Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani li jirċievu servizzi residenzjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mill-1999 'il hawn minn Malta u Għawdex separatament: i) taħt l-Artiklu 93 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u ii) taħt l-Artiklu 95 ta' l-istess att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta' kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Tista' tgħidli wkoll kemm hemm sodod f'istituzzjonijiet, djar, eċċ. għall-anzjani li huma finanzjati mill-gvern? Tista' tagħtini din l-informazzjoni, istituzzjoni istituzzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-tagħrif mitlub fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li fejn l-informazzjoni tidher nieqsa dan minħabba li jew ma kienetx tinżamm statistika jew is-servizz kien għadu ma jingħatax. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferihom lill-Ministru konċernat.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Jista' il-Prim Ministru issa jagħtini tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19436 li kont għamilt fid-29 ta' Mejju 2006 dwar l-investiment f'Għawdex mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #20216 Sitting 418 2006-07-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ristrutturazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hux qed isir xi tfassil ta' ristrutturazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, min qed jagħmlu? Meta ngħata l-inkarigu? X'inhuma t-termini ta' riferenza? Meta għandu jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Kif jaf l-Onor. Interpellant kull ristrutturazzjoni f'Ministeru issir wara studju mill-Managment Efficiency Unit u wara l-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jagħtina risposta għall-mistoqsija 19697 dwar in-nefqa fil-qasam ta' l-anzjani f'Malta u Għawdex separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed ngħati lista tan-nefqa Rikurrenti u n-nefqa Kapitali tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita u tal-Welfare Committee separatament: 1999 2000 2001 2002 2003 2004 2005 Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm Dipartiment għall-Anzjani Rikurrenti 9,268,582 9,908,011 11,875,868 12,374,152 13,142,455 14,291,870 12,619,620 Kapitali 1,201,876 569,302 182,750 93,910 114,750 359,633 360,000 Welfare Committee Rikurrenti 638,950 648,614 584,275 629,002 708,824 555,597 522,035 Kapitali 1,501,175 536,830 2,135,483 2,272,901 1,144,073 1,406,126 584,075 Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni rigward Għawdex lill-Ministru kkonċernat.

Welfare Committee

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19699, jista' il-Ministru jagħtini risposta dwar dħul u nfiq tal-welfare committee?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari numru 19699 għandu jirriferi din il-Mistoqsija lill-Mistru kkonċernat. Għal bqija tal-Mistoqsija qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #20206 Sitting 417 2006-07-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skemi/Proġetti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-iskemi u l-proġetti li ntgħażlu għall-perijodu tal-programazzjoni li jmiss ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri dak għas-snin 2007-2013? Min għażilhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti għall-perijodu ta' programmazzjoni li jmiss ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri dak għas-snin 2007-2013, għadhom ma ntgħażlux Fil-preżent uħud mid-dokumenti għal dan il-perijodu ta' programmazzjoni jigifieri l-Operational Programmes 1 u 2, qegħdin għall-konsultazzjoni. Meta jispiċċa dan il-proċess ta' konsultazzjoni u jkunu ġew approvati id-dokumenti ta' programmazzjoni għal dan il-perijodu, jibda l-proċess ta' l-għażla tal-proġetti skond il-proċedura stabilita..

UE — Operational programmes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta tlestew l-operational programmes għall-perijodu ta' programmazzjoni li jmiss ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri għas-snin 2007-2013? Jekk tlestew xi abbozzi, x'inhuma l-iskemi u l-proġetti għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-abozzi taż-żewġ Operattivi huma pubbliċi. Kopji jistgħu jinkisbu mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jew mill-Ministeru tal-Finanzi. Fil-jiem li ġejjin iż-żewġ dokumenti ser ikunu fuq il-websites prinċipali tal-Gvern. Il-Programmi Operattivi ma jinkludux proġetti iżda prijoritajiet strateġiċi/settorali. Il-Gvern huwa kommess li mill-inqas 10 fil-mija ta’ l-infiq isir fi prġetti għall-iżvilupp ta’ Għawdex. L-għażla tal-proġetti issir meta jkun hemm qbil dwar il-Programmi mal-Kummissjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #20210 Sitting 417 2006-07-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk l-offerta għad-disinjar, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kkummissjonar ta' tagħmir għas-slaughtering line fil-biċċerija ċivili fix-Xewkija ngħatax? Jekk fl-affermattiv, meta u lil min? Kemm huwa l-valur ta' din l-offerta? Jekk fin-negattiv, għaliex għadha ma ngħatatx? Kemm se jiswa l-proġett sħiħ ta' l-upgrading ta' l-istess biċċerija? Kemm tħallsu s'issa u kemm għad hemm x'jitħallas fuq xogħlijiet u servizzi li diġa' tlestew jew ngħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-offerta għad-disinjar, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kkummissjonar ta' tagħmir għas-slaughtering line fil-biċċerija fix-Xewkija għada ma ngħatatx għar-raġuni li għadu għaddej il-proċess ta' aġġudikazzjoni. Il-valur ta' din l-offerta jkun magħruf meta tingħata. Jiena nfurmata wkoll li l-proġett sħiħ tal-upgrading tal-biċċerija huwa stmat li ser jiġi jiswa Lm516,000. Sa issa tħallsu Lm45,407 u għad iridu jitħallsu Lm5,964 fuq xogħlijiet u servizzi li diġa tlestew jew ngħataw.

Gozo Channel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhu maħsub li l-Gozo Channel tagħmel tajjeb għal kera ta' Lm400,000 li se jkollha tħallas taħt il-Harbour Agreement li se tagħmel ma' l-awtorita' marittima dwar l-użu tat-terminals u l-parkeġġi ta' l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa? Jista' jgħid jekk il-ftehim imsemmi sarx? Jekk le, meta hu mistenni li jsir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #20212 Sitting 417 2006-07-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Allowances

Question

Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19698 dwar allowances mogħtija fil-ministeru tagħha. Tista tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba u ta' l-approvazzjoni tagħha kull fejn l-allowance mogħtija hija shift allowance jew extra duty pay?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma nħossx li għandi npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba jekk l-Onorevoli Ntrerpellant ma jagħtix ir-raġuni għaliex qiegħed jagħmel din it-talba.
Leg 10 PQ #20213 Sitting 417 2006-07-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti ta' Embellishment

Question

Tista' il-Ministru issa tagħtina tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19437 li kont għamilt fid-29 ta' Mejju 2006 dwar proġetti ta' tisbiħ - embellishment - f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant li tikkonċerna d-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.
Leg 10 PQ #19989 Sitting 412 2006-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li pazjent li jidħol fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex u jkollu bżonn il-krozzi jew wheelchair għaliex l-istores ikunu magħluqin is-Sibt, il-Ħadd u fil-festi pubbliċi dan jibqa' b'xejn? Hija xi ħaġa amministrattivament diffiċli li jiġi pprovdut dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Illum il-pazjent qiegħed jingħata dan is-servizz mit-Tnejn sas-Sibt. Pero' f'kaz ta' emergenza dan is-servizz jista' jingħata wkoll fil-ħdud u festi pubbliċi.
Leg 10 PQ #19990 Sitting 412 2006-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Karozzi tal-Linja

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-venda li kienet fil-5.30 a.m. li filgħodu tgħaddi mix-Xagħra, Nadur u ddur dawk l-inħawi għal vapuri tas-6.00 a.m. tneħħiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kiri ta' deckchairs u umbrelel

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna li qiegħda teżerċita negozju li jikkonsisti fil-kiri ta' deckchairs u umbrelel fejn il-baħar, din għandhiex bżonn ta' permess mill-awtorita' tat-turiżmu u mill-kummissarju ta' l-artijiet? Il-liċenzja tat-Trade hija biżżejjed għal eżerċitar ta' dan in-negozju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sabiex persuna tikri deckchairs u umbrelel fuq proprjeta' tal-Gvern fejn il-baħar, irid ikollha il-permess tal-Kummissarju tal-Artijiet u tal-Awtorita' tat-Turiżmu u għalhekk il-liċenzja tat-Trade m'hijiex biżżejjed.
Leg 10 PQ #20032 Sitting 412 2006-07-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kiri ta' deckchairs u umbrelel

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li qiegħda teżerċita negozju li jikkonsisti fil-kiri ta' deckchairs u umbrelel fejn il-baħar, din għandhiex bżonn ta' permess mill-awtorita' tat-turiżmu u mill-kummissarju ta' l-artijiet? Il-liċenzja tat-Trade hija biżżejjed għal eżerċitar ta' dan in-negozju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kiri ta' deckchairs u umbrelel

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li qiegħda teżerċita negozju li jikkonsisti fil-kiri ta' deckchairs u umbrelel fejn il-baħar, din għandhiex bżonn ta' permess mill-awtorita' tat-turiżmu u mil-kummissarju ta' l-artijiet? Il-liċenzja tat-Trade hija biżżejjed għal eżerċitar ta' dan in-negozju?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-liċenzja kummerċjali tagħti dritt lill-liċenzjat jeżerċita' l-professjoni jew l-attivita' kummerċjali tiegħu bla preġudizzju għal xi regolamenti oħra fir-responsabbilita' ta' xi awtorita' oħra kompetenti. Fil-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant, il-konċessjoni fuq l-art pubblika titlob l-awtoriżazzjoni tad-Dipartiment ta' l-artijiet. Fil-każ li l-attivita' msemmija għandha konnessjoni mat-Turiżmu, l-Awtorita' tat-Turiżmu tista wkoll tistabilixxi regoli dwar kif din l-attivita' tiġi ġustifikata.

Ġarr ta' Vetturi Kummerċjali bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inbigħu biljetti għall-ġarr ta' vetturi kummerċjali kull sena mill-1992 'il hawn skond it-tariffa mħallsa u separatament fuq ir-rotta Imġarr-Sa Maison-Imġarr u fuq ir-rotta Imġarr-Ċirkewwa-Imġarr?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Il-figuri huma miġbura skond is-sena finanzjarja, jiġifieri bejn Ottubru u Settembru tas-sena ta' wara. L-informazzjoni ta' qabel is-sena finanzjarja 1997/8 mhix available u dik tas-sena 2005/6 hi għall-perjodu sa' April 2006.

Proġetti f'Għawdex

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17310, peress li l-Ministru kien qalli li l-informazzjoni mitluba titħabbar fil-ħin propizju, ladarba l-informazzjoni li tlabtu hija dwar tliet snin li waħda minnhom hija s-sena li qegħdin fiha u hija ta' importanza u premura għal Għawdex, jista' jekk jogħġbu jgħid għaliex għadu mhux il-ħin propizju? Meta se jkun il-ħin propizju għalih?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 17310.

Employers f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu ġew reġistrati employers ġodda kull sena f'Għawdex mill-1998 'il hawn u kemm minnhom huma kumpannija? Kemm qed iħaddmu nies illum il-kumpanniji u l-employers individwi separatament? Kemm employers ġew dereġistrati fl-istess perijodu? Kemm kienu jħaddmu nies meta ġew dereġistrati?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.