B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlametnari 24460 dwar bordijiet ta' l-għażla, jista' l-Prim Ministru jgħidli jekk fil-każijiet imsemmija kienx hemm membri tal-bord li kienu mdaħħlin f'aktar minn każ wieħed? Jekk fl-affermattiv, għaliex dawn tħallew jerġgħu jifformaw parti minn bordijiet ta' l-għażla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-mistoqsija qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24459 dwar ħlas ta' VAT għas-servizz tal-helicopter, jista' l-Prim Ministru issa jgħtini t-tagħrif mitlub?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid:
Kemm hi n-nefqa s'issa taħt kull item of expenditure għal din is-sena sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-ministeru tagħha?
Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx?
Għal xhiex ġie kommess kull wieħed minnhom?
Meta ġie kommess?
Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor?
Jekk saru, kemm kien l-ammont ta' kull wieħed minnhom?
Mil-liema items ħarġu u fuq liema marru?
X'kienet ir-raġuni f'kull każ?
Meta sar kull wieħed minnhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentar 24456 dwar it-Triq Rabat - San Lawrenz, tista' l-Ministru tgħidli fuq liema items tal-bill of quantities n-nefqa kienet akbar minn dik aċċettata fl-offerta? Kemm kienet in-nefqa aċċettata fuq kull item u kemm kienet in-nefqa finali? Għaliex kien hemm bżonn iż-żieda f'kull nefqa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif jidher fuq l-iskeda li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulata f'kull kuntratt li sar mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għal 2004 - 2006?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea ma għamlet l-ebda kuntratt mal-Ministeru għal Għawdex dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għal 2004-2006.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23726 dwar xiri ta' karozzi, tista' l-Ministru tgħid:
Jekk il-prezzijiet ta' Lm10,000 u Lm14,500 li bihom inxtraw iż-żewġ karozzi msemmija jinkludux it-taxxa tar-reġistrazzjoni u taxxi oħra?
Jekk tħallset taxxa ta' reġistrazzjoni kemm kienet għal kull karozza?
Hemm limitu stabbilit kemm Ministru u Segretarju Permanenti jistgħu jonfqu fuq ix-xiri ta' karozza għall-użu tagħhom?
Jekk hemm, kemm hu?
It-taxxa ta' reġistrazzjoni hija nkluża?
X'ikopri dan il-limitu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta nxtraw dawn iż-żewġ karozzi mxejna skond iċ-Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 23411, 22318 u 22760 dwar l-ispejjeż tat-Triq Rabat, San Lawrenz biex tagħtini l-informazzjoni li tlabtha xahrejn ilu? Tista' tgħid għaliex hemm bżonn dan id-dewmien kollu biex tagħti tagħrif dwar xogħlijiet ta' toroq f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li b'żieda mal-informazzjoni li diġa ngħatat f'risposti għal mistoqsijiet preċedenti, ix-xogħolijiet li ma kienux inkluzi fl-istima oriġinali kienu stmati li jiswew Lm 794,851 (jinkludi Lm 203,357 fuq xogħolijiet reletati ma srvizzi) u li ġew jiswew Lm 864,905 (jinkludi Lm 211, 963 fuq xogħlijiet relatati ma servizzi).
B'referenza għat-tweġibiet ta' sitt mistoqsijiet parlamentari li tat dwar allowances li ngħataw mill-Ministeru tagħha, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet u ta' l-approvazzjoni tagħhom li ilni nitlobha tmien xhur?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandix xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru 20212.
Jista' l-Ministru jgħix x'sejjer isir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi? Jista' jgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23867 dwar investiment barrani dirett f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħidli għaliex it-tagħrif li tlabtu ma jistax jingħata minħabba raġunijiet kummerċjali meta l-gvern jippubblika regolarment din l-informazzjoni dwar Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika jiġbor din l-informazzjoni mingħand accountants jew awdituri ta’ kumpaniji li għalkemm jistgħu jorperaw f’Għawdex għandhom l-indirizz f’Malta. F’dawn il-każi l-investiment hu meqjus li sar f’Malta.
F’Għawdex jidhru biss 3 kumpaniji li għandhom investiment barrani u għalhekk minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tagħtini t-tagħrif li tlabtha f'mistoqsija parlamentari 23866 dwar l-ispejjż tat-Triq Rabat, San Lawrenz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol fuq it-tieni parti tat-triq Victoria - San Lawrenz li qiegħed isir bħalissa hu ta 470 metri tul. Dan ix-xogħol huwa stmat li jiswa Lm 621,426 u huwa ko-finanzjat mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea. Jiena nfurmata ukoll li s'issa għadhom ma sarux pagamenti fuq di il-parti tat-triq.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li hu l-bżonn ta' ilma kuljum għat-tisqija fl-agrikoltura f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li din l-istess mistoqsija Parlamentari diġa kienet saret f'seduta oħra, nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għar-rsiposta tal-Mistoqsija numru 23737.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23869 dwar is-servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex fejn irreferietni għat-tweġiba li hija tatni għall-mistoqsija parlamentari 23406, peress li t-tagħrif li tlabtha fl-aħħar mistoqsija m'għandu x'jaqsam xejn mat-tagħrif li kienet tatni fl-ewwel mistoqsija, tista' jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif li tlabtha, u cioe' jekk l-Gvern ħax deċiżjoni fuq ir-rakkmandazzjonijiet tal-kumitat? Tista' tgħid ukoll x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet tal-kumitat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandix xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru 23406.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23734 dwar asfaltar ta' toroq residenzjali, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li tlabtha u tgħid meta għandha titlesta kull triq skond il-kuntratt u żżid tgħid meta kellu jibda u fhiex wasal ix-xogħol s'issa fuq kull triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija skond kif tidher fit-tabella li qed titpġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23733 dwar proġetti f'Għawdex finanzjat mill-UE, tista' l-Ministru tgħid għaliex ħalliet barra t-triq tax-Xlendi li x-xogħol fuqha kellu jibda sentejn ilu u li kellha tkun lesta fl-2006 u t-triq ta' l-Imġarr li kellha tibda fl-2005 u titlesta fl-2007? Tista' tagħtini l-informazzjoni fuq dawn iż-żewġ proġetti kif tlabtha fil-mistoqsija parlamentari 23733?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-triq tax-Xlendi ġie pospost biex isir aktar 'l quddiem, peress li, wara li saru aktar testijiet fuq din it-triq nstab li l-build up tat-triq kellha tiġi ddisenjata mill-ġdid.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkummissjonat xi studju dwar interventi meħtieġa biex iċ-Ċittadella tiġi ppreservata bl-aħjar mod? Jekk iva, meta? Lil min ġie kkummissjonat? Kemm se jiswa? Meta għandu jitlesta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid fhiex jikkonsisti l-proġett għall-iżvilupp taż-Żewwieqa? X'sar s'issa għat-twettiq ta' dan il-proġett? Kemm se jiswa? Kemm hemm flus ivvotati għalih fl-2007?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li l-proġett għall-iżvilupp taż-Żewwieqa jikkonsisti minn upgrading ta’ din iż-żona u li sa issa ġiet imnedija kompetizzjoni għad-disinn għal dan il-proġett li qiegħda tiġi evalwata. L-istima ta’ dan il-proġett tiġi stabbilita aktar il-quddiem skond id-disinn mgħażul.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hemm Għawdxin fir-rank ta' surġenti u fir-rank ta' kuntistabbli stazzjonati Malta? In vista tal-fatt li riċentement ġew trasferiti 22 pulizija Għawdxin minn Malta biex jaħdmu Għawdex u in vista tal-fatt li f'dan it-trasferiment m'hemmx proporzjon bejn in-numru ta' kuntistabbli u n-numru ta' surġenti li jaħdmu f'Għawdex, jista' jgħid jekk dan il-gvern għandux il-ħsieb li jittrasferixxi surġenti Għawdex kemm bħala numru kif ukoll bħala data meta dan it-trasferiment se jseħħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li preżentament, fil-Korp tal-Pulizija, hawn għaxar (10) surġenti u erbgħa u erbgħin (44) kuntistabbli Għawdxi stazzjonati f'Malta.
Dwar it-tieni parti tad-domanda, u kif diġa' kelli okkażżjoni li ngħid fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet preċedenti dwar ċaqliq ta' membri tal-Korp tal-Pulizija, tali ċaqliq isir meta u kif ikun bżonn, fl-aħjar interessi ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Tista' l-Ministru tgħid x'jonqos isir biex jitlesta l-istazzjoni għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex? Meta hu mistenni li jitlesta? Kemm se jiswa? Kemm mill-ispiża se tiġi mill-fondi Ewropej? Sa meta kellu jkun lest skond il-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea? Għaliex għas-sena 2005 kienu ġew ivvotati Lm1,671,000 u minnhom intefqu Lm280,000 biss? Għaliex għas-sena 2006 kienu ġew ivvotati Lm2,250,000 u minnhom intefqu Lm160,000 biss? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa s'issa? Għal xhiex huwa kommess dan l-ammont u meta ġie kommess? X'ammont għad irid ikun kommess? Għal xhiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.