Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti, korsijiet, eċċ. li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2004-2006 li għadhom ma tlestewx? X'sar s'issa fuq kull wieħed minnhom? X'jonqos isir? Meta għandhom jitlestew skond il-ftehim ta' finanzjament li sar ma' l-Unjoni Ewropea? Kemm kienet l-istima oriġinali fil-ftehim ta' finanzjament u x'se tkun l-ispiża finali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħidli x'kuntratti ngħataw fl-2006 u din is-sena għall-asfaltar ta' toroq residenzjali? Min ħadhom u kemm hu l-valur ta' kull kuntratt? Meta għandha titlesta kull triq? Kien hemm xi varjazzjoni fil-prezz tal-kuntratt wara li beda x-xogħol? Jekk kien hemm, x'inhu l-valur il-ġdid? Xi ħlasijiet saru s'issa fuq kull triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fl-iskeda li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. L-iskeda turi wkoll il-kumpaniji li offrew għal dan ix-xogħol u l-ammonti ta' l-offerti. Ix-xogħlijiet li għadhom ma sarux ser jitlestew aktar tard matul din is-sena.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien il-valur tal-kuntratt u x'kienet l-ispiża finali ta' kull tender li ngħatat lir-Road Construction Ltd mill-1999 sal-lum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li malli l-informazzjoni kollha tkun miġbura, din titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-gvern ma ħax il-passi meħtieġa biex iġib deroga mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex fuq il-bażi li l-forzi tas-suq weħidhom ma jħallux li jintlaħaq livell ta' servizz sodisfaċenti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' Għawdex? Jaf li Franza, Spanja, il-Portugal u l-Greċja hekk għamlu biex iħarsu l-interessi tal-gzejjer tagħhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23736, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, ċioe lil-Ministru għall-Kompettivita u l-Kommunikazzjoni.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlementari 22316 dwar il-qasam tas-snajja' Ta' Dbieġi, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma ż-żewġ affarijiet żgħar ħafna li kienu għadhom ma tlestewx? Tista' tgħidli jekk issa tlestewx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ż-żewġ affarijiet żgħar li kienu għadhom ma tlestewx kienu il-kaptelli ta' "man hole" u ftit "pavers" tal-bankina ta' barra, kif ukoll l-imblukkar ta' żewġ knaten fir-recint tal-Qasam tas-Snajja.
Jiena nfurmata wkoll li dan ix-xogħol sar kollu kif ukoll tiswija ta' pilastru tar-recint li ntlaqat minn karozza fit-triq ta' quddiem.
Tista' l-Ministru tgħid kemm xtara karozzi l-ministeru tagħha mill-2003 'il hawn? Ħarġu offerti għax-xiri tagħhom? Għal min inxtrat kull waħda minnhom? Kemm inxtrat? Mingħand min? X'kien il-valur normali tas-suq tagħha? Saret xi nefqa oħra fuqhom minn meta nxtraw? Jekk fl-affermattiv, għaliex saret in-nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22746 dwar proġetti approvati mill-Malta Enterprise fl-2005 u fl-2006, jista' l-Ministru jagħtini l-informazzjoni li tlabtu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-gvern ma ħax il-passi meħtieġa biex iġib deroga mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex fuq il-bażi li l-forzi tas-suq waħedhom ma jħallux li jintlaħaq livell ta' servizz sodisfaċenti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' Għawdex? Jaf li Franza, Spanja, il-Portugal u l-Greċja hekk għamlu biex iħarsu l-interessi tal-gżejjer tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru 2005 u fl-aħħar ta' Diċembru 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru l-2005 u ta’ l-2006 huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħidli meta huwa mistenni li jiġu approvati d-dokumenti ta' programmazzjoni għall-perijodu 2007-2013 tal-UE? Meta hu mistenni li jibda l-proċess ta' l-għażla tal-proġetti? Fiex se jkun jikkonsisti l-proċess ta' l-għażla skond il-proċeduri stabbiliti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel minn tliet dokumenti ta’ Programmazzjoni (l-NSRF) ġie maqbul mal-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru tas-sena 2006 u jinsab fuq diversi websites tal-gvern, inkluż dak tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni. Iż-żewġ Programmi Operattivi mistennija li jiġu approvati mill-Kummissjoni fl-ewwel kwart ta’ din is-sena. Il-Proċess ta’ l-għażla tal-Proġetti jrid jiġi maqbul mal-Kummissjoni fid-dawl tar-Regolamenti l-ġodda (2007-2013) iżda mistenni li jkun jixbah lill-proċess li ntuża għall-Programm 2004-2006.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21166 li saret fis-17 ta' Ottubru, 2006 dwar iċ-ċentru komunali, tista' l-Ministru tgħidli x'sar dwar dan il-proġett minn dakinhar 'l hawn? Minn min kienu qed isiru l-konsiderazzjonijiet dwar il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
In vista li dan l-aħħar ġie deċiż li ser jinbena kumpless fis-sit tal-iskola Ninu Cremona li ser ikun jinkludi car park u anke ser jipprovdi spazju biex jinbena Qorti ġdid, il-Ministeru għal Għawdex għamel rikonsiderazzjoni tal-proġett taċ-Ċentru komunali.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22318 dwar proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea dwar il-proġett ta' titjib tat-Triq San Lawrenz/Rabat, tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-ispejjeż fuq xogħol relatat ma' din it-triq u fuq xogħlijiet relatati ma' servizzi rispettivament? Tista' tgħidli jekk dawn l-ispejjeż humiex inklużi fl-istima oriġinali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li sa issa x-xogħlijiet relatati mat-triq jammontaw għal Lm187,056 u dawk relatati mas-servizzi jammontaw għal Lm211,963 li parti minnhom kienu inklużi fl-istima oriġinali.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23396 dwar inċentivi għall-industrija f'Għawdex, tista' l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 23396, nirrereri lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija 22351 li tagħti l-informazzjoni mitluba.
Dwar it-tieni parti jiena nfurmata li hemm sbatax il-talba pendenti għall-approvazzjoni tal-Malta Enterprise u li għadhom ma ġewx approvati minħabba li ikun qiegħed isir il-proċess ta' verifika li ħafna drabi jirrikjedi li jintalbu aktar kjarifiki mingħand l-applikanti.
Tista' l-Ministru tgħid meta kien konkluż il-proċess ta' evalwazzjoni ta' l-aħħar offerta li kienet ħarġet għad-disinjar, provvista, istallazzjoni u kkummissjonar ta' tagħmir għas-slaughtering line tal-biċċerija f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-proċess ta' evalwazzjoni tal-offerta għad-disinjar, provvista, istallazzjoni u kkummissjonar ta' tagħmir għas-slaughtering line tal-biċċerija f'Għawdex ġie konkluż fil-25 ta' Mejju 2006 u li sussegwentament sar appell lill-Kumitat tal-Kuntratti u ġie deċiż li l-offerti kellhom joħorġu mill-ġdid.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22758 dwar il-proġett għat-trattament tad-drenaġġ, tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-raġunijiet għad-dewmien għat-tlestija ta' dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta issa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li d-dewmien kien kaġunat minn:
a. proċeduri ligali minħabba reżistenza kontra l-kortruzzjoni tal-impjant;
b. tibdil fir-regolamenti tal-Kummissjoni Ewropea li wassal biex jiġi revedut id-dokument tat-tender meta
dan kien diġa finalizzat;
c. dewmien fl-għoti tal-permessi;
d. perjodu ta' maltemp li tellef l-andament tax-xogħol fil-bidu tax-xogħolijiet.
Jiena nfurmata wkoll li l-impjant huwa mistenni jitlesta f'Awissu 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proġett approvat il-Malta Enterprise din is-sena? Kemm huwa mistenni li jiġġeneraw investiment? Kemm hu mistenni li joħolqu mpjegi fit-tliet snin li ġejjin? Kemm minn dawn il-proġetti huma għal Għawdex? Kemm se jkun l-investiment tagħhom f'Għawdex? Kemm se joħolqu mpjiegi f'Għawdex? Jista' jagħtina l-istess informazzjoni għall-2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Fl-2005, il-Malta Enterprise approvat 69 proġett (li jinkludi proġetti Maltin u barranin u huma proġetti ġodda u espansjonijiet). Dawn ipproġettaw investiment ta' Lm28,783,437 u li jħaddmu 912 impieg full timers u 16 part timers sat-tielet sena ta l-operat tagħhom (dawn il-figuri jirriflettu proġetti approvati matul l-2005 irrispettivament ta l-istatus tagħhom).
Sa Novembru 2006, il-Malta Enterprise approvat 87 proġett (li jinkludi proġetti Maltin u barranin u huma proġetti ġodda u espansjonijiet). Dawn ipproġettaw investiment ta Lm36,614,817 u impjiegi ta 2612 sat-tielet sena ta’ l-operat ( dawn il-figuri jirriflettu proġetti approvati matul l-2006 irrispettivament ta l-istatus tagħhom).
Fl-2005, ġew approvati 6 proġetti għal Għawdex li pproġettaw investiment ta’ Lm1,478,600 u impjiegi ta' 160 sat-tielet sena ta' l-operat ( dawn il-proġetti għall-Għawdex jirriflettu proġetti irrispettivament ta l-istatus tagħhom). Fl-2006, ġew approvati 7 proġetti għal Għawdex li pproġettaw 31 impjieg u li investu Lm 289,000 sat-tielet sena ta’ l-operat tagħom.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li student li jattendi l-iskola tal-Vajringa (year 5) li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu bżonn ta' assistenza psikjatrika, m'huwiex qiegħed jingħata din l-għajnuna għaliex il-gvern m'għandux dan is-servizz f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sevizz ta' psikjatrija qatt ma kien servizz li jingħata mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni iżda mid-Diviżjoni tas-Saħħa.