Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħames Protokoll Taljan

Question

B'riferenza għat-tweġiba li tatni l-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsija parlamentari 15015, jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex minn Lm30 miljun li l-Italja tat lil Malta taħt il-ħames protokoll Taljan, Għawdex messu biss Lm120,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-informazzjoni li kienet diġa’ ngħatat mill-Ministru għal Għawdex bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14524. Irrid inżid iżda li l-proġetti (mhux biss dawk ta’ kostruzzjoni ta’ toroq) li ġew, jew li qed jiġu ffinanzjati taħt dan il-Protokol huma ta’ benefiċċju għan-nazzjon kollu.

Istituzzjonijiet Għawdxin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa finali ta' konsum sena sena mill-1999 'il hawn ta' l-istituzzjonijiet f'Għawdex li ma jaħdmux għall-qliegħ u li jagħtu servizzi u ħidma oħra ta' benefiċċju lill-familji Għawdxin? X'kien u kemm kien jammonta l-kontrtibut li l-gvern ta lil dawn l-istituzzjonijiet kull sena matul l-istess perijodu? Jista' jagħtini dan it-tagħrif skond is-settur li fih iwettqu l-ħidma tagħhom dawn l-istituzzjonijiet, per eżempju, edukazzjoni, kultura, sport, kura medika, reliġjon, mużewijiet u libreriji, wirt storiku u riċerka?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel parti tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Rigward it-tieni u l-aħħar parti tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub diġa’ ngħata mill-Onor Ministru għal Għawdex fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 14678 fl-10 ta’ Ottubru 2005.
Leg 10 PQ #15940 Sitting 332 2005-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Casino

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern f'din l-aħħar sena s'issa biex jinfetaħ casino f'Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Gozo channel

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-gvern u l-kumpannija Gozo channel dwar l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku li din il-kumpannija bdiet tagħti lil Għawdxin? X'ammont ta' flus qed titħallas il-Gozo channel bis-saħħa ta' dan il-kuntratt? X'servizzi hija obbligata tagħti? Kemm-il sena jkopri dan il-kuntratt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għad-domanda parlamentari nru. 15531.
Leg 10 PQ #15934 Sitting 331 2005-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

EU — Fondi għal Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14497, tista' il-Ministru tgħid meta bdew, jew meta mistenni li jibdew, u jispiċċaw ix-xogħlijiet fuq kull proġett li jidher fil-lista li tatni mat-tweġiba? Kif u meta hu mistenni li jsiru l-pagamenti fuq kull proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghall-lista annessa. Il-pagamenti jsiru skond l-iskeda tal-pagamenti stipulata f’kull kuntratt. Nru. Tal-Progett Isem tal-Progett Bidu Tmiem ESF 27 ETC Courses and Schemes 2005 2007 ESF 28 Crafts Courses for Sustainable Careers in Gozo 2004 2007 ESF 29 Courses by the University of Malta Gozo Centre 2004 2007 ERDF 31 A Training Institute for the Tourism Industry in Gozo 2005 2007 ERDF 32 Extension of Centre for Art and Crafts and Setting up of Crafts Development Centre 2004 2006 ERDF 34 Gozo Museum of Archeology Display Project 2004 2006 ERDF 35 The Upgrading of the Tina Road network in Gozo 2004 2006 ERDF 36 Niche Tourism for the Island of Gozo 2005 2006 ERDF 43 Xlendi Road 2005 2006 Cohesion Fund GA36 Ghajnsielem to GA38 carriageway Mgarr Ferry Terminal 2005 2007

Business Promotion Act

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15518, jista' il-Ministru jgħidli jekk il-leġislazzjoni li qed ifassal teħux ħsieb li tinkludi inċentivi li jkopru l-ispejjeż tat-trasport ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #15937 Sitting 331 2005-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Asfaltar ta' toroq

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn u kif se jkunu miżjuda ma' l-allokazzjoni tas-sena d-dieħla l-Lm500,000 li hija semmiet fil-Kamra waqt id-dibattitu fuq il-vot tal-Ministeru tagħha, għall-asfaltar ta' toroq residenzjali fir-Rabat, l-Għasri u x-Xewkija? Tista' tispjegali għaliex ma ġewx inklużi fil-vot li għadu kemm ġie approvat, ladarba kienet taf bihom? Liema huma t-toroq li se jiġu asfaltati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-fondi addizzjonali ta’ Lm500,000 għat-toroq f’Għawdex ġew approvati fl-Estimi Supplimentari 2005 biex ikunu jistgħu jinħarġu offerti għal xogħlijiet ta’ asfaltar. Peress li ma hux possibli li l-pagamenti relattivi isiru din is-stess, dawn il-fondi ser jiġu trasferiti f’below the line account bis-sahha ta’ avvis legali numru 254/98 biex isiru ħlasijiet għax-xogħlijiet matul is-sena 2006 meta jitlestew u jigu ccertifikati l-istess xoghlijiet. It-toroq li ser jiġu asfaltati huma: Triq il-Qigħan, l-Imrejzbiet u il-Merkanti, Għajnsielem Parti minn triq Dun Franġisk Mizzi u parti minn Triq 26 ta’ Jannar 1855, Għajnsielem Triq il-Firilla, Għajnsielem Parti minn Triq il-Barumbara, Għajnsielem Triq il-Muxrabija, Għasri Triq ir-Ramla, Nadur Triq Gregorio Caraffa u Triq Xemmiex, Nadur Triq l-Imħallef Cremona, Victoria Triq Francesco Masini, Victoria N/S Off Triq Għajn Qatet, Victoria Parti minn Triq Pawlu Portelli, Victoria Triq Wistin Camilleri, Victoria Triq tal-Qacca, Xagħra Parti minn triq fi Triq Gużeppi Bajada, Xagħra Triq Bertrija u Triq Liberat Grech, Xagħra Triq tal-Hniena, Xewkija Triq tal-Qala, Xewkija
Leg 10 PQ #15938 Sitting 331 2005-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kumpanniji reġistrati Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tagħtina tagħrif dwar il-165 kumpannija ġdida li ġew reġistrati fl-aħħar snin f'Għawdex? F'liema qasam ta' l-ekonomija qed joperaw? Kemm minnhom kienu diġa' qed joperaw f'Għawdex taħt xi forma oħra qabel irreġistraw ruħhom bħala kumpannija? Kemm impjegaw ħaddiema ġodda meta irreġistraw ruħhom bħala kumpannija? Kemm-il kumpannija li kienet reġistrata f'Għawdex għalqet fl-istess perijodu? Kemm kienu jħaddmu nies sena qabel għalqu? Kemm kienu jħaddmu nies sentejn qabel għalqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #15927 Sitting 330 2005-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — EU

Question

Nirriferi lill-Ministru għar-risposta li tatni għall-mistoqsija parlamentari 15344. Peress li l-Ministru rriferietni għar-risposta li kienet tatni għall-mistoqsija parlamentari 14497 fejn jien kont tlabtha tgħidli x'se jibbenefika "Għawdex bħala reġjun distint", tista' il-Ministru allura tgħid jekk ir-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 15344 tfissirx li Għawdex m'hu se jibbenefika xejn mill-fondi strutturali ta' l-Unjoni Ewropea "mhux bħala reġjun distint" peress li fir-risposta li tatni għall-mistoqsija parlamentari 14497 m'hemm l-ebda fondi allokati, per eżempju, għall-bdiewa u sajjieda Għawdxin? Tista' tgħid jekk issegwix mill-qrib fejn ikun qiegħed l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' Għawdex, mhux biss għalih waħdu iżda anke paragunat ma' dak ta' Malta u ta' l-Unjoni Ewropea biex tkun tista' tħares l-interessi ta' Għawdex, mhux biss fil-kuntest reġjonali iżda anke f'kuntest nazzjonali u Ewropew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nerġa nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari No. 14497. Il-bdiewa u s-sajjieda kif ukoll operaturi Għawdxin f’oqsma ekonomici ohra jibbenefikaw mill-iskemi ffinanzjati mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, li joħorġu fuq bazi nazzjonali.

Għawdex — Popolazzjoni barranija

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet il-popolazzjoni barranija f'Għawdex, maqsuma f'irġiel u nisa, fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sa l-2004? X'inhi n-nazzjonalita' tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #15929 Sitting 330 2005-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Trattament tad-drenaġġ

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15340 dwar il-proġett tat-trattament tad-drenaġġ, tista' il-Ministru tgħid: Min ħa d-deċiżjoni li jsiru laqgħat barra l-qorti flok li titkompla l-proċedura tal-qorti; Jekk il-qorti kenitx laqgħat il-mandat ta' inibizjoni; Jekk il-Ministeru għal Għawdex qattx ħa sehenm fil-laqgħat li saru barra l-qorti; Tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar barra l-qorti; Jekk Malta hijiex marbuta bit-trattat ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea li ma jintefax drenaġġ mhux trattat fil-baħar qabel l-2006; Tassigura li l-proġett ikun lest sa Novembru 2006 skond il-kuntratt ta' finanzjament mal-Kummissjoni Ewropea?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata kif gej: > >Id-decizjoni li jsir kuntatt barra l-Qorti ittiehdet mill-partijiet governattivi kollha involuti fil-progett bil-ghan li tinstab soluzzjoni li ma tikkawzax problemi ghall-implimetnazzjoni tal-progett. Rigward min ha sehem f'dawn il-laqghat, ma ghandi xejn xi nzid mar-risposta tieghi ghall-mistoqsija parlamentari nru. 15340. > >Il-qorti kienet laqghet il-mandat ta' inibizzjoni. > >It-trattat ta' adezjoni jorbot lil Malta twaqqaf it-tfigh tad-drenagg mhux ittrattat fil-bahar sa Marzu tas-sena 2007. > >Qed isiru l-isforzi kollha biex dan il-progett jitwettaq sa' Novembru 2006. > >Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlahaq barra l-qorti.
Leg 10 PQ #15930 Sitting 330 2005-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Fondi Ewropej

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15025 rigward fondi Ewropej allokati speċifikament għal Għawdex għas-snin 2007-2013, tista' il-Ministru tgħid x'qed tagħmel biex tiżgura li Għawdex jerġa' ikollu fondi allokati speċifikament għalih bħalma għandu taħt il-programm attwali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 15025 u nassigura li Għawdex sejjer jerġa jkollu l-fondi allokati kif kellu taħt il-programm attwali .
Leg 10 PQ #15931 Sitting 330 2005-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Vot Kapitali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'sar minn dawk il-flus taħt il-vot kapitali tal-ministeru tagħha taħt kull item kull darba li ma ntnefqux għas-snin 2002, 2003 u 2004? Kemm intnefqu flus s'issa taħt kull item tal-vot kapitali għas-sena 2005? Kemm hu mistenni li jintnefqu flus taħt kull item tal-vot kapitali sa l-aħħar tas-sena? X'se jsir mill-flus li ma jintnefqux?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għal din il-mistoqsija ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra hekk dif l-informazzjoni tkun inġabret kollha.

Business promotion act — Inċentivi

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15518, jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-leġislazzjoni li qed titfassal tiġi ppreżentata fil-parlament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lil-Onor. membru li l-Malta Enterprise hija inkarigata biex tistudja, tfassal u toħroġ pjanijiet biex tiġi proposta leġislazzjoni ġdida taħt il-Malta Enterprise Act, sabiex tipprovdi l-għajnuna għall-ħtiġijiet ta' l-Industrija Maltija. Dan jinkludi wkoll studju fuq inċentivi għar-riġenerazzjoni ta' industrija f'Għawdex. Bħalissa dan il-proġett jinsab fil-fażi ta' konsultazzjoni u għalhekk għadu kmieni biex tingħata data meta il-leġislazzjoni se tiġi ppreżentata fil-Parlament. Jista jkun ukoll li l-leġislazzjoni relattiva ma ssirx taħt il-Business Promotion Act iżda taħt leġislazzjoni oħra.
Leg 10 PQ #14669 Sitting 329 2005-11-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Atti ta' żwieġ u atti ta' separazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew reġistrati atti taż-żwieġ u atti ta' separazzjoni f'Għawdex kull sena mill-1998 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

MDC/Malta Enterprise — Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il kumpannija u negozju li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex ngħataw għajnuna mill-MDC/Malta Enterprise biex jieħdu sehem f'fieri internazzjonali barra minn Malta, sena sena mill-1999 'il hawn? Min kienu? X'għajnuna ngħataw? F'liema fieri ħadu sehem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-Trade Promotion Unit tal-Malta Enterprise torganiżża numru ta' Attivitajiet ta' Trade Promotion li parti mill-ispejjeż jistgħu jkunu sussidjati sa 50% taħt ċerti kundizzjonijiet. Kumpanija waħda minn Għawdex ibbenefikat f'żewġ attivitajiet fl-2004 u f'attivita fl-2005.

Industrija tal-manifattura f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-1998 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1998 u ta' l-2000?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinġabarx mill-Ministeru tiegħi. Pero' ninforma lill-Onor. Interpellant li parti mill-informazzjoni tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.
Leg 10 PQ #15566 Sitting 321 2005-11-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

European social fund — Fondi għal Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħatat fondi l-gżira Għawdxija mill-European social fund? Għal liema proġetti jew xort'oħra ġew assenjati dawn il-fondi? Għal kull proġett imsemmi, kemm ġew allokati fondi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari Nru. 14497/2005 li kienet tinkludi l-informazzjoni mitluba.

Għawdex — Skemi ta' taħriġ

Question

Jaf il-Ministru kemm Għawdxin ibbenefikaw kull sena mill-1998 'il hawn mit-technician apprenticeship scheme, mill-extended skills training scheme u mill-ispecial education programme? X'kienet in-nefqa tal-gvern fuq kull waħda minn dawn l-iskemi f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.