Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #16960 Sitting 349 2006-02-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Qtugħ fil-provvista ta' l-ilma

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma li riċentement l-isptar ġenerali ta' Għawdex dam żmien twil bla provvista ta' l-ilma? X'kienet ir-raġuni ta' dan? Kemm dam l-istess sptar mingħajr din il-provvista?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-provvista ta' l-ilma ta' l-isptar kienet interrotta għal 5 siegħat fil-25 ta' Jannar biex inkunu nistgħu nagħmlu tiswija fuq il-pipes tar-ram li jgħaddi minnhom il-misħun wara li hemm ħsarat mhux previsti fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-misħun.
Leg 10 PQ #16961 Sitting 349 2006-02-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

CHOGM

Question

Tista' il-Ministru tagħti dettalji u telenka item item kemm intnefqu flus mill-ministeru tagħha fil-laqgħa li saret riċentement tal-pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex nefaq is-somma ta’ Lm2278.96 fil-laqgħa li saret riċentement tal-pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM). Dan l-ammont huwa mqassam f’Lm36.96 bħala kiri ta’ karozzi u Lm2,242.00 f’riċeviment.

Għawdex — Popolazzjoni barranija

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet il-popolazzjoni barranija f'Għawdex, maqsuma f'irġiel u nisa, fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 sa l-2004? X'inhi n-nazzjonalita' tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-popolazzjoni ta’ barranin f’Għawdex tista’ tingħata mis-sena 2000 u hi kif tidher fit-tabella li ġejja. Mhix magħrufa n-nazzjonalita tagħhom. Sena Irġiel Nisa 2000 306 385 2001 377 445 2002 465 493 2003 497 549 2004 636 667
Leg 10 PQ #16772 Sitting 348 2006-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta' toroq

Question

Tista' il-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 15190 dwar bini ta' toroq f'Għawdex li kont għamilt fil-25 ta' Ottubru 2005?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-1999 sa l-aħħar ta’ Settembru 2005 il-fondi għal xogħlijiet fit-toroq f’Għawdex, u n-nefqa fuq toroq ġodda u fuq toroq li nbnew mill ġdid huma kif jidhru fl-iskeda annessa. Ta’ min jgħid li n-nefqa totali kif murija fl-iskeda tinkludi wkoll spejjes ta’ provvista ta’ materjal, pagi ta’ ħaddiema u vetturi impressed esproprijazzjoni ta’ art, kiri ta’ makkinarju u spejjes oħra konnessi mat-toroq kif ukoll ħlasijiet ta’ spejjes li ġew minn qabel l-1999. Ix-xogħlijiet fit-toroq jinkludu madwar 31,665 metri kwadri ta toroq ġodda u 66,070 metri kwadri ta’ toroq jew partijiet ta’ toroq li nbnew mill ġdid kif ukoll 1,123 metri ta’ kanali għall-ilma tax-xita. Dawn ix-xogħlijiet saru fil-Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem, Marsalforn, Munxar, Nadur, Qala, Rabat, San Lawrenz, Sannat, Xagħra, Xewkija, Xlendi, Żebbuġ. Seduta Nru 348 (01.02.2006) Flus Ivvotati Nefqa Totali Nefqa fuq toroq jew partijiet ta' toroq godda bejn l-1/1/99 u 30/9/05 Nefqa fuq bini mill-gdid ta' toroq jew partijiet ta' toroq bejn l-1/1/99 u 30/9/06 1999 470,000 600,138 9,327 3,901 2000 750,000 704,056 44,390 38,277 2001 500,000 529,967 65,017 213,155 2002 500,000 496,306 1,300 131,758 2003 500,000 559,911 85,927 171,680 2004 330,000 374,873 21,294 140,337 Jannar - Settembru 2005 330,000 286,009 1,897 24,996 TOTAL 3,380,000 3,551,260 229,153 724,104

Proġett "Sapport"

Question

Taf tgħidli l-Ministru x'ibbenefikaw l-Għawdxin kull sena mill-2001 sal-lum mill-proġett "Sapport"? Kemm hu stmat li jiswa dan il-benefiċċju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministru għal Għawdex

Question

Billi bis-saħħa tas-setgħat mogħtija b'Artikolu 80 tal-Kostituzzjoni ta' Malta l-President ta' Malta, fuq il-parir tal-Prim Ministru, ħatar lis-Sinjura Giovanna Debono Ministru għal Għawdex; Billi bis-saħħa tas-setgħat mogħtija b'Artikolu 82 tal-Kostituzzjoni ta' Malta l-President ta' Malta, fuq il-parir tal-Prim Ministru, assenja lill-Ministru għal Għawdex responsabbilta' ta' l-"Affarijiet dwar Għawdex - Gozo Affairs"; Billi skond Ordni Permanenti Numru 26 ta' l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra "jistgħu jsiru interpellanzi lil kull Ministru dwar ħwejjeġ (affairs) pubbliċi li għalihom dak il-Ministru jkun responsabbli"; Billi l-Ministru għal Għawdex qed tirriferini għall-Ministru konċernat minflok tagħtini tweġiba hi għall-interpellanzi li jirrigwardaw "affarijiet dwar Għawdex" li huma ta' rilevanza u importanza kbira, fost oħrajn, għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-gżira; Jista' il-Prim Ministru jispeċifika liema huma dawk l-affarijiet pubbliċi dwar Għawdex li l-Ministru għal Għawdex ngħatat responsabbilta' għalihom taħt il-Kostituzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jaf tajjeb l-Onor Interprellant, Gvern Nazzjonalista fl-1987 waqqaf il-Ministeru għal Għawdex sabiex f’kull livell ta’ diskussjoni u f’kull deċizjoni li jieħu l-Gvern tkun kunsidrata l-perspettiva Għawdxija u jassigura l-aħjar interess ta’ Għawdex u l-Għawdxin. Ħlief għal perjodu qasir ta’ Gvern Soċjalista bejn 1996-1998, f’liema perjodu ma kienx hemm Ministeru għall-Għawdex, sa mit-twaqqif tiegħu, il-Ministeru għal Għawdex kien strumentali biex ittransforma lil Għawdex fl-oqsma kollha tal-ħajja u llum Għawdex igawdi minn kwalita’ ta’ ħajja ta’ l-oghla kwalita bhal bqijja ta’ Malta. Il-Ministeru għal Għawdex għandu l-ghan li jkompli jġib ‘il quddiem il-kwalita’ tal-ħajja f’Għawdex waqt li jipproteġi u jtejjeb il-karatteristici kulturali, soċjali u ambjentali tal-gzira Għawdxija. Biex jagħmel dan, il-Ministeru għandu kemm responsabiltajiet li jaqgħu taħtu direttament kif ukoll jipparteċipa fit-tfassil ta’ kull politika u proġett nazzjonali biex tkun assigurata d-dimensjoni Għawdxija. Huwa għalhekk li l-Ministeru għal Għawdex għandu żewġ għanijiet prinċipali: 1. Il-Ministeru għandu responsabbilta’ diretta għal dawk l-operazzjonijiet kollha li jaqgħu direttament taħtu. F’dawn l-oqsma, il-Ministeru għal Għawdex jamministra l-Vot tieghu direttament. B’mod partikolari, il-Ministeru għal Għawdex għandu r-responsabbilta’ diretta tal-qasam tas-saħħa, edukazzjoni, kultura, xogħolijiet pubbliċi, indafa pubblika u beach cleaning, agrikultura, l-għajnuna finanzjarja għall-istudenti Għawdxin, is-servizz tal-Home Help, l-għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet u attivitajiet kulturali u organizazzjonijiet mhux Governattivi, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex, l-Iskola Sajf, is-servizz tal-Meals on Wheels u servizzi soċjali oħra, l-Iskola Sport, kif ukoll l-proġetti finanzjati mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja. 2. Il-Ministeru għandu wkoll responsibbilta’ oriżżontali fl-oqsma l-oħra kollha fejn hemm entita’ jew awtorita’/organizazzjoni nazzjonali li għandha r-responsabbilta’ operattiva biex jassigura li dak kollu li jaffattwa lil Għawdex jew isir f’Għawdex ikun fl-ahjar interess ta’ Għawdex u l-Għawdxin. Biex nagħti ezempju ta’ dan, nista’ nsemmi lill-EneMalta, il-Water Services Corporation, il-Heritage Malta, il-Malta Maratime Authority, l-Awtorita’ dwar l-Ipjanar, il-Wasteserv, u oħrajn. F’dawn il-kazi, il-Ministeru għal Għawdex jimpenja ruħu f’kull stadju ta’ konsultazzjoni, ippjanar, u ezekuzzjoni tal-proġetti u x-xogħol kollu li jsir f’Għawdex jew b’konnessjoni ma’ Għawdex. F’dawn il-kazijiet, il-Ministeru għal Għawdex ikollu l-informazzjoni kollha relevanti għalkemm ir-responsabbilta’ operattiva hija ta’ l-entita’ rispettiva u l-Ministeru li taħtu taqa’ l-entita’. Il-problema li semma l-Onor Interpellant dwar min għandu jwieġeb mistoqsija parlamentari dwar aspetti li jikkonċernaw lil Għawdex ma kienetx tinqala kieku kien hemm Gvern Laburista għax ma kienx ikun hemm Ministeru għal Għawdex jew Ministru għal Għawdex biex isirulu l-mistoqsijiet parlamentari. Tajjeb infakkar ukoll lil l-Onor Interpellant li grazzi għall-ħidma partikolari tal-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-ħidma kollettiva tal-Gvern Nazzjonalista, Għawdex hu llum ukoll meqjus bħala reġjun fuq livell tal-politika Ewropeja.

Għawdex — Prodott gross domestiku

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14728 dwar il-prodott gross domestiku għal Għawdex. Jista' jagħtina l-istess tagħrif għall-gżira ta' Malta weħidha u għall-gżejjer Maltin flimkien? Jista' jagħtina wkoll kemm kien il-prodott gross domestiku għal Għawdex fis-snin imsemmija bħala persentaġġ ta' dak ta' Malta u ta' dak nazzjonali? Meta hu mistenni li jinħadem il-prodott gross domestiku finali għall-2003 u għallinqas dak proviżorju għall-2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha ser tingabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Turisti

Question

Jaf il-Prim Ministru jgħidli x'kienet in-nefqa f'Għawdex tat-turisti Maltin u barranin separatament, kull sena u xahar xahar, mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha ser tingabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Depożiti u self mill-banek

Question

Jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena, mill-1998 'il hawn u fl-aħħar ta' Ġunju tas-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha ser tingabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Konsum tal-gvern — Nefqa Ġenerali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ġenerali ta' konsum tal-gvern, sena sena mill-1999 'il hawn, fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha ser tingabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Nies jaħdmu bi qligħ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15343 u jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu bi qliegħ f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena, klassifikati taħt irġiel u nisa, full-time u part-time, jaħdmu għal rashom u mpjegati ma' ħaddieħor fis-settur pubbliku, maqsuma f'dipartiment ti al-gvern u organizzazzjonijiet parastatali u fis-settur privat taħt id-diversi oqsma ta' produzzjoni diretti u dawk ta' servizzi tas-suq? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema f'Għawdex li kellhom xogħol part-time minbarra x-xogħol full-time tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru 2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Universita' — Studenti Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti Għawdxin mill-Universita' ta' Malta, minbarra l-fergħa ta' Għawdex, kull sena mill-1999 'il hawn? Liema korsijiet segwew u kemm studenti segwew kull kors?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Servizz tal-Gozo Channel

Question

Jista' il-Ministru jagħtina informazzjoni dwar kemm passiġġieri weħidhom u passiġġieri bil-vettura qasmu bejn Malta u Għawdex bis-servizz tal-Gozo Channel xahar xahar u sena sena mill-1992 sa l-aħħar ta' Settembru 2005, maqsumin safejn hu possibbli f'passiġġieri residenti Għawdex, residenti Malta u residenti barra minn Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #16751 Sitting 346 2006-01-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Vot Kapitali

Question

Tista' il-Ministru tagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15931 dwar il-Vot Kapitali għal Għawdex li kont għamilt fit-18 ta' Novembru 2005?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li bħal ma hija l-prassi kull ammont ta’ fondi li ma jintefaqx imur lura fil-fond konsolidat. Rigward il-parti l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jara t-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Business Promotion Act

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15936, jista' il-Ministru jgħidli jekk il-leġislazzjoni li qed ifassal teħux ħsieb li tinkludi inċentivi li jkopru l-ispejjeż tat-trasport ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pulizija — Għawdex - Ipparkjar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min ta ordni lill-pulizija biex ma tħallix karozzi privati jipparkjaw fil-parking place privat tal-Katidral ta' Għawdex fl-okkażjoni tal-konsagrazzjoni ta' l-isqof il-ġdid ta' Għawdex nhar il-Ħadd 22 ta' Jannar 2006? X'raġuni ġiet mogħtija lill-pulizija għal din l-ordni?

Response (BORG, TONIO)

Peress li din il-Mistoqsija tikkonċerna proprjeta' privata, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant, jitlob dan it-tagħrif mingħand il-proprjetarju.

Għawdex — Industrija tal-manifattura

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem ras għar-ras fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Business Promotion Act

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15518, jista' il-Ministru jgħidli jekk il-leġislazzjoni li qed ifassal teħux ħsieb li tinkludi inċentivi li jkopru l-ispejjeż tat-trasport ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif ġie spjegat fil-PQ 15932 Malta Enterprise għada fl-istadju ta' konsultazzjoni fuq leġislazzjoni ġdida li ser tinkludi inċentivi għar-riġenerazzjoni ta' industrija f'Għawdex. Il-Korporazzjoni għada mhix f'pożizzjoni li tħabbar it-tip ta' inċentivi.
Leg 10 PQ #16199 Sitting 336 2005-12-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

It-Tokk, Rabat — Monument tal-gwerra

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni ismijiet ta' Għawdxin li kellhom jiddaħħlu fil-monument tal-gwerra li hemm fit-Tokk fl-okkażjoni tar-restawr ta' dan l-istess monument li sar dan l-aħħar, fil-fatt ma ddaħħlux? Kemm kienu l-ismijiet li tħallew barra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ismijiet li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant ġew mgħoddija lill-Ministeru għal Għawdex minn studjuż ta’ l-istorja tal-gwerra f’Għawdex waqt li kien qed isir ix-xogħol ta’ restawr fuq il-Monument tal-Gwerra. Peress li dan ir-restawr ġie inawgurat fl-okkażjoni tar-Remembrance Day, ma kienx hemm żmien biżżejjed biex dawn jitwaħħlu sa din id-data. Dan ukoll minħabba li kien għad hemm xi dubju dwar xi wħud minnhom. Fil-fatt, ġie deċiż li jiżdiedu 38 isem ieħor. Dan ix-xogħol ser isir fil-bidu ta’ Jannar 2006.
Leg 10 PQ #16113 Sitting 333 2005-12-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Titjiriet tal-helicopter

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk fil-preżent humiex għaddejjin xi diskussjonijiet bejn in-naħa tal-gvern u persuni mis-settur privat sabiex jiġi mistħarreġ jekk huwiex viabbli u possibbli li t-titjiriet tal-helicopter jiġu estiżi għal pajjiżi 'lil hinn minn xtutna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li aħna favur dan l-iżvillup li ċertament ikun ta’ ġid għall-ekonomija Għawdxija, din il-mistoqsija għandha tkun magħmula lill-Ministru konċernat.