B'riferenza għat-tweġiba li tani l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 16766, jista' jekk jogħġbu jispjega u jgħid: min jirrakkomanda, min jistabilixxi u min japprova x'għandhom ikunu s-servizzi li jingħataw mill-Ministeru għal Għawdex fil-qasam ta' l-agrikoltura f'Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?
Min jirrakkomanda, min jistabilixxi u min japprova x'għandu jkun in-numru ta' l-uffiċjali fid-dipartiment ta' l-agrikoltura tal-Ministeru għal Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?
Min jirrakkomanda, min jistabilixxi u min japprova x'għandhom ikunu l-gradi ta' l-uffiċjali ta' l-agrikoltura tal-Ministeru għal Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?
Ladarba l-Ministeru għal Għawdex għandu r-responsabbilta' diretta tal-qasam ta' l-agrikoltura f'Għawdex u wkoll għall-proġetti f'Għawdex li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, għaliex, skond it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14497 li jiena għamilt lill-Ministru għal Għawdex, m'hemm imdaħħal l-ebda proġett fil-qasam ta' l-agrikoltura f'Għawdex iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-servizzi li jingħataw mill-Ministeru għal Għawdex fil-qasam tal-Agrikoltura huma skond il-policies tal-Gvern li l-Ministeru għall-Għawdex huwa parti minnu, u li ġie żviluppati wara diskussjonijiet bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru għall-Iżvilupp Rurali u Ambjent.
Fir-rigward ta’ staff il-Management and Personnel Office jiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex.
Dwar proġetti fil-qasam tal-Agrikoltura, il-bdiewa u raħħala Għawdxin qed jibbenefikaw mill-iskemi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea bħal kull bidwi u raħħal ieħor f’Malta.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex, sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għat-tweġiba li tani l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 16766, jista' jekk jogħġbu jispjega u jgħid: min jirrakkomanda, min jistabilixxi u min japprova x'inhuma s-servizzi li għandhom jingħataw fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex; x'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigawrd; min jirrakkommanda, min jistabilixxi u min japprova kemm għandu jkun in-numru ta': a) speċjalisti, b) tobba, c) nurses u d) paramediċi fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba li tani l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 16766, jista' jispjega u jgħid, f'dawk l-oqsma li l-Ministeru għal Għawdex għandu responsabbilta' orizzontali, x'inhuma l-mekkaniżmu uffiċjali u formali f'kull stadju ta' konsultazzjoni, ippjanar u esekuzzjoni tal-proġetti u x-xogħol kollu li jsir f'Għawdex jew b'konnessjoni ma' Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 'il hawn?
Kemm kien hemm kumpanniji joperaw u f'liema settur tal-manifattura kienu?
Kemm kien it-total ta' ħaddiema jaħdmu fil-qasam fl-aħħar ta' kull sena?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema, settur settur, tal-manifattura, eżempju, tessuti, għamara, żraben u ħwejjeġ, ikel, eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għat-tweġiba li tani l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 16766, jista' jekk jogħġbu jispjega u jgħid: min jirrakkomanda, min jistabilixxi u min japprova x'għandhom ikunu s-servizzi li jingħataw mill-Ministeru għal Għawdex fil-qasam ta' l-agrikoltura f'Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?
Min jirrakkomanda, min jistabilixxi u min japprova x'għandu jkun in-numru ta' l-uffiċjali fid-dipartiment ta' l-agrikoltura tal-Ministeru għal Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?
Min jirrakkomanda, min jistabilixxi u min japprova x'għandhom ikunu l-gradi ta' l-uffiċjali ta' l-agrikoltura tal-Ministeru għal Għawdex? X'inhi l-proċedura formali f'dan ir-rigward?
Ladarba l-Ministeru għal Għawdex għandu r-responsabbilta' diretta tal-qasam ta' l-agrikoltura f'Għawdex u wkoll għall-proġetti f'Għawdex li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, għaliex, skond it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14497 li jiena għamilt lill-Ministru għal Għawdex, m'hemm imdaħħal l-ebda proġett fil-qasam ta' l-agrikoltura f'Għawdex iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'rimedju għandi jien bħala ċittadin li weħilt ticket minħabba overspeeding mill-kummissarju għall-ġustizzja, appellajt kif għandi kull dritt li nagħmel b'Artikolu 11(1) tal-Kap 291, u nonostante dan l-appell ma nistax inħallas il-liċenzja tal-vettura ABE979 għax il-multa ma tħallsitx u jekk titħallas jiġi preġudikat l-appell interpost u konsegwenza ta' dan il-vettura ma tistax tintuża?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura hi li meta jsir Appell minn deċiżjoni tat-Tribunal Lokali, liema appell jidħol fil-Qorti tal-Maġistrati, l-inkartament jintbagħat lill-kumpannija responsabbli mis-sistema elettronika ta’ l-infurzar lokali sabiex jiġi immedjatament infurmat id-Dipartiment tal-Liċenzji.
Fil-każ in kwistjoni, mill-informazzjoni għad-dispożizzjoni, ma jirriżultax li ġie ppreżentat appell fuq din il-vettura fil-Qorti t'Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-MV Ta' Pinu mhuwiex attrezzat f'safety measures sabiex iġorr provisti ta' gas u fuel bejn iċ-Ċirkewwa u l-port ta' l-Imġarr?
Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, in vista tal-fatt li l-MV Gaudos huwa l-uniku vapur li għandu dawn is-safety measures u dan il-vapur qiegħed għat-tiswija, x'inhi r-raġuni li ntuża s-servizz ta' l-MV Ta' Pinu u b'hekk il-pubbliku ġie espost għal perikolu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm il-vapur MV Ta' Pinu m'huwiex attrezzat biex iġorr provvisti ta' gas u ta' fuel, u peress li l-provvisti ta' gass ġewwa Għawdex kienu niżlu drastikament, il-Kumpanija ntalbet biex tagħmel vjaġġ biex jinqdew il-bżonnijiet urġenti t'Għawdex. Dan il-vjaġġ seta' jseħħ wara li saru diskussjonjiet mad-DNV (Classification Society) u l-Awtorita' Marittima ta' Malta, u wara li ngħataw l-eżenzjonijiet neċessarji b'ċertu kundizzjonijiet (safety measures) li kellhom jittieħdu u jiġu osservati. Peress li ttieħdu il-prekawzjonijiet kollha neċessarji, il-pubbliku fl-ebda ħin ma' ġie espost għall-periklu.
B'riferenza għat-tweġiba li tani l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 16766, jista' jekk jogħġbu jispjega u jgħid: x'inhuma l-mekkaniżmi uffiċjali u formali biex il-Ministeru għal Għawdex jipparteċipa fit-tfassil ta' kull politika u proġett nazzjonali biex tkun assigurata d-dimensjoni Għawdxija; meta daħlu fis-seħħ dawn il-mekkaniżmi; x'kienet il-politika u x'kienu l-proġetti nazzjonali li l-Ministeru għal Għawdex ipparteċipa fit-tfassil tagħhom sena sena minn meta ġew introdotti dawn il-mekkaniżmi; x'inhuma d-drittijiet u d-doveri statutorji li għandu l-Ministeru għal Għawdex f'dawk l-oqsma li hu responsabbli direttament għalihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16766 paragrafu mmarkat numru 1 kif ukoll għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17322.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura sa llum m’għandu l-ebda pjanijiet ta` programmi, inizjattivi, skemi, proġetti u xogħlijiet li ser jitwettqu f’Għawdex minn din is-sena sa l-2008.
Tista' il-Ministru tagħti struzzjonijiet sabiex il-file bin-numru RTB8O/2005 jiġi pproċessat mill-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-file li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant jirrigwarda talba, li saret fid-9 ta' Ġunju 2005, għax-xiri ta' l-appartament mill-inkwilin taħt l-Iskema 'Sir Sid Darek'.
Peress li l-proprjeta' hija amministrata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, biex tbiegħha l-Awtorita' tad-Djar trid informazzjoni minn u l-awtorizazzjoni ta' dan id-Dipartiment. Ninsab infurmata li l-Awtorita' għad ma rċevietx l-informazzjoni mitluba mill-imsemmi Dipartiment biex tkun tista' tmexxi aktar l-applikazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex, sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tagħmel xogħlijiet ta' bini mill-ġdid tat-Triq l-Imġarr u Triq ix-Xatt, Għajnsielem u mill-port ta' l-Imġarr sal-junction li tagħti għall Heliport. Il-kuntrattgħal dawn ix-xogħlijiet mistenni jiġi iffirmat fil-bidu ta' Marzu u x-xogħlijiet jitlestew f'ħamsa u ħamsin (55) ġimgħa. Dawn ix-xogħloijiet qegħdin jiġu iffinanzjati mill-fondi ta' Koezjoni u ser jisewe madwar Lm1.65 million.
L-Awtorita' qegħda tagħmel ukoll studji għal titjib ta' 7 km tat-Trans European Network li hija r-rotta mir-Rabat sal-port taż ll-Imġarr. Qegħdin jiġu studjati wkoll proposti għal by pass li tagħti għar-Rabat, kif ukoll triq alternattiva għal port ta' l-Imġarr. Triq oħra inkluża hija dik li tagħti għal Marsalforn. Dawn l-istudji għandhom jitlestew sa nofs din is-sena.
Qegħda tipprepara l-pjanti, stejjem u l-applikazzjonijjiet neċessarji, għal bini mill-ġdid tal-kumplament tat-TEN-T network, (mill-junxtion tal- Heliport sar-Rabat), li ser jiġu ffinanzjati mill-fondi ta' Koezjoni ta' UE tas-snin 2007 - 2013. Qiegħed jiġi ppjanat li dawn ix-xogħlijjiet jibdew f'nofs is-sena 2007.
L-ADT qegħda wkoll tagħti asistenza teknika lil Ministeru ta' Għawdex, fuq il-proġetti tat-toroq li qegħdin jiġu implimentati mill-fondi strutturali, it-triq mir-Rabat sa San Lawrenz u t-triq tax-Xlendi.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15933, jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju għal kull waħda mill-kategoriji u s-servizzi sussidjati, jiġifieri: i) residenti ta' Għawdex, ii) anzjani u iii) servizz ta' bil-lejl, minn meta daħal fis-seħħ il-kuntratt dwar is-servizz pubbliku? Jista' jgħid x'servizzi l-kumpannija Gozo Channel hija obbligata tagħti taħt dan il-kuntratt u kemm-il sena jkopri l-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ċ-ċifra bħala sussidju lir-residenti Għawdxin kienet ta' Lm1,321,793, sussidju lil anzjani Lm73.071 u sussidju fuq servizz ta' bil-lejl Lm86,148.
Jien infurmat ukoll li taħt dan il-kuntratt, il-Gozo Channel Co. Ltd. hi obbligata li tagħti servizz ta' trasport bil-vapur bejn Malta u Għawdex li jkun adekwat, frekwenti, bla periklu u bi prezz raġonevoli. Dan is-servizz għandu jiġi pprovdut bejn l-Mġarr u ċ-Ċirkewwa jew fuq rotot u frekwenza li jkun hemm ftehim fuqu b'noll li jkun determinat minn żmien għall-ieħor b'liġi jew regolamenti.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-programmi, inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha se jwettqu f'Għawdex, sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti u x-xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi jitħabbru fil-ħin propizju.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex, sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (GALEA, LOUIS)
Nassigura li sar, qed isir u sa l-2008 ser ikompli jsir ħafna xogħol f'Għawdex fl-oqsma li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartiment tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal dak li jirrigwardja d-dekasteru tiegħi.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16766, jista' il-Prim Ministru jispjega u jgħid għaliex fuq il-bordijiet ta' dawk l-enti, awtoritajiet u organizzazzjonijiet nazzjonali li huma responsabbli għal proġetti u xogħlijiet f'Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex m'għandux rappreżentant tiegħu u fejn u meta jinħatar xi ħadd minn Għawdex fuq dawn il-bordijiet jinħatar fil-kapaċita' personali tiegħu u ma jkun jirrappreżenta lil ħadd, la lill-ministeru, la lil Għawdex u lanqas lil xi għaqda Għawdxija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jindika għal-liema enti partikolari qed jirreferi.