Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa finali ta' konsum sena sena mill-1999 'il hawn ta' l-istituzzjonijiet f'Għawdex li ma jaħdmux għall-qliegħ u li jagħtu servizzi u ħidma oħra ta' benefiċċju lill-familji Għawdxin? X'kien u kemm kien jammonta l-kontrtibut li l-gvern ta lil dawn l-istituzzjonijiet kull sena matul l-istess perijodu? Jista' jagħtini dan it-tagħrif skond is-settur li fih iwettqu l-ħidma tagħhom dawn l-istituzzjonijiet, per eżempju, edukazzjoni, kultura, sport, kura medika, reliġjon, mużewijiet u libreriji, wirt storiku u riċerka?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14734 dwar irmiġġi għall-jottijiet f'Għawdex, jista' il-Ministru jgħid meta kien li l-awtorita' marittima bdiet tara jekk hux possibbli li fil-port ta' l-Imġarr jiżdiedu l-irmiġġi ma' dawk eżistenti? Lestietu dan l-irmiġġ l-awtorita'? Jekk fin-negattiv, meta mistennija tlestih?
Minn min kienet informata l-awtorita' dwar l-iżviluppi li hemm proposti għal marina fil-limiti tal-Qala? Meta ġiet informata? X'kienu u meta saru l-proposti oriġinali? Xi żviluppi dwarhom ġew irrapportati lill-awtorita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Yachting Study li kien sar fl-1995 kien intiż sabiex jiġu identifikati siti differenti f'Malta u Għawdex fejn jistgħu jinbnew yacht marinas.
Fl-1996 uffiċjali tal-Awtorita' Maritima kienu għenu sabiex jiġi identifikat sit ieħor ġewwa Għawdex fejn jistgħu jinbnew yacht marinas. Dan kien fil-limiti tal-Qala iżda l-iżvilupp kien jinvolvi skavar ta' blat liema żvilupp ma kienx ikkunsidrat meta sar l-ewwel studju fl-1995. L-Awtorita' Marittima kienet ikkunsultata mill-Awtorita' tal-Ippjanar dwar l-Iżvilupp propost ta' yacht marina fil-limiti tal-Qala. L-Awtorita' Marittima tagħat il-fehmiet tagħha f'April 2004. Barra minn dan, il-promoturi tal-proġett taw spjegazzjoni u tagħrif fuq il-proġett.
B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 14732 dwar in-nefqa totali tal-familji f'Għawdex, billi t-tagħrif mitlub huwa ta' importanza kbira biex jitkejjel il-livell ta' l-iżvilupp soċjali u ekonomika ta' Għawdex, jista' jekk jogħġbu il-Prim Ministru jara li dan it-tagħrif jibda jinġabar? Jaqbel il-Prim Ministru li m'għandniex niġbru biss dak it-tagħrif li tobbligana niġbru l-Eurostat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li n-nefqa totali tal-familji fi prezzijiet tas-suq f’Għawdex u Kemmuna fis-sena 2000 kienet ta’ Lm80.3 miljun kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan ħareġ mill-Household Budgetary Survey li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
Għal aktar dettalji tan-nefqa wieħed jista’ jara tabella 117 pagni 158 sa 160 fil-pubblikazzjoni Household Budgetary Survey 2000/1.
Biex tkun tista’ tagħti din l-informazzjoni kull sena, jeħtieġ li jsir Continuous Household Budgetary Survey, u dan għadu ma bediex isir. L-istimi li jsiru bejn HBS u ieħor ikunu jkopru l-pajjiż kollu, u għalhekk in-nefqa fil-konsum m’hix maqsuma skond ir-reġjun.
Fil-fatt ma jinġabarx dak it-tagħrif li tobbligana biss il-Eurostat għal Għawdex iżda jinġabru bosta ndikaturi ekonomiċi illi m’humiex rikjesti mill-Eurostat peress li Għawdex huwa reġjun ta’ NUTS 3.
Jaf il-Viċi Prim Ministru jagħtini x'kienet il-popolazzjoni barranija f'Għawdex, maqsuma f'irġiel u nisa, fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sa l-2004? X'inhi n-nazzjonalita' tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
B'riferenza għat-tweġiba li tatni l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 15018 dwar l-inċentivi li jingħataw lill-kumpanniji li joperaw fil-qasam tal-manifattura f'Għawdex biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż żejda ta' trasport, peress li għaddiet sena minn meta ngħatat it-tweġiba li hija rriferietni għaliha u dawn l-inċentivi baqgħu jingħataw, tista' il-Ministru terġa' tiżgurani li dawn se jibqgħu jingħataw u li m'hemm l-ebda ħsieb li jitwaqqfu?
Tista' tirrispondini għat-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 15018 li għaliha ma tatnix tweġiba u tgħidli x'se jsir mill-iskema ta' trasport b'xejn ta' prodotti tal-bdiewa u qabdiet tas-sajjieda Għawdxin minn Għawdex għal Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fondi għal l-iskopijiet msemmija fil-mistoqsija ġew allokati fl-estimi finanzjarji għas-sena 2006. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għajnuniet msemmija, kienu, għadhom u jibqgħu fuq l-aġenda ta’ dan il-Gvern.
Tista' il-Ministru tgħid x'kienu l-attivitajiet u skambji taż-żgħażagħ Għawdxin li ngħataw għajnuna finanzjarja mill-gvern kull sena mill-1999 'il hawn? Kemm kienet l-għajnuna għal kull attivita'/skambju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm Għawdxin ibbenefikaw kull sena mill-1998 'il hawn mit-technician apprenticeship scheme, mill-extended skills training scheme u mill-ispecial education programme? X'kienet in-nefqa tal-gvern fuq kull waħda minn dawn l-iskemi f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew ivvotati u kemm intnefqu flus fuq: i) bini ta' toroq ġodda; u ii) fuq bini mill-ġdid ta' toroq f'Għawdex sena sena mill-1999 sa l-aħħar ta' Settembru 2005? Kemm kilometri saru: i) ta' toroq ġodda; u ii) ta' bini mill-ġdid ta' toroq? Fejn saru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi l-informazzjoni mitluba ghada qed tingabar u ghaldaqstant it-twegiba ghal din il-mistoqsija ser titpogga fuq il-mejda tal-kamra hekk kif l-informazzjoni tkun ingabret kollha.
Tista' il-Ministru tgħid x'attivitajiet wettqet l-orkestra nazzjonali f'Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn? Kemm kienet l-ispiża kull sena għal dawn l-attivitajiet?
Tista' il-Ministru tgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-gvern u l-kumpannija Gozo Channel dwar l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku li trid tagħti lil Għawdex din il-kumpannija? X'ammont ta' flus qed titħallas il-Gozo Channel bis-saħħa ta' dan il-kuntratt? X'servizzi hi obbligata tagħti? Kemm-il sena ikopri dan il-kuntratt?
Peress li jirriżulta bl-aktar mod ċar li mis-sena 2000 sas-sena 2003, l-aħħar sena li tagħha għadu nħadem il-Prodott Gross Domestiku, il-livell ta' żvilupp f'Għawdex paragunat ma' dak ta' Malta kif ukoll ma' dak tal-medja ta' l-Unjoni Ewropea kompla jonqos flok żdied; peress ukoll li fid-dikjarazzjoni dwar il-Gżira Reġjun ta' Għawdex li hija annessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ddikjara li "qabel l-għeluq ta' kull perijodu tal-budget tal-Komunita' fejn ikun meħtieġ ridefinizzjoni tal-politika reġjonali tal-Komunita, Malta tisħaq li l-Kummissjoni Ewropea tirrapporta lill-Kunsill Ewropew fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex u b'mod partikolari, fuq id-dislivelli fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta. Il-Kummissjoni tkun mitluba tipproponi miżuri xierqa, kif meħtieġ, fil-qafas tal-politika reġjonali tal-Komunita' jew policies oħra rilevanti tal-Komunita', biex tiżgura li jkomplu jonqsu d-differenzi fil-livell ta' żvilupp bejn Għawdex u Malta kif ukoll biex tiżgura li Għawdex ikompli jintegra ruħu fis-Suq Intern fuq kondizzjonijiet ġusti".
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħadu: i) il-Ministeru tagħha; u ii) il-gvern biex iħarsu u jonoraw din id-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li jsir dak kollu li l-istess dikjarazzjoni tikkontempla?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ghalkemm il-kwotazzjoni mid-dikjarazzjoni dwar Ghawdex, li ta l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija parlamentari hija kollha minnha, nigbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant ghall-paragrafu sussegwenti ta' l-istess dikjarazzjoni fejn jghid li dan jigri jekk Malta bhala pajjiz shih ma tibqax elegibbli ghal certu mizuri tal-politika regjonali. Fil-fatt Malta bhala pajjiz ghadha eligibbli ghal mizuri kollha ta' din il-politika.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda Għawdxin fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 'il hawn u skond l-eta' tagħhom? Kemm kien id-dħul tagħhom kull sena fl-istess perijodu u għat-tliet kategoriji separati? Kemm kien hemm raba' tinħadem fl-aħħar ta' kull sena bid-daqs u t-tip tagħha? X'kien il-volum ta' laħam frisk ta' ċanga, majjal u broilers prodotti f'Għawdex u li nqatlu fil-biċċeriji tal-gvern tal-privat f'Għawdex u f'Malta kull sena mill-1999 sal-lum? X'kien il-volum ta' frott u ħaxix frisk prodott f'Għawdex u mibjugħ fi swieq organizzati f'Malta u Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn? Kemm kien il-volum ta' ħalib frisk prodott f'Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata kif ġej:
Fuq l-ewwel parti tal-mistoqsija in-numru ta’ bdiewa, raħħala u sajjieda f’Għawdex kienu
Bdiewa u Raħħala
Sajjieda
1999
349
2000
347
2001
2841
352
2002
3039
382
2003
3537
404
2004
3198
401
2005 (fil-31 ta’ Ottubru 2005)
3370
395
Għas-snin 1999 u 2000 ma kienetx tinżamm statistika ta’ bdiewa u raħħala. Il-figura ta’ bdiewa u raħħala għas-sena 2001 hija skond l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u hija maqsuma fi gruppi ta’ eta’ kif jidhru fl-iskeda ta’ hawn taħt.
Full timePart-time
Iżgħar minn 19 sena
6
28
Minn 20 sa 29 sena
21
105
Minn 30 sa 39 sena
53
325
Minn 40 sa 49 sena
68
597
Minn 50 sa 59 sena
54
640
Minn 60 sa 69 sena
12
484
Aktar minn 69 sena
3
445
Għas-snin l-oħra ma nżammetx statistika maqsuma bl-eta’ minħabba li l-uniku ċensiment li sar fil-perjodu 1999-2005 mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika kien għas-sena 2001.
Dwar sajjieda ma tinżammx statistika maqsuma fl-eta’.
Fuq it-tieni mistoqsija dwar dħul ta’ bdiewa, raħħala u sajjieda, din l-informazzjoni ma tinżammx mill-Ministeru għal Għawdex.
Dwar raba li jinhadem, skond l-aħħar ċensiment li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fis-sena 2001 l-art agrikola kienet tammonta għal 2226 ettari maqsuma f’135 ettari ta’ raba’ saqwi, 1813 ettari ta’ raba’ bagħli u 278 ettari ta’ raba’ mogħxa. Fl-2003 l-art agrikola kienet tammonta għal 2309 ettari skond il-Farm Structure Survey maħruġ mill-istess uffiċċju.
Fuq ir-raba’ mistoqsija, skond l-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-volum ta’ ċanga, majjal u tiġieġ tas-simna prodott u maqtul f’Għawdex biss huwa kif jidher hawn taħt
Sena
Ċanga
Tunnellati
Majjal
Tunnellati
Tiġieġ tas-Simna
Tunnellati
1999
90
452
-
2000
86
450
-
2001
54
515
1479
2002
75
554
1630
2003
89
520
1791
2004
37
159
1448
Għas-snin 1999-2000 ma ġietx ippubblikata statistika dwar tiġieġ tas-simna.
Il-volum ta’ frott u ħaxix frisk prodott f’Għawdex mibjugħ fis-swieq organizzati f’Malta u Għawdex kien hekk:-
Sena
Piż
1999
1,615 tunnellati (1)
2000
6,932 tunnellati
2001
7,382 tunnellati
2002
7,901 tunnellati
2003
8,038 tunnellati
2004
6,970 tunnellati
2005 (sal-31 Ottubru)
5,253 tunnellati
(1) ma jinkludix il-bejgħ fil-Pitkalija ta’ Malta
Il-volum ta’ ħalib frisk prodott f’Għawdex kien:
SenaGallun
1999
2474835
2000
2460024
2001
2506938
2002
2404712
2003
2370928
2004
2496599
2005 (sat-30 ta’ Settembru)
1426445
Trasferiment ta' residenzi minn Malta għal Għawdex
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm minn dawk il-persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex mill-1999 sal-lum, qed jaħdmu f'Għawdex illum?
Għawdex — Attivitajiet/organizzazzjonijiet sportivi
Question
Tista' il-Ministru tgħid liema kienu l-attivitajiet sportivi u l-organizzazzjonijiet sportivi Għawdxin li ngħataw għajnuna finanzjarja mill-gvern kull sena, mill-1990 sal-lum? Kemm kienet l-għajnuna mogħtija għal kull attivita' u lil kull organizzazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Nirriferi lill-Onor. Prim Ministru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14727. Jista' jgħid kemm kienet f'termini assoluti l-popolazzjoni attiva ekonomikament sew f'Għawdex kif ukoll f'Malta u kemm kienet il-popolazzjoni ta' eta' tax-xogħol f'Għawdex u f'Malta? Jista' jagħti din l-informazzjoni maqsuma f'irġiel u nisa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Nirriferi lill-Onor. Prim Ministru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14874. Jista' jgħid x'kien l-istokk ta' djar taħt kull kategorija, lokalita' lokalita; f'Għawdex u bħala figura totali nazzjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għall-Għawdex jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-figura totali ta’ stokk ta’ djar fil-Gżejjer Maltin skond iċ-ċensiment ta’ l-1995 kienet ta 155,202. Minn dawn 15,448 kienu f’Għawdex u Kemmuna
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm sodod, skond it-tip u l-kategorija tar-reġistrazzjoni tagħhom rispettivament, f'self catering accomodation f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru 2005? X'kienet ir-rata ta' l-użu ta' dawn is-sodod, kategorija kategorija u xahar xahar f'kull waħda mis-snin/dati imsemmija?
Tista' il-Ministru tgħid x'kienu l-inizjattivi, programmi, eċċ. li l-aġenzija Sedqa wettqet f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu l-flus allokati u minfuqa kull sena fuq din il-ħidma? Kemm u x'kienu l-benefiċċjarji ta' din il-ħidma?
Tista' il-Ministru tgħid kemm iggradwaw studenti Għawdxin mill-Universita' ta' Malta, inkluża l-fergħa ta' Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn? Liema korsijiet segwew u kemm studenti segwew kull kors?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Għar-rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat. Għar-rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.