Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #26804 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Rabat - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar xogħol s'issa fuq Triq Rabat, San Lawrenz skond il-kwantitajiet riveduti? Kemm hu stmat li jiswa x-xogħol għal dik il-parti tat-triq li mis-siġra ta' Pinu twassal għal San Lawrenz? Minn fejn se jiġu l-flus għal din il-parti tat-triq, minn fondi Maltin jew minn fondi Ewropej? Jekk minn fondi Ewropej, liema proġett/i se jiġi/u sagrifikat/i?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li sa issa saru 2470 metri ta' kostruzzjoni fit-Triq li mir-Rabat twassal għal San Lawrenz. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija numru 25895. Jiena nfurmta wkoll li ma humiex ser jiġu sagrifikati proġetti oħra minħabba dan il-proġett.
Leg 10 PQ #26810 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Skola Ninu Cremona — Bini ta' kumpless

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 24450 dwar kumpless fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona, tista' l-Ministru tgħid jekk il-parkeġġ jaqax ukoll taħt il-Foundation for Tomorrow Schools? Jekk jaqa' taħt din il-fondazzjoni, il-parkeġġ se jkun miftuħ għall-pubbliku? Jekk il-parkeġġ ma jaqax taħt il-fondazzjoni meta huma mistennija li jitlestew iż-żewġ fażijiet tiegħu? Kemm se tiswa kull fażi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-parkeġġ huwa parti mill-proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools u hu mistenni li jkun miftuħ għall-pubbliku.
Leg 10 PQ #26815 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

WSC — Trasferimenti ta' ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2453 dwar trasferimenti ta' ħaddiema mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nitlobha tagħtini t-tagħrif li ġej: Kemm ġew trasferiti ħaddiema sena sena mill-1999 sal-lum mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma direttament għall-ministeru tagħha? Kemm ġew trasferiti ħaddiema għall-ministeru tagħha sena sena mill-1999 sal-lum li xi darba kienu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma? X'inhu l-grad tagħhom? X'xogħol qed jagħmlu? Kemm minnhom għandhom allowance?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li mis-sena 1999 sal-lum ġew traferiti 16-il ħaddiem mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għal mal-Ministeru għal Għawdex. L-informazzjoni mitluba milll-Onor. Interpellant dwar dawn il-ħaddiema tinsab fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #26898 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet l-ispiża ta' Notte Gozitana Lejliet Lapsi li saret f'Għawdex dan l-aħħar? Tista' tagħti breakdown item item ta' l-ispiża kollha involuta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26293

Għawdex — Investimetn barrani

Question

B'riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 23867 u 24451 dwar investiment dirett barrani f'Għawdex, jista' l-prim Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub sentejn sentejn, jiġifieri għall-1999 u 2000 flimkien, 2001 u 2002 flimkien, 2003 u 2004 flimkien u 2005 u 2006 flimkien biex hekk titħares il-kunfidenzjalita'? Jekk lanqas hekk ma titħares il-kunfidenzjalita' jista' jekk jogħġbu jagħtini t-tagħrif mitlub tliet snin tliet snin flimkien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Għawdxin jaħdmu f"Malta

Question

Jista' l-prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f"Malta? Ma' liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija kumpannija, eċċ. qegħdin jaħdmu? X'inhu l-grad tagħhom? X'kumpens għandhom, skond fejn jaħdmu, biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlametnari 23960 dwar l-opinjoni motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-Gvern Malti dwar is-servizz bil-baħar bejn Malta u Għawdex, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħidli jekk il-gvern bagħatx it-tweġiba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, meta bagħatha? Irċeva risposta mill-Kummissjoni Ewropea dwarha? Jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-risposta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ntalbet laqgħa formali mal-Kummissjoni dwar is-suġġett u s' issa għad ma ġietx iffissata data.
Leg 10 PQ #26786 Sitting 544 2007-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Improving the quality of health and insurance

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25881 dwar Lm1,750,000 ivvotati għall-improving the quality of health and insurance (ERDF), tista' l-Ministru tgħidli x'inhuma l-proġetti li qed jippjana l-Ministeru? X'sar x'issa fuq kull wieħed minnhom? Kemm huwa stmat li jiġi jiswa kull proġett? Meta mistenni li jibda jiġi implimentat kull proġett? Meta huwa mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programm tal-fondi strutturali Ewropej 2007-2013?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #26793 Sitting 544 2007-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Product development

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 25881 dwar il-Lm1,400,000 ivvotati għall-product development (ERDF), tista' l-Ministru tgħidli x'inhuma l-proġetti li qed jippjana l-Ministeru? X'sar s'issa fuq kull wieħed minnhom? Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa kull proġett? Meta mistenni li jibda jiġi implimentat kull proġett? Meta huwa mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programm tal-fondi strutturali Ewropej 2007-2013?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #26797 Sitting 544 2007-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25883 dwar il-proġett Villa Rundle, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm flus ivvotati għal dan il-proġett? Kemm hu mistenni li jiġi jiswa? Meta hu mistenni li jibdew ix-xogħlijiet fuqu? X'inhuma t-timeframes għat-tkomplija tiegħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-istima preliminari għal dan il-proġett tlaħħaq id-Lm970,000 u li x-xogħlijiet mistennija jibdew wara li tispiċċa l-fażi ta' ppjanar dettaljat u jinħarġu l-offerti u jitlesta l-proċess tagħhom. It-time frames għal dan il-proġett jiddependu fuq il-proċess tal-offerti.

Mġarr — Ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħix x'sejjer isir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi? Jista' jgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Foundation for Tomorrow Schools — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħidli fiex jikkonsisti l-proġett Foundation for Tomorrow Schools li se jinbena fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex? X'inhuma t-time frames għall-bini ta' dan il-proġett?

Response (GALEA, LOUIS)

L-iskola Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex se tiġi żviluppata mill-ġdid. Il-proġett għandu jkun implimentat fi żmien tlett snin, suġġett għall-approvazzjoni tal-permessi neċessarji mill-Awtorita’ Maltija ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Leg 10 PQ #26773 Sitting 543 2007-06-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali Għawdex — Shift allowances

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24458 dwar shift allowances fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, tista' l-Ministru tagħtini l-istess informazzjoni għall-aħħar ta' Marzu 2007?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond t-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Għawdex — Bini ta' qorti ġdid

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se joħorġu l-offerti għall-bini tal-qorti l-ġdid f"Għawdex? Meta hu mistenni li jitlesta u jibda jiffunzjona dan il-qorti? Kemm hu mistenni li jiġi jiswa?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #26775 Sitting 543 2007-06-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Rabat

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24456 dwar Triq Rabat, San Lawrenz bħala tweġiba għal mistoqsija parlamentari 24132 fejn jien talbatha tgħidli liema prezzjijiet inbidlu wara li ntrebħet l-offerta tat-Triq Rabat, San Lawrenz u tlabtha tagħtini wkoll breakdown ta' l-ispejjeż skond kif kienu aċċettati meta ngħatat l-offerta u breakdown ta' l-ispejjeż wara li saru l-varjazzjonijiet. Peress li fit-tweġiba tagħha għal mistoqsija parlamentari 24456 ma tatnix t-tagħrif li jien kont tlabtha fil-mistoqsija parlamentari 24132, tista' jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif li kont tlabtha aktar minn xahar ilu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba tinsab fl-iskeda annessa mar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari numru 26771.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Bini ta' kumpless edukattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-bini ta' kumpless edukattiv ġdid li se jsir mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u li fuqu din is-sena se jintefqu Lm3 miljuni kif il-Prim Ministru ħabbar fid-diskors tiegħu tal-budget għall-2007?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 26772.
Leg 10 PQ #26777 Sitting 543 2007-06-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq ir-Rabat

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24134 dwar Triq ir-Rabat, San Lawrenz fejn jien kont tlabtha tgħidli liema kwantitajiet inbidlu wara li ntrebħet l-offerta tat-Triq Rabat, San Lawrenz. Kemm kienu l-kwantitajiet oriġinali u kemm saru wara li nbidlu, x'xogħlijiet saru li l-kwantitajiet tagħhom ma kenux nklużi fl-iskeda tax-xogħlijiet u tal-kwantitajiet oriġinali, tista' l-Ministru jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba, diġa ngħatat fir-risposta għal-mistoqsijiet parlamentari numru 23409, 24457 u 22760.
Leg 10 PQ #26766 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Allownces

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23872 dwar allowances li ngħataw mill-Ministeru tagħha, tista' jekk jogħġobha tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet u ta' l-approvazzjoni tagħhom kif tlabtha tagħmel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23872.
Leg 10 PQ #26767 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24454 taqbel il-Ministru miegħi li huwa fid-dover ta' kull wieħed minna li nassiguraw li l-flus li din il-Kamra tivvota għall-operat tal-Gvern jintefqu b'għaqal u prudenza. Għaldaqstant tista' l-Ministru tagħtini l-informazzjoni mitluba biex inkun nista' nifli aħjar l-operat tal-ministeru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.