Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #22751 Sitting 478 2007-01-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn wasal il-proċess tat-tender għall-provvista, stallazzjoni, ittestjar u kkummissjonar ta' l-apparat u servizzi anċillari għall-biċċerija t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-tender għall-provvista, stallazzjoni, ittestjar u kkummissjonar ta’ l-apparat u servizzi anċillari għall-biċċerija ta’ Għawdex qiegħda fil-proċess li terġa tiġi ppubblikata.
Leg 10 PQ #22752 Sitting 478 2007-01-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kuntratti ta' toroq

Question

Tista' il-Ministru tagħtini tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22314 dwar kuntratti ta' toroq f'Għawdex li kont għamiltilha fil-21 ta' Novembru 2006?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #22608 Sitting 476 2006-12-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Infermiera Għawdxija

Question

Tista' il-Ministru tispjega għaliex ċerta persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi tqila u taħdem bħala nurse, għada sal-lum ma nstabilix post f'Għawdex waqt it-tqala tagħha u dan għalkemm marret quddiem il-bord relattiv?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-persuna li rrefera għalija l-Onorevoli Nterpellant bdiet taħdem fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex mill-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru 2006.
Leg 10 PQ #22610 Sitting 476 2006-12-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Decompression chamber

Question

Tista' il-Ministru tagħtini informazzjoni dwar jekk hijiex se toħroġ call for applications minn barra biex jiġi mħaddem id-decompression chamber f'Għawdex? Jekk le, se ssir internal call u xi kwalifiki għandhom ikollhom biex jiġu magħżula?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sejħiet Interni għall-applikazzjonijiet għat-taħriġ diġa ħarġu fl-20 ta’ April 2006 kemm għat-tobba, għan-nurses, kif ukoll għat-Technicians.
Leg 10 PQ #22614 Sitting 476 2006-12-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Malta Street

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġi rranġat il-gandott perikoluż li sar f'Malta Street, Għajnsielem Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-triq imsemmija hija responsabbilta tal-Kunsill Lokali tal-post. Għalhekk nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #22351 Sitting 473 2006-12-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Inċentivi għal-Industrija

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kull sena mill-1999 'il hawn fuq inċentivi għall-industrija f'Għawdex? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-nefqa fuq inċentivi għall-industrija f’Għawdex mill-1999 sal-lum u l-14-il talba approvati mill-Malta Enterprise u mhux imhallsa huma kif gej:- Sena Pagamenti li saru Talbiet approvati mill-Malta fis-sena Enterprise ghas-sena* 1999 Lm57,000 2000 Lm77,100 2001 Lm137,900 Lm22,992 2002 Lm0 Lm47,280 2003 Lm72,278 Lm41,987 2004 Lm57,999 Lm97,676 2005 Lm297,799 Lm22,331 2006 Lm140,975 *Minn dawn huwa mistenni li jithallsu madwar Lm19,000 din is-sena.

VAT — Servizz ta' helicopter

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kenitx qed titħallas VAT fuq is-servizz tal-helicopter?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-Każ ta' biljetti mibjugħa għas-servizz tal-helicopter bejn Malta U Għawdex ma kienitx tiġi mħallsa VAT meta t-titjira kienet tifforma parti minn titjira internazzjonali p.e. Londra-Malta-Għawdex. Il-VAT kienet titħallas biss fuq titjiriet magħmula mingħajr ebda konnessjoni ma titjiriet internazzjonali.

Għawdex — Industrija tal-manifattura

Question

Jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem ras għal ras fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-2004 'il hawn? Jista' jagħti wkoll l-istess tagħrif għal Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi d-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta’ l-industrija tal-manifattura ma tinġabarax separatament għal Għawdex iżda għall-pajjiż kollu f’daqqa, u għalhekk id-data mitluba mill-Onor. Membru ma teżistix. Skond l-obbligi li Malta għandha mal-Eurostat, l-uffiċċju ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-iStatistika, data fil-livell tad-diversi setturi fl-industrija tal-manifattura fuq bażi reġjonali mhix rikjesta. Barra minn hekk, skond il-liġi ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika, din id-data ma tistax tingħata separatament għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalita’ tal-kontijiet ta’ xi kumpanniji li jkunu qed joperaw waħedhom f’ċerti setturi ta’ l-industrija tal-manifattura f’Għawdex.

Għawdex — Kummissarju għall-Ġustizzja

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħtini b'mod dettaljat il-lista tal-persuni bl-indirizzi li fis-seduta tal-21 ta' Novembru, 2006 resqu quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja f'Għawdex? Jista' jagħti rendikont tal-multi li l-persuni weħlu f'dik il-ġurnata, min ġie liberat u liema kawżi ġew diferiti?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #22347 Sitting 472 2006-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-proġetti, l-inizjattivi u l-iskemi f'Għawdex li qed titlob li jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programazzjoni 2007-2013?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20206. Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li d-dokumenti ta' programmazzjoni għadhom ma ġewx finaliżżati u għalhekk il-proċess ta' l-għazla skond il-proċedura stabilita għadu ma bediex
Leg 10 PQ #22348 Sitting 472 2006-11-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Trattament tad-Drenaġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk sarux xi arranġamenti ġodda mal-Kummissjoni Ewropea sa meta għandu jitlesta l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex li skond il-ftehim ta' finanzjament kellu jitlesta sa l-aħħar ta' Novembru 2006?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba hija fl-affermattiv.

Gozo Channel — Harbour Agreement

Question

Jista' il-Ministru jagħti tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20211, li kont għamilt fil-11 ta' Lulju 2006 dwar il-Harbour agreement li l-Kumpannija Gozo Channel għandha tagħmel ma' l-Awtorita' Marittima?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li risposta għall-mistoqsija Nru 20211 ingħatat fis-seduta Nru 422 ta' 24 ta' Lulju 2006.
Leg 10 PQ #22319 Sitting 471 2006-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Nefqa kapitali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hi n-nefqa s'issa taħt kull item of expenditure għal din is-sena sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru tagħha? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif mogħtija fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Nikkonferma li matul din is-sena saru xi trasferimenti ta’ fondi minn item għall-ieħor.

Trasferiment tal-karta ta' l-identita'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta ta' l-identita' tagħhom minn Malta għal Għawdex xahar b'xahar, mill-1 ta' Mejju 2005 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi, l-istatistika dwar trasferimenti ta' indirizzi ma tinżammx xahar xahar, iżda f'perijodi ta' sitt xhur. Għaldaqstant mit-tagħrif disponibbli jidher illi minn April sa Settembru 2005, kien hemm 191 persuna li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex ma' l-Uffiċċju Elettorali, li jamministra l-proċess ta' ħruġ u tibdil tal-Karta ta' l-Identita' u pubblikat fir-Reġistru Elettorali, filwaqt li minn Ottubru 2005 sa Marzu 2006 kien hemm 89 persuna u minn April sa Ottubru 2006 kien hemm 237 persuna.

Għawdex — Prodott Gross Domestiku

Question

Jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-Prodott Gross Domestiku ta' Għawdex kull sena mill-2003 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti? Kemm kien ras għal ras fl-istess snin u fl-istess prezzijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika se jippublika il-Prodott Gross Domestiku għal Għawdex fi prezzijiet tas-suq għall-perjodu 1999 sa l-2005 lejn l-aħħar ta’ Diċembru 2006. Dan mhux se jinkludi l-PGD fi prezzijiet kostanti.

Gozo Channel Co.

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inbigħu biljetti mill-Gozo Channel Co għas-servizz tal-baħar bejn Għawdex u Malta, xahar xahar minn Marzu 2005 'il hawn minn: passiġġieri residenti f'Għawdex bla vettura; passiġġieri residenti f'Għawdex bil-vettura; passiġġieri residenti Malta bla vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin; passiġġieri residenti Malta bil-vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri barranin; passiġġieri barranin bla vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri residenti Malta; passiġġieri barranin bil-vettura għas-snin li t-tariffa kienet differenti mit-tariffa tal-passiġġieri residenti Malta; u passiġġieri residenti Malta u passiġġieri barranin għas-snin li t-tariffa kienet l-istess?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #22324 Sitting 471 2006-11-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

VAT — Servizz tal-Helicopter

Question

Tista' il-Ministru tgħid kenitx qed titħallas VAT fuq is-servizz tal-helicopter?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sad-data tallum il-kumpanija Helisureste ħallset il-Vat kollha dovuta.

Għawdex — Industrija tal-Manifattura

Question

Jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-2004 'il hawn? Jista' jagħti wkoll l-istess tagħrif għal Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi d-data mitluba mill-Onor. Membru ma teżistix separatament għal Malta u għal Għawdex.
Leg 10 PQ #22312 Sitting 470 2006-11-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat/San Lawrenz

Question

Issa li x-xogħol fuq l-ewwel parti tat-triq mir-Rabat għal San Lawrenz wasal biex jispiċċa, min se jieħu ħsieb jirranġa l-Wied ta' Xkora li tħarbat b'konsegwenza tax-xogħol li sar fuq l-imsemmija triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex ser jieħu ħsieb li fejn hemm bżonn, isir ix-xogħol meħtieġ fil-Wied ta' Xkora.
Leg 10 PQ #22314 Sitting 470 2006-11-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Toroq

Question

Tista' il-Ministru tgħid min kienu l-kuntratturi li ħadu xogħlijiet ta' bini, twessigħ, bini mill-ġdid u tiswijiet ta' toroq f'Għawdex mill-1999 sa l-2005? Tista' tgħid kull kuntrattur x'xogħlijiet ħa u kemm kienet l-istima oriġinali tal-valur ta' kull xogħol li sar u kemm kienet in-nefqa finali fuq kull xoħgħol li sar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'xi seduta oħra..