Legislature:
Category:
Reset
Active:

House loans f'Għawdex

Question

Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħtini tweġiba għall-mistoqsija p arlamentari 19291 dwar house loans f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqija parlamentari numru 19291.

Moll ta' l-Imġarr — Fondi Kummerċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li kellhom mikrija għandhom mingħand il-gvern fond kummerċjali fuq il-moll ta' l-Imġarr, Għawdex u li issa spiċċaw b'xejn minħabba l-iżvilupp li qiegħed isir fil-port ta' l-Imġarr, humiex sejrin jingħataw fond alternattiv fl-istess Imġarr meta l-iżvilupp jitlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18329.

Xogħlijiet f'Għawdex

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17311, peress li jiena ma tlabtu l-ebda assigurazzjoni, jista' il-Ministru jgħidli x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u enti, awtoritajiet u organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex kull sena mill-2006 sa l-2008? Peress li dan hu tagħrif ta' importanza u premura għal Għawdex, jista' issa jekk jogħġbu jagħtini l-informazzjoni mitluba?

Response (GALEA, LOUIS)

L-iżviluppi li qed iseħħu fl-edukazzjoni f'Malta u Għawdex huma indikazzjoni ċara ta' l-iżvilupp li għandna nistennew fis-snin imsemmija.
Leg 10 PQ #19696 Sitting 399 2006-06-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-biċċerija ta' Għawdex reġgħetx bdiet tiffunzjona? Jekk fin-negattiv, għaliex għadha mhijiex tiffunzjona u meta maħsub li tibda tiffunzjona?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-biċċerija ta' Għawdex għadha ma bdietx tiffunzjona. Jiena nfurmata li bħalissa qiegħda tiġi evalwata l-offerta għad-disinjar, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' tagħmir għas-slaughtering line u servizzi anċillari fil-Biċċerija Ċivili fix-Xewkija. Il-biċċerija tkun tista' tibda tiffunzjona mill-ġdid meta jitlesta x-xogħol ta' din l-offerta li skond l-istess offerta m'għandux ikun aktar minn 183 ġurnata mid-data ta, l-aċċettazzjoni.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita — Infiq rikorrenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa rikorrenti u n-nefqa kapitali separatament li għamel il-ministeru tiegħu kull sena mill-1999 'il hawn fil-qasam tal-kura ta' l-anzjani, inkluża l-għajnuna fid-djar, f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #19698 Sitting 399 2006-06-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru Għal Għawdex — Allowances

Question

Tista' il-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 19281, li oriġinarjament kont għamiltilha fil-21 ta' Frar 2006 permezz ta' mistoqsija parlamentari 17300, dwar allowances fil-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Anzjani li jirċievu servizz residenzjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mill-1999 'il hawn minn Malta u Għawdex separatament: i) taħt l-Artiklu 93 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-Istat u ii) taħt l-Artiklu 95 ta' l-istess att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta' kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista' jgħid kemm minn dan id-dħul għadda għand il-Welfare Committee? Jista' jgħid ukoll kif il-Welfare Committee ddispona minn dawn il-flus u jgħid sena sena fuq xiex intnefqu? Kemm intnefqu minnhom f'Għawdex u fuq xiex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-ewwel parti tal-Mistoqsija Ministru kkonċernat. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi Seduta.
Leg 10 PQ #19701 Sitting 399 2006-06-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' toroq f'Għawdex

Question

Tista' jekk jogħġobha l-Ministru tagħtini tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19288 dwar bini ta' toroq f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li malli l-informazzjoni tkun miġbura kollha din titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Għawdex — FTS

Question

Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19440 dwar in-nefqa tal-FTS f'Għawdex. Jista' jekk jogħġbu issa jagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-investiment li l-Gvern għamel fl-iskejjel ta' l-Istat f'Għawdex mill-2000 sal-31 ta' Diċembru, 2005 jammonta għal Lm 1,125,208.48 maqsumin hekk: 2000 - Lm 212,962.00 2001 - Lm 138,844.00 2002 - Lm 354,296.98 2003 - Lm 136,132.60 2004 - Lm 157,241.90 2005 - Lm 125,731.00
Leg 10 PQ #19690 Sitting 398 2006-06-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

De Minimis Rule

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19441 dwar id-de minimis rule, tista' il-Ministru tirrispondi l-ewwel parti ta' dik il-mistoqsija u tgħidli jekk l-inċentivi li qed jingħataw skond l-Att dwar il-Promozzjoni ta' negozji humiex kollha koperti bid-de minimis rule?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Is-settur tal-manifattura hu settur importanti f'pajjiżna u għalhekk l-politika tal-Gvern hija immirata biex issostni dan is-settur ħalli jkompli jiġenera l-impjiegi u l-ġid. Sturment importanti f'dan ir-rigward hu l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Negozji li jagħti inċentivi speċifiċi lil dan is-settur kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma investimenti kif ukoll għajnuniet oħra marbutin mal-valur miżjud. Ta' min isemmi li l-Gvern innegozja b'suċċess ma' l-Unjoni Ewropea kundizzjonijiet speċjali għal pajjiżna għal perjodu transitorju. Barra minn dan jeżistu firxa oħra ta' inċentivi offruti minn agenziji tal-Gvern biex ikomplu isostnu dan is-settur. Il-Ministeru għal Għawdex minn dejjem kien minn ta' quddiem biex joffri skemi biex jgħin l-intrapriżi Għawdxin biex l-intrapriżi Għawdxin ikunu sostenuti fid-dawl tal-kompetizzjoni globali li kull pajjiż qed iħabbat wiċċu magħha.
Leg 10 PQ #19691 Sitting 398 2006-06-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti ta' Embellishment

Question

Tista' il-Ministru tagħtina t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19437 dwar proġett ta' embellishment f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li malli l-informazzjoni tkun miġbura kollha din titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu issa jagħtini t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19436 dwar l-investiment tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ġarr ta' Vetturi Kummerċjali bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inbigħu biljetti għall-ġarr ta' vetturi kummerċjali kull sena mill-1992 'il hawn skond it-tariffa mħallsa u separatament fuq ir-rotta Imġarr-Sa Maison-Imġarr u fuq ir-rotta Imġarr-Ċirkewwa-Imġarr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Trasferiment tal-Karti ta' l-Identita'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta ta' l-identita' tagħhom minn Malta għal Għawdex, xahar xahar mill-ewwel ta' Mejju 2005 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi, minn April sa Settembru 2005, kien hemm 191 persuna li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex ma' l-Uffiċċju Elettorali, li jamministra l-proċess ta' ħruġ u tibdil tal-Karta ta' l-Identita' u pubblikat fir-Reġistru Elettorali, filwaqt li minn Ottubru 2005 sa Marzu 2006 kien hemm 89 persuna. Infurmat ukoll illi l-istatistika dwar trasferimenti ta' indirizzi ma tinżammx xahar xahar, iżda f'perijodi ta' sitt xhur.

Għawdex — Depożiti/Self mill-Banek

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17838, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru u l-ammont ta' house loans fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kemm l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji kif ukoll l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika u l-Bank Ċentrali ma jistgħux jipprovdu l-informazzjoni mitluba. L-Bank Ċentrali stqarr li l-informazzjoni li għandu tipprovdi biss aggregate data jiġifieri informazzjoni ġenerali mingħajr speċifikazzjonijiet dwar żoni u lokalitajiet.

Ċirkewwa/Mġarr — Terminals

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jkun ibbażat il-valur tal-kera fis-sena tat-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr? Kemm hi stmata li tiswa l-kera fis-sena ta' dawn iż-żewġ terminals rispettivament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19442.

Film bl-isem The Da Vinci Code

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienet l-iskola li minnha marru tfal biex jieħdu sehem fil-ġbid tal-film The Da Vinci Code? Kemm kienu dawn it-tfal u kemm tul ta' ħin ħadu fil-parti li taw? Il-kap ta' l-iskola konċernata kellu xi permessi mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni rigward dan il-każ? Ingħata xi kumpens lit-tfal konċernati minn dawk responsabbli għall-ġbid tal-film? X'kienet ir-raġuni li fil-formola tal-kunsens mill-ġentiuri, kif ukoll fi proċeduri oħrajn, qatt ma ssemma' l-isem The Da Vinci Code? Peress li qed jinkiteb li l-film kellu l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet biex jinġibed hawn Malta, min kienu dawn l-awtoritajiet imsemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm l-ebda skola li minnha marru tfal biex jieħdu sehem fil-ġbid tal-film imsemmi.
Leg 10 PQ #19443 Sitting 394 2006-06-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Konferenza għar-reġjuni periferiċi u marittimi

Question

Nirriferi lill-Ministru għal Għawdex għad-diskors li għamlet lill-uffiċċju politiku tal-konferenza għar-reġjuni periferiċi u marittimi li ltaqa' f'Għawdex fl-10 ta' Mejju 2006, fejn hi qalet li Għawdex akkwista trattament speċjali mill-Unjoni Ewropea f'dokument anness mat-Trattat ta' Adeżjoni? Tista' jekk jogħġobha l-Ministru tgħid xi trattament speċjali qed jakkwista Għawdex illum u se jakkwista fis-snin 2007-2013 permezz tad-dokument li hi rriferiet għalih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fl-10 ta' Mejju jiena m'għamilt l-ebda diskors lill-uffiċċju politiku tal-konferenza għar-reġjuni periferiċi u marittimi. Pero' jiena indirizzajt lil dan l-uffiċċju politiku tas-CPMR fil-5 ta' Mejju 2006, meta l-membri kollha ta' dan il-Political Bureau ltaqgħu Għawdex. Id-dokument li għamel referenza għalih l-Onor Interpellant jirreferi għal ċirkustanzi fejn Malta tilħaq livell ta' żvilupp ekwivalenti għall-medja ta' 75% ta' dak ta' l-Unjoni Ewropea u l-livell ta' żvilupp f'Għawdex ma jilħaqx dan il-livell. Peress li kemm fil-preżent kif ukoll għas-snin 2007-2013 dan ma kienx il-kas, kemm Malta kif ukoll Għawdex ser jibbenefikaw mill-ogħla livell ta' fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea. Kif kien il-kas f'dan il-perjodu ta' programmazzjoni, fil-perjodu li jmiss Għawdex se jerġa jibbenefika minn 10 fil-mija tal-fondi allokati għal Malta.
Leg 10 PQ #19444 Sitting 394 2006-06-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan ta' Żvilupp

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17834 dwar il-pjan ta' żvilupp għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid jekk l-implimentabilita' tal-miżuri proposti fil-pjan tiddependix mir-ristrutturazzjoni tal-ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li r-ristrutturazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex tkun ta' għajnuna fl-implimentabilita' tal-miżuri proposti fil-Pjan ta' Żvilupp għal Għawdex.
Leg 10 PQ #19445 Sitting 394 2006-06-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kumitat dwar il-proġetti f'Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-kumitat dwar il-proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea qabilx li jitwarrab il-proġett ta' servizz shuttle ta' trasport bejn l-ajruport internazzjonali ta' Malta u ċ-Ċirkewwa li skond rapport uffiċjali tal-prim ministru, dan il-kumitat kien identifika li għandu jsir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti aktar informazzjoni dwar ir-rapport uffiċċjali tal-Prim Ministru li qiegħed jirreferi għalih f'din il-mistoqsija parlamentari.