,283
iv) ix-xogħlijiet li saru fit-2003, 2004 u 2005 jikonsistu minn mains tad-drenaġġ biex tkun tista’ tingħalaq l-outfall ta’ San Blas. Saru ukoll il-proċessi anċillari nkluż espropjazzjoni ta’ l-art biex ikun jista’ isir dan il-proġett. Bħalissa qed jitlesta id-disinn qabel ma’ tibda il-kostruzzjoni fuq is-sit li jista’ jibda meta il-MEPA toħroġ full development permit.
L-iskema tan-Nadur mistennija tibda topera sas-sajf li ġej. L-iskema ta’ l-Għarb u l-impjant mistennija jibdew joperaw sa l-aħħar tas-sena 2006.
Tista' il-Ministru tgħid kemm tqassmet proprjeta' f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum lokalita' lokalita' taħt skemi ta' akkomodazzjoni soċjali?
X'kien it-tip ta' proprjeta' li tqassmet u x'kienu l-kategoriji tal-benefiċċjarji?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jghamel din il-mistoqsija lil Ministru koncernat.