Legislature:
Category:
Reset
Active:

FTS

Question

Nirriferi l-Ministru għat-tweġiba li tagħni għall-mistoqsija parlamentari 19689. Peress li jiena tlabtu speċifikament in-nefqa tal-Foundation for Tomorrow Schools f'Għawdex, jista' jekk jogħġbu jagħti t-tagħrif li jiena tlabtu u jgħidli x'nefqet kull sena l-FTS f'Għawdex minn meta twaqqfet sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn xi nzid mat-tweġiba oriġinali ħlief li nerġa' ngħidlu li bejn l-2000 u l-2005 il-Gvern investa b'kemm jiswew Lm 1,125,208.48 fl-iskejjel Għawdxin filwaqt li s-sena d-dieħla l-Gvern daħal għal proġett tal-bini ta' l-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat Għawdex stmata li tiġi tiswa Lm 3 miljuni minbarra l-ispiza għall-Car Park.
Leg 10 PQ #21162 Sitting 438 2006-10-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġett għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Tista' il-Ministru tagħti assigurazzjoni: li l-proġett għat-trattament tad-drenaġġ li huwa finanzjat mill-Unjoni Ewropea se jitlesta sa Novembru ta' din is-sena kif stipulat fil-kuntratt għall-finanzjament tiegħu; u li mhu se jintilfu l-ebda fondi ewropej ta' pre-adeżjoni allokati għal dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-proġett għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex mistenni jibda jopera għall-ħabta ta' nofs is-sena id-dieħla.
Leg 10 PQ #21164 Sitting 438 2006-10-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella t'Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kapitali fuq iċ-Ċittadella sena b'sena, mill-1999 'il hawn? X'inhuma x-xogħlijiet li saru? X'inhuma l-komponenti ta' l-ispiża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21165 Sitting 438 2006-10-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan ta' żvilupp

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-pjan ta' żvilupp għal Għawdex li ħejja l-ministeru tagħha tressaqx għall-approvazzjoni tal-gvern? Jekk fl-affermattiv, meta tressaq u għaliex għadu ma ġiex approvat? Jekk għadu ma tressaqx għaliex ma tressaqx u meta hemm il-ħsieb li jitressaq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjan ta’ żvilupp għal Għawdex ġie approvat mill-Gvern u fil-fatt ġie inkluż fil-pre-budget document 2007.
Leg 10 PQ #20815 Sitting 433 2006-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat/San Lawrenz

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol fuq it-triq bejn ir-Rabat u San Lawrenz għadu għaddej? X'kienet it-target date li fiha x-xogħol kellu jitlesta? Qiegħed isir xi tip ta' monitoring sabiex jassigura li x-xogħol qiegħed isir skond l-arti u s-sengħa u li l-poplu Għawdxi qiegħed jieħu value for money?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta sa l-aħħar ta’ din is-sena kif stipulat fil-kuntratt tax-xogħlijiet. Is-superviżjoni, ‘project management’ u ‘quality assurance’ ta’ dawn ix-xogħlijiet qiegħdin isiru minn ditta indipendenti taħt kuntratt li kien inħareġ għal dan il-għan.
Leg 10 PQ #20817 Sitting 433 2006-10-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq tax-Xlendi

Question

X'inhi r-raġuni li kontra d-dikjarazzjoni espressa mill-Ministru, ix-xogħol fuq it-triq tax-Xlendi għadu ma bediex? Fejn marru l-flus li kienu ppjanati biex jintnefqu fuq din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Inserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni tal-Ministeru għal Għawdex li tinbena mill-ġdid it-triq tax-Xlendi se tiġi onorata.

Servizz ta' facilitator

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-talba tal-ġenituri ta' studenta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex ikollha l-għajnuna ta' facilitator sal-lum għadha ma ġietx milqugħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikazzjoni tal-ġenituri biex it-tifla tidher quddiem il-Bord Moderatur għall-Istatementing (Statementing Moderating Panel) ser tiġi proċessata skond ir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni tagħha.

Facilitators

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li 50 facilitator ġie tterminat l-impjieg tagħhom mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Dawk il-persuni li għamlu l-interviews għall-job ta' facilitator x'se jsir minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ingaġġ ta' Casual Supply Kindergarten Assistants isir skond il-bzonn u n-numru ta' studenti li jkollhom bzonn appoġġ speċjali. In-numru ta' studenti li kellhom dan is-servizz naqas anke' għaliex numru ta' studenti spiċċaw il-Form 5 tal-livell sekondarju. Informat ukoll li s'issa diġa ġew impjegati 20 minn dawn il-Casual Supply Kindergarten Assistants. Oħrajn jiġu ingaġġati skond il-ħtieġa.

Xewkija — Skola

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' manutenzjoni fuq l-iskola tax-Xewkija, Għawdex beda f'Awissu ta' din is-sena? Jista' jispjega għaliex dan ix-xogħol beda daqstant tard bil-konsegwenza li deħlin l-istudenti u x-xogħol għadu għaddej, tant li s-sular ta' fuq ta' l-istess skola għadu ma sar l-ebda xogħol fih filwaqt li l-ħaddiema għadhom għaddejjin bix-xogħol fis-sular ta' isfel?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru għal Għawdex.
Leg 10 PQ #20810 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Nurses f'Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-proċess sabiex jinġiebu aktar nurses u SRNs fil-gżira Għawdxija waqaf?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-Tnejn 11 ta’ Settembru 2006, ġew trasferiti mill-isptar San Luqa u SVPR għall-isptar Ġenerali ta’ Għawdex żewġ Enrolled Nurses u Psychiatric Registered Nurse. Infurmata ukoll li fil-jiem li ġejjin ser tiġi trasferita wkoll SRN oħra li ser tibda taħdem fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Leg 10 PQ #20811 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħol tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li xogħol tal-gvern m'għadux jinġab aktar f'Għawdex biex b'hekk anke l-proċess ta' skrivani li jiġu jaħdmu Għawdex minn Malta waqaf ukoll?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li kuntrarju għal dak li qed jallega fil-mistoqsija tiegħu, l-proċess tat-trasferiment ta’ xogħol dipartimentali minn Malta għal Għawdex għadu għaddej. Fil-fatt il-Call Centre tal-Gvern tal-153 għadu kemm ġie trasferit għal Għawdex proprju minn nhar it-Tnejn 18 ta’ Settembru 2006. Barra minn dan, l-Onorevoli Nterpellant għandu jkun jaf li hu maħsub li xogħol dipartimentali ieħor jiġi trasferit minn Malta għal Għawdex matul din is-sena.
Leg 10 PQ #20813 Sitting 432 2006-10-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq bejn ir-Rabat u San Lawrenz

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li beda x-xogħol fuq it-triq mir-Rabat għall-Imġarr, Għawdex meta l-parti tar-Rabat għal San Lawrenz għadha ma tlestietx? Għaliex ix-xogħol mhuwiex jitkompla anke bil-lejl biex l-inkonvenjent kbir ta' l-abitanti li joqogħdu l-Għarb u San Lawrenz forsi fl-aħħar jasal fit-tmiem tiegħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li il-kuntratt tax-xogħol fuq Triq l-Imġarr u dak tat-Triq mir-Rabat għal San Lawrenz huma indipendenti minn xulxin. Il-kuntrattur huwa marbut bi żmien sa meta għandu jlesti x-xogħol u għalhekk x-xogħol fuq Triq l-Imġarr kellu jibda hekk kif ġiet mogħtija l-offerta. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jiena nfurmata li l-kuntrattur huwa obbligat li jlesti x-xogħol fiż-żmien stipulat fl-offerta u l-mod kif jitqassam ix-xogħol matul il-ġurnata jew bil-lejl hija responsabilita’ tal-kuntrattur.

Persuni b'Ċittadinanza Kanadiża

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux possibbli li persuni li kellhom ċittadinanza Kanadiża għax twieldu l-Kanada u sussegwentement kellhom jirrinunzjaw għaliha minħabba xogħol li sabu f'Malta fis-settur pubbliku, għandhomx dritt għaċ-ċittadinanza doppja?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċittadin ta' Malta li jakkwista jew jerġa' jakkwista ċittadinanza ta' pajjiż ieħor wara l-10 ta' Frar 2000, jista' iżomm din iċ-ċittadinanza flimkien ma' dik Maltija. Biex persuna terġa' takkwista ċittadinanza kanadiża, trid tapplika mal-awtoritajiet kanadiżi, u t-talba tagħha tiġi regolata skond il-liġi ta' dak il-pajjiż; u f'każ li din it-talba tintlaqa', tista' żżomm ukoll iċ-ċittadinanza Maltija.

Gozo Channel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif inhu maħsub li l-Gozo Channel tagħmel tajjeb għal kera ta' Lm400,000 li se jkollha tħallas taħt il-Harbour Agreement li se tagħmel ma' l-awtorita' marittima dwar l-użu tat-terminals u l-parkeġġi ta' l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa? Jista' jgħid jekk il-ftehim imsemmi sarx? Jekk le, meta hu mistenni li jsir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Ftehim għadu ma sarx. Il-kera kontemplata taħt il-Harbour Agreement u dovuta lill-Awtorita' Marittima titħallas mid-dħul li l-Kumpanija Gozo Channel qed tagħmel.

Foundation for Tomorrow Schools

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19689, jista' il-Ministru jgħid b'mod speċifiku x'kienet in-nefqa tal-foundation for tomorrow schools f'Għawdex? Jista' jekk jogħġbu jgħid x'nefqet kull sena l-FTS f'Għawdex minn meta twaqqfet sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 19689, f'seduta numru 398. L-FTSma tagħmilx nefqiet hi iżda jagħmilhom il-Gvern.
Leg 10 PQ #20221 Sitting 419 2006-07-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Drenaġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk l-outfall tad-drenaġġ f'San Blas u dak ta' Wied il-Mielaħ ngħalaqx? Jekk fl-affermattiv, fejn qed jintefa' d-drenaġġ illum? Jekk fin-negattiv, x'jonqos isir, meta se jitlesta u għaliex għadu ma tlestiex ix-xogħol fuqhom? X'jonqos biex jitlesta u meta mistennni li jitlesta u li jibda jaħdem l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm intnefqu flus b'kollox fuq il-proġett sħiħ fl-2005 u din is-sena s'issa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-outfall ta' Wied il-Mielah mistenni jinghalaq matul it-tieni kwart tas-sena 2007 u dak ta' San Blas matul it-tielet kwart ta’ din is-sena. Jiena nfurmata wkoll li biex jinqata l-outfall ta' Wied il-Mielah irid isir pressure main gdid li ser jghaddi mill-villagg ta' l-Gharb biex iferra fil main principali fil-Victoria u ser tinbena pumping station gdida f'Wied il-Mielah, limiti ta' L-Gharb. Biex jinqata l-outfall ta' San Blas qed tinbena pumping station gdida fil-limiti tan-Nadur filwaqt li l-mains ta’ din il-pumping station huma kompluti. Dwar l-impjant tat-trattament tad-drenagg nirreferi lill-Onorevoli nterpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17837. Jiena nfurmata li fl-2005 thallsu Lm321,966 u din is-sena sa issa thallsu Lm122,756.

Servizz ta' merkanzija bejn l-Imġarr u Sa Maison

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali kull sena mill-1992 'il hawn biex tħaddem is-servizz tal-merkanzija bejn l-Imġarr u Sa Maison? X'kienu l-komponenti ta' l-ispiża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija diġa ingħatat bħala risposta għall-Mistoqsija Nru 19304.
Leg 10 PQ #20225 Sitting 419 2006-07-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Industrija għall-għaddasa

Question

Tista' il-Ministru tgħid min ingħata l-kuntratt għat-tħejjija tal-master plan għall-industrija għall-għaddasa f'Għawdex? Meta ngħata u kemm jiswa? Meta hu mistenni li jitlesta? X'inhuma t-termini ta' referenza tal-kuntratt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-kuntratt għat-tħejjija ta’ Master Plan għall-industrija ta’ l-għaddasa f’Għawdex ingħata bħala parti minn offerta li tinkludi studji oħra lill-Kumpanija ADI Associates Environmental Consultants wara sejħa għall-offerti. Il-kuntratt ingħata fid-19 t’April 2006 u b’kollox ser jiswa LM 6,500. L-istudju mistenni li jkun lest sa l-aħħar ta’ Lulju 2006. Il-Master Plan ser jagħmel evalwazzjoni kompleta kemm tal-kosta kif ukoll ta’ qiegħ il-baħar biex tinħoloq industrija sostenibbli ta’ l-għadds f’Għawdex. Dan id-dokument ser iservi ta’ bażi għal kull żvilupp li jrid isir ‘l quddiem f’dan il-qasam mill-awtoritajiet konċernati. It-termini ta’ referenza jinkludu ; · Studju tas-sitwazzjoni preżenti ta’ l-għadds f’Għawdex, faċilitajiet u siti li jeżistu, kwalita’ tas-siti, infrastruttura tal-kosta kif ukoll miżuri ta’ sigurta’ eżistenti ; · Identifikazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenibilita’ ta’ l-industrija ta’ l-għadds f’Għawdex, kemm short, medium u long term ; · Identifikazzjoni ta’ miżuri li jridu jittieħdu mill-awtoritajiet konċernati li jiżguraw li l-għanijiet tal-proġett li jagħmel lil Għawdex destinazzjoni għall għadds tintlaħaq fl-iqsar żmien possibbli ; · Proposti dwar is-siti ta’ l-għadds f’Għawdex biex titjieb l-aċċessibilita’ u l-kumdita’ għall-għaddasa f’ħinijiet u staġuni differenti ; · Li jipprovdi l-bażi ta’ kull ftiehim bejn l-awtoritajiet konċernati u dawk involuti f’din l-industrija.