Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #14873 Sitting 305 2005-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Istituzzjonijiet mhux governattivi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14678, billi t-tagħrif parzjali li tatna ma kienx komplet, tista' il-Ministru tagħtina s-settur li fih wettqu l-ħidma tagħhom dawk l-istituzzjonijiet mhux governattivi li ngħataw flus mill-Ministeru għal Għawdex? F'liema settur wettqu l-ħidma tagħhom? Tista' tagħtina dan it-tagħrif sena sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inzid mar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 14678.

Għawdex — proprjeta' privata

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħtini l-aktar tagħrif riċenti ta' kemm hemm djar, appartamenti, flats u proprjeta' oħra ta' residenza privata f'Għawdex, lokalita' lokalita', li mhumiex abitati? Jista' jagħtini dan it-tagħrif skond it-tip ta' proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jiġbor it-tagħrif li talab l-Onorevoli Membru fiċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar u għalhekk it-tagħrif li jeżisti bħalissa huwa taċ-Ċensiment ta’ l-1995. Din l-informazzjoni qegħda tingħata fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Naturalment tagħrif aġġornat jittieħed fiċ-ċensiment li jmiss f’Novembru li ġej.

Istituzzjonijiet Għawdxin

Question

Taf il-Ministru tgħidli kemm kienet in-nefqa finali ta' konsum sena sena mill-1999 'il hawn ta' l-istituzzjonijiet f'Għawdex li ma jaħdmux għall-qliegħ u li jagħtu servizzi u ħidma oħra ta' benefiċċju lill-familji Għawdxin? X'kien u kemm kien jammonta l-kontribut li l-gvern ta lil dawn l-istituzzjonijiet kull sena matul l-istess perijodu? Tista' il-Ministru tagħtini dan it-tagħrif skond is-settur li fih iwettqu l-ħidma tagħhom dawn l-istituzzjonijiet, per eżempju edukazzjoni, kultura, sport, kura medika, reliġjon, mużewijiet u libreriji, wirt storiku u riċerka?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta' facilitator

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li student li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament , għadu sal-lum mingħajr facilitator għalkemm dan is-servizz ġie lilu approvat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qatt ma ġiet ippreżentata dokumentazzjoni medika meħtieġa biex l-istatementing board jiddeċiedi jekk l-istudent jeħtieg facilitator jew le. Din id-dokumentazzjoni ntalbet lill-ġenituri darbtejn iżda baqgħu ma ppreżentawhiex. Għaldaqstant il-proċess ta' l-istatementing ma jistax jibda.
Leg 10 PQ #14737 Sitting 304 2005-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsum tal-gvern

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14472 fejn intalbet informazzjoni dwar in-nefqa ġenerali finali ta' konsum tal-gvern f'Għawdex sena b'sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000, peress li l-Ministru tat informazzjoni dwar in-nefqa tal-Ministeru għal Għawdex biss u mhux tal-gvern u peress ukoll li l-informazzjoni li tat hjia biss fi prezzijiet tas-suq, tista' il-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha mitluba?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mogħtija fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14472 tikkonċerna n-nefqa rikurrenti u kapitali tal-Ministeru għal-Għawdex matul is-snin msemmija. Jekk l-Onorevoli Nterpellant jixtieq ikun jaf kemm in-nefqa ta’ kull sena ssarraf fi prezzijiet kostanti, nitolbu jirreferi l-materja lill-Ministru konċernat. F’każ li l-Onorevoli Nterpellant jixtieq jikseb informazzjoni dwar in-nefqa li għamlu ministeri oħrajn fl-istess perjodu nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.

Skemi ta' l-awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'ibbenefika Għawdex u l-Għawdxin kull sena mill-1999 ' il hawn: i) minn sussidju fuq imgħax dwar self fuq akkwist ta' djar, eċċ (house loans) taħt l-iskemi kollha tas-social housing u ta' l-awtorita' tad-djar; ii) minn sussidju ta' kera; iii) minn xogħlijiet ta' titjib f'oqsma ta' djar; iv) minn tiswijiet f'tenements tal-gvern; v) minn bini ta' djar, maisonettes, flats, eċċ? Tista' il-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa kull sena mill-1999 'il hawn fuq kull waħda mill-items (i) sa (v) hawn fuq u f'liema lokalitajiet saru x-xogħlijiet, it-tiswijiet u l-bini ta' djar, eċċ? Tista' tgħidli wkoll x'tip ta' xogħlijiet, tiswijiet u bini (djar, maisonettes u flats separatament) sar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

MDC/Malta Enterprise — Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il kumpannija u negozju li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex ngħataw għajnuna mill-MDC/Malta Enterprise biex jieħdu sehem f'fieri internazzjonali barra minn Malta, sena sena mill-1999 'il hawn? Min kienu? X'għajnuna ngħataw? F'liema fieri ħadu sehem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #14868 Sitting 304 2005-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Apparat/makkinarju

Question

Tista' il-Ministru tagħtina lista ta' apparat/makkinarju, flimkien ma' l-istima tagħhom, li huma meħtieġa għat-taqsima tax-xogħlijiet pubbliċi, għat-taqsima ta' l-agrikoltura u għall-isptar ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija fil-lista annessa. Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-apparat/makkinarju meħtieġ għad-dipartimenti u fergħat fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jinxtara fuq bażi ta’ priorita’

Għawdex — Xogħol part-time

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema f'Għawdex li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' April u Settembru ta' din is-sena? F'liema oqsma kienu jaħdmu? Kemm minnhom kienu rġiel miżżewġa u kemm minnhom kienu nisa miżżewġa?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numru ta' ħaddiema f'Għawdex li kellhom xogħol part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' April u Settembru ta' din is-sena huwa dan: Direct Production Market Services Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total Dec'98 101 160 261 543 224 767 Dec'99 120 178 298 597 284 881 Dec'00 109 196 305 708 314 1022 Dec'01 104 211 315 760 349 1109 Dec'02 106 217 323 808 376 1184 Dec'03 102 226 328 875 433 1308 Dec'04 84 237 321 906 430 1336 April'05 70 237 307 940 446 1386
Leg 10 PQ #14731 Sitting 303 2005-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġett għat-trattament tad-drenaġġ

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14466 dwar il-proġett għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, peress li mit-tweġiba tal-Ministru jirriżulta li fl-1999 kien hemm Lm300,000 ivvutati li minnhom ma ntnefaq xejn, fis-sena 2000 kien hemm ivvutati Lm400,000 li minnhom reġa' ma ntnefaq xejn, fl-2001 kien hemm ivvutati Lm300,000 li minnhom reġa' ma ntnefaq xejn, fl-2002 kien hemm ivvutati Lm772,000 li minnhom reġa' għar-raba' sena infila ma ntnefaq xejn, fl-2003 kien hemm ivvutati Lm1,325,000 li minnhom intnefqu biss Lm110,554, fl-2004 kien hemm ivvutati Lm1,831,000 li minnhom intnefqu biss Lm59,876 u din is-sena hemm ivvutati Lm1,795,000 li minnhom s'issa ntnefqu biss Lm51,000, taf il-Ministru tagħti spjegazzjoni sena sena għaliex dawn il-flus kollha ivvutati baqgħu ma ntnefqux sena wara l-oħra għal seba' snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor interpellant li proġetti tal-istatura tal-impjant għat-trattament tad-drenaġġ u sistemi ancillari jirrekjedu preparazzjonijiet li jieħdu żmien twil li mhux dejjem huma riflessi mill-ammont ta’ fondi li jkunu ntefqu fuqhom. Ta’ min jgħid li fondi mill-vot nazzjonali li ma’ jkunux ġew utilizzati, normalment ikunu ġew allokati għal skopijiet oħra f’Għawdex. Għar-rigward tal-fondi tal-Pre Adizjoni, dawn il-fondi, għalkemm jidhru ripetutament, għandhom żmien sa l-aħħar tal-2006 biex jintefqu. Jiena nfurmata li mill-1999 sa' llum, il-kronoloġija ta' dan il-progett hija kif jidher fl-iskeda annessa. Din l-iskeda turi sintesi tal-process twil li sar sabiex il-proġett tal-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex jitwettaq.

Infiq tal-familji Għawdxin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-familji f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000? Kif kienet maqsuma din in-nefqa fuq ikel, ilbies, rikreazzjoni, akkomodazzjoni, saħħa, safar, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa totali tal-familji kif miġbura mill-NSO mhix maqsuma bejn dak li jintefaq f’Malta u dak li jintefaq f’Għawdex u għalhekk id-data mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma teżistix. Skond l-obbligi li Malta għandha mal-Eurostat, l-uffiċċju ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-iStatistika, in-nefqa tal-familji għandha tiġi rrappurtata għall-pajjiż kollu u mhux skond ir-reġjun.

Trasferiment tal-karti ta' l-identita

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta ta' l-identita' tagħhom minn Malta għal Għawdex mill-1999 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex ma' l-Uffiċċju Elettorali, li jamministra l-proċess ta' ħruġ u tibdil tal-Karta ta' l-Identita' u pubblikat fir-Reġistru Elettorali, mill-1999 l'hawn, huwa kif jidher hawn taħt: April 1999106April 2002168 Ottubru 1999143Ottubru 2002235 April 2000116April 2003148 Ottubru 2000143Ottubru 2003332 April 2001124April 2004194 Ottubru 2001188Ottubru 2004245 April 2005139

Għawdex — Irmiġġi għall-jottijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħarrafni x'passi ħa l-gvern matul din is-sena s'issa biex jiżdied in-numru ta' irmiġġi għall-jottijiet f'Għawdex? Meta ttieħdu dawn il-passi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul is-sena l-Awtorita' Marittima kompliet tara jekk hux possbili li fil-port ta' l-Mgarr jiżdiedu l-irmiġġi ma' dawk eżistenti. Minbarra dan l-Awtorita' kienet infurmata bl-iżviluppi li hemm proposti għal marina fil-limiti tal-Qala.

Impriżi f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il kumpannija kienet megħjuna mill-MDC/Malta Enterprise sena b'sena mill-1999 sal-lum biex twaqqaf impriża f'Għawdex? Kemm kien l-investiment totali sena b'sena ta' dawn il-kumpanniji? Kemm ħaddiema qed iħaddmu llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellantli r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #14736 Sitting 303 2005-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan ta' żvilupp

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14471 fejn il-Ministru ntalbet tpoġġi fuq il-medja tal-Kamra kopja tal-pjan ta' żvilupp għal Għawdex li tħejja dan l-aħħar mill-ministeru tagħha u b'riferenza wkoll għat-tweġiba tagħha fejn qalet li dan il-pjan għadu fi stadju ta' konsultazzjoni interna, tista' il-Ministru tgħidli x'konsultazzjoni interna għad trid issir, ma' min u meta hemm il-ħsieb li titlesta din il-konsultazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-konsultazzjoni qiegħda ssir mad-direttorati li jridu jattwaw dak li l-Pjan ta’ Żvilupp jista’ jirrakkomanda. Din il-konsultazzjoni mistennija tintemm fix-xhur li ġejjin.
Leg 10 PQ #14724 Sitting 302 2005-10-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Passiġġieri

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm passiġġieri weħidhom u passiġġieri bil-vettura qasmu bejn Malta u Għawdex bis-servizz tal-Gozo Channel xahar b'xahar u sena b'sena matul l-1992 sa l-aħħar ta' Settembru 2005, maqsuma safejn hu possibbli f'passiġġieri residenti Għawdex, residenti Malta u residenti barranin Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat. Seduta Nru 302
Leg 10 PQ #14725 Sitting 302 2005-10-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Depożiti u self mill-banek

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 'il hawn u fl-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat. Seduta Nru 302

Popolazzjoni f'Għawdex

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni attiva ekonomikament u kemm kienet ir-rata ta' parteċipazzjoni f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Prodott gross domestiku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien il-prodott gross domestiku ta' Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000? Kemm kien ras għal ras fl-istess snin u fl-istess prezzijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Prodott Gross Domestiku (GDP) ta’ Għawdex fi prezzijiet tas-suq u kemm hu ras għal ras hu kif indikat fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.