Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #21189 Sitting 442 2006-10-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta' toroq

Question

Tista' il-Ministru tagħtini tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19288 li kont għamiltilha fis-17 ta' Mejju, 2005 dwar bini ta' toroq f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-risposta għall-mistoqsija numru 21189.

Għawdex — Kirjiet ta' coaches u mini-buses

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kirjiet privati tal-coaches u mini-buses separatament f'Għawdex kull sena, mill-1996 sal-lum maqsumin f'kirjiet għal turisti barranin u għal ġitanti Maltin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-kirjiet privati tal-coaches u l-mini buses f'Għawdex u Malta m'humiex amministrati mill-ADT jew xi dipartiment ieħor tal-Gvern u għalhekk il-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.
Leg 10 PQ #21179 Sitting 441 2006-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — San Lawrenz - Qasam tas-snajja' Ta' Dbiegi

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol ta' upgrading tal-qasam tas-snajja' Ta' Dbiegi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ix-xogħol ta' upgrading tal-qasam tas-snajja' ta' Ta' Dbieġi huwa sostanzjalment komplut, ħlief għal xi affarijiet żgħar li qed jitlestew.
Leg 10 PQ #21181 Sitting 441 2006-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Item of expenditure

Question

No question text.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21182 Sitting 441 2006-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-proġetti, l-inizjattivi u l-iskemi f'Għawdex li qed titlob li jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20206.

Għawdex — Ilma għat-tisqija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li hu l-bżonn ta' ilma kuljum għat-tisqija fl-agrikoltura f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #21172 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti finanzjati mill-UE

Question

Tista' il-Minsitru tagħtini tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20218 dwar proġetti finanzjati mill-UE?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazjoni mitluba għadha qed tinġabar, u għaldaqstant, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21173 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid hux qed isir studju mill-Management Efficiency Unit għar-ristrutturazzjoni tal-Ministeru tagħha? Jekk fl-affermattiv, meta ngħata l-inkarigu lil din il-unit biex tagħmel l-istudju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s’issa mhu qed isir l-ebda studju mill-Management Efficiency Unit għar-ristrutturazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.

Għawdex — Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 20215 dwar in-nefqa f'Għawdex tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Peress li din il-mistoqsija kont diġa' għamiltilu madwar tmien ġimgħat ilu, jista' jekk jogħġbu issa jagħtini t-tagħrif li tlabtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21175 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Allowances

Question

Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 20212 dwar allowances mogħtija mill-Ministeru tagħha. Peress li jidher li jista' ikun li n-normi u l-prinċipji etiċi, deontoloġiċi u regolamentari mhux dejjem ġew rispettati, tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba f'mistoqsija parlamentari 20212?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M’għandix x’inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20212.
Leg 10 PQ #21176 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'jonqos isir biex titlesta l-infrastruttura fuq is-sit għat-twaqqif ta' l-impjant innifsu li se jkun jitratta d-drenaġġ f'Għawdex? X'sar s'issa fuqu? Min huma l-kuntratturi? Meta mistenni li jkun ikkummissjonat l-apparat li jitratta d-drenaġġ? X'sar s'issa biex jiġi prokurat dan l-apparat/makkinarju? X'jonqos isir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata kif ġej: Huwa stmat li tlesta madwar erbgħin fil-mija tax-xogħol fuq l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex. Il-kuntrattur huwa il-‘joint venture’ Degremont Italia SpA u C&F Building Contractors Ltd. L-impjant mistenni jibda jopera għal nofs is-sena 2007. Ix-xogħol tat-tħammil u skavar tlesta. Bħalissa għaddej il-bini ta’ diversi strutturi, fosthom tankijiet. L-istallazzjoni ta’ l-apparat jibda għal bidu tas-sena 2007.
Leg 10 PQ #21177 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Toroq residenzjali

Question

Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 15937 dwar asfaltar ta' toroq residenzjali f'Għawdex. Tista' tgħid x'xogħlijiet saru s'issa fuq l-asfaltar ta' kull waħda mit-toroq imsemmija? Kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda? Kemm kienet l-istima oriġinali ta' kull waħda? Min kien il-kuntrattur għal kull triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hija skond kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #21166 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Ċentru komunali

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk ħariġx tender għat-twaqqif ta' ċentru komunali fir-Rabat? Jekk fl-affermattiv, meta ħareġ u meta ngħata? Jekk fin-negattiv, għaliex għadu ma ħariġx u meta hu mistenni li joħroġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li għadha ma ħarġitx tender għat-twaqqif ta’ Ċentru Komunali fir-Rabat għar-raġuni li dan il-proġett għadu taħt kunsiderazzjoni.
Leg 10 PQ #21167 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża tal-gvern minn meta għalqet il-biċċerija ta' Għawdex sal-lum, biex il-bhejjem tar-raħħala Għawdxin ittieħdu għal qatla fil-biċċerija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ispiża tal-Gvern minn meta għalqet il-biċċerija ta’ Għawdex sa l-aħħar ta’ Settembru 2006 biex ir-raħħala Għawdxin jieħdu l-bhejjem tagħhom għall-qatla fil-biċċerija Malta hija ta’ Lm30,300.
Leg 10 PQ #21168 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti għal Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm fondi ewropej ġew kommessi mal-Kummissjoni Ewropea għal infiq fuq kull wieħed mill-proġetti għal Għawdex ko-finanzjati mill-UE? Meta sar kull wieħed minn dawn il-commitments u kemm kien l-ammont ta' kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi kull benefiċċjarju finali tal-proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea, bħal ma huwa wkoll il-Ministeru għal Għawdex, ma jikkommettix fondi mal-Kummissjoni Ewopea. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #21169 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Fiera Internazzjonali ta' Malta

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk din is-sena l-Ministeru tagħha ħax stand fil-fiera internazzjonali ta' Malta? Jekk fl-affermattiv, min għamel użu mill-istand? Jekk fin-negattiv, għaliex il-ministeru ma ħax sehem f'din il-fiera?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li għall-fiera internazzjonali ta’ Malta, din is-sena wkoll bi qbil bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Business Chamber, din ta’ l-aħħar allokat l-istands lill-eżibituri Għawdxin fil-Gozo Pavilion.
Leg 10 PQ #21170 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pjan ta' afforestazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux pjan ta' afforestazzjoni għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, min għamlu u meta? Tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex għad ma għandux pjan integrali ta' afforestazzjoni, izda matul is-sena kollha jkunu qed jitħawwlu siġar u xtieli u tkun qed issir ukoll il-manutenzjoni ta' dawk eżistenti.
Leg 10 PQ #21171 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Infiq kapitali fil-qasam tal-kura ta' l-anzjani

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa rikorrenti u kapitali separatament li għamel il-Ministeru tagħha u l-Welfare Committee separatament, kull sena mill-1999 'il hawn fil-qasam tal-kura ta' l-anzjani, inkluża l-għajnuna fid-djar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

In-nefqa rikurrenti tal-Ministeru fuq is-servizz ta’ għajnuna fid-djar kienet hekk: 1999 Lm185,900 2000 Lm197,674 2001 Lm248,433 2002 Lm282,121 2003 Lm342,814 2004 Lm360,873 2005 Lm337,299 2006 Lm264,081 (todate) Informazzjoni dwar in-nefqa rikurrenti fuq l-anzjani fl-isptar Ġenerali t’Għawdex ma tistax tiġi mogħtija għaliex ma jinżammux records separati għal kull sala. Rigward in-nefqa kapitali b’risq l-anzjani f’Għawdex bħal ma hija residenza Sant’Anna, din kienet iffinanzjata mill-Welfare Committee u għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-parti tal-mistoqsija lil Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #21160 Sitting 438 2006-10-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kumitat dwar Proġetti tal-EU f'Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19445, fejn il-Ministru talbitni ngħidilha liema hu r-rapport tal-Prim Ministru li jien irriferejt għalih fil-mistoqsija tiegħi, ir-rapport li rriferejt għalih hu l-ewwel sena ta' ħidma 2003-2008 ta' l-uffiċċju tal-prim ministru. Peress li f'dan ir-rapport il-prim ministru qal li ġie mwaqqaf il-kumitat reġjonali għall-proġetti f'Għawdex li identifika l-proġetti infrastrutturali li se jsiru permezz ta' fondi strutturali u ta' koeżjoni tal-UE", li fost oħrajn jinkludu x-xiri ta' vapur żgħir għal servizz bil-lejl bejn Malta u Għawdex u servizz ta' trasport bejn l-arjuport internazzjonali ta' Malta u ċ-Ċirkewwa", tista' il-Ministru issa tgħidli jekk dan il-kumitat qabilx li jitwarrbu dawn iż-żewġ proġetti? Jekk fl-affermattiv, tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa/laqgħat fejn il-kumitat ta l-approvazzjoni tiegħu? X'se jsir mill-flus li l-kumitat alloka għal dawn iż-żewġ proġetti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li r-rwol tal-Kumitat dwar il-Proġetti ta’ Għawdex huwa li jipprepara l-lista ta’ Proġetti għal Għawdex għall-għażla finali. M’hijiex kompetenza ta’ dan il-Kumitat li jagħmel l-għażla finali. Il-flus allokati għal dawn iż-żewġ proġetti ġew ri-allokati għall-proġetti tat-Triq tax-Xlendi. Inżid ngħid ukoll li l-proposta ta’ xiri ta’ vapur zgħir kienet sabiex ikun hemm night service. Fil-fatt dan is-servizz beda jingħata mill-Gozo Channel