Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex — Xiri ta' karozzi

Question

B'riferenza għat-tweġibiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsijiet parlamentari numri 23726 u 25904 dwar xiri ta' karozzi, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li x-xiri taż-żewġ karozzi kien skond Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28090.

Xiri ta' karozzi

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għat-tweġibiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għal mistoqsijiet parlamentari 23726, 25904 u 27535 dwar xiri ta' karozzi. Jista' l-Prim Ministru issa jikkonferma li x-xiri taż-żewġ karozzi kien skond Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi? Huwa minnu li x-xiri ta' dawn il-karozzi ma kienx skond il-proviżjonijiet taċ-ċirkolari msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, qabel ix-xiri ta’ waħda mill-vetturi msemmija, kien hemm diverġenza fl-interpretazzjoni u kif jinftehmu l-linji gwida li fuqhom jimxu l-Ministeri f’dawn iċ-ċirkustanzi u d-direzzjoni maħruġa minn dan il-Ministeru f’din l-okkażżjoni. Sa dan it-tant saru l-kjarifiki neċessarji sabiex jiġu ċċarati d-direttivi kkonċernati biex ma jkunx hemm ambigwita’ aktar ’il quddiem.

Nursing Aids

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28062 u 27558 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' nursing aids Għawdxin li hemm Malta bis-seniority, bid-data tal-appointment tagħhom fil-grad ta' nursing aid u bil-post tax-xogħol tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fil-lista jidher li hemm xi persuni li għalkemm jidhru lura fil-lista ta' priorita' dawn ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex. Ir-raġuni hi li bejn it-13 ta' Ottubru 1997 u l-5 ta' Settembru 1998 kienu ntbagħtu numru ta' persuni ġewwa Għawdex mingħajr ma ngħatat kunsiderazzjoni tal-lista ta' priorita'. Hemm ukoll 4 persuni li ntbagħtu Għawdex bejn is-7 ta' Diċembru 1998 u l-14 ta April 2003 li żewġ każi minnhom intbagħtu hemm temporanjament minħabba raġuni umanitarja waqt li tnejn oħra kienu fuq quddiem nett tal-lista.

Għawdex — Stazzjon għat-trasferiment ta' l-iskart

Question

Jista' l-Ministru jgħid: *X'jonqos isir biex jitlesta l-istazzjon għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex? *Meta mistenni jitlesta? *Kemm se jiswa? Kemm mill-ispiża se tiġi minn fondi Ewropej? *Sa meta kellu jkun lest skond il-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea? *Għaliex għas-sena 2005 kienu ġew ivvotati Lm1,671,000 u minnhom intnefqu Lm280,000 biss? *Għaliex għas-sena 2006 kienu ġew ivvotati Lm2,250,000 u minnhom intnefqu Lm160,000 biss? *Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett? *Lil min tħallsu? *Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux? *Għal xiex huma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi? *Meta mistenni jitħallsu u lil min? *X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi? *Għal xiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett għat-trasferiment ta’ l-iskart f’Għawdex maqsum f'żewġ komponenti. L-ewwel parti tikkonsisti f’ċentru fejn il-pubbliku jista’ jiddisponi minn skart goff b’mod organizzat ħalli l-istess materjal jiġi riċiklat, dak li jissejjaħ Civic Amenity Site. It-tieni parti tikkonsisti f'faċilità fejn l-iskart domestiku jiġi ppreparat għat-trasferiment lejn Malta. Ta’ min jgħid li l-WasteServ Malta Ltd diġà ġabet il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex ikun żviluppat iċ-ċentru għal skart goff. Minkejja dan, il-Kunsill Lokali tax-Xewkija, b’maġġoranza Laburista, qed jagħmel minn kollox ħalli jxekkel dan l-iżvilupp allavolja ċentri simili diġà bdew jiffunzjonaw tajjeb ħafna f’Malta għas-sodisfazzjon tar-residenti fl-inħawi. Dwar il-facilità tat-trasferiment ta’ skart domestiku, il-WasteServ Malta Ltd għadha għaddejja bl-aħħar assessments sabiex l-outline development permit li għandha f’idejha għal dan l-iżvilupp jinbidel għal full development permit biex bih din tkun tista’ tibda tiżviluppa din il-facilità. Jekk il-Kunsill Lokali jikkoopera u ma jkomplix itellef l-interess pubbliku, huwa maħsub li l-faċilità għall-iskart goff titlesta sa l-aħħar ta’ din is-sena. Il-faċilità ta’ trasferiment ta' l-iskart domestiku titlesta fi żmien sena u nofs mill-ħruġ tal-permessi. Il-faċilità għall-iskart goff ser tiswa Lm 89,747 (VAT eskluża) li 73% minnhom ġejjin minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. L-istima għall-faċilità ta’ trasferiment għall-iskart domestiku hija ta’ Lm 4.3 miljuni u l-ħsieb huwa li din tiġi ffinanzjata mill-fondi ta’ l-UE mill-baġit 2007-2013. Il-kofinanzjament għal dan il-komponent għadu mhux magħruf għax għad trid issir l-applikazzjoni. Ta’ min jgħid ukoll li ma kien hemm ebda ftehim ma' l-UE dwar sa meta għandha titlesta l-faċilità għat-trasferiment ta' l-iskart domestiku. Mhux ċar għal-liema figuri qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant għas-snin 2005 u 2006. Nitolbu jispeċifika biex inkun nista' nwieġeb. Il-flus li tħallsu s’issa fuq dan il-proġett jammontaw għal Lm 18,638. Din l-ispiża saret fl-2006 biex isiru l-istudji konnessi ma’ l-applikazzjoni għall-permess ta’ l-iżvilupp. Dawn il-flus tħallsu f’servizz ta’ konsulenza lid-ditti kif gej: · SLR Consulting ta’ Ingilterra · Bezzina and Cole · Sustech Consulting Il-fondi kommessi s’issa għan-nefqa li iżda għadhom ma tħallsux huma dawk marbuta maċ-ċentru għall-iskart goff. Dawn il-fondi mistennija jitħallsu meta l-proġett jitlesta. Dawn jitħallsu lill-iżvilupattur kkonċernat. L-ammont li għad irid jiġi kommess huwa l-valur tal-proġett biex isir il-proġett.

Proġetti f'Għawdex

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 27534. Jista' issa jgħid x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulata f'kull kuntratt li sar mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programmazzjoni 2004-2006 u taħt il-programm ta' pre-adeżjoni? Kemm saru pagamenti s'issa, x'kien l-ammont ta' kull pagament u meta sar? X'hemm flus kommessi s'issa għan-nefqa din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Xiri ta' karozzi

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għat-tweġibiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għal mistoqsijiet parlamentari 23726, 25904 u 27535 dwar xiri ta' karozzi. Jista' l-Prim Ministru issa jikkonferma li x-xiri taż-żewġ karozzi kien skond Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi? Huwa minnu li x-xiri ta' dawn il-karozzi ma kienx skond il-proviżjonijiet taċ-ċirkolari msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #28092 Sitting 568 2007-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsijiet parlamentari 26767 u 27537, tista' l-Ministru issa tagħtini t-tagħrif mitlub?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qieghda npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Investiment dirett barrani f'Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsijiet parlamentari 26778 u 27547 dwar investiment dirett barrani f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru issa, wara erba' xhur li ilni nitlobulu, jagħtini t-tagħrif li tlabtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27547.

Għawdex — Stazzjon għat-trasferiment ta' l-iskart

Question

Jista' l-Ministru jgħid: *X'jonqos isir biex jitlesta l-istazzjon għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex? *Meta mistenni jitlesta? *Kemm se jiswa? Kemm mill-ispiża se tiġi minn fondi Ewropej? *Sa meta kellu jkun lest skond il-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea? *Għaliex għas-sena 2005 kienu ġew ivvotati Lm1,671,000 u minnhom intnefqu Lm280,000 biss? *Għaliex għas-sena 2006 kienu ġew ivvotati Lm2,250,000 u minnhom intnefqu Lm160,000 biss? *Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett? *Lil min tħallsu? *Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux? *Għal xiex huma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi? *Meta mistenni jitħallsu u lil min? *X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi? *Għal xiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid: *X'persentaġġ tal-bini ta' strutturi fuq is-sit għat-twaqqif ta' l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex tlesta s'issa u meta hu mistenni li jitlesta kollu? *Kemm mill-apparat/makkinarju ġie stallat u meta hu mistenni jkun stallat kollu? *Meta mistenni jiġi kkummissjonat l-impjant? *Meta mistenni jitlestew it-tankijiet kollha? *Meta mistenni jibda jaħdem il-proġett kollu? *Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett? *Lil min tħallsu? *Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux? *Għal xiex inhuma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi? *Meta mistennija jitħallsu u lil min? *X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi? *Għal xiex għad iridu jiġu kommessi? *X'invoices hemm li ġew ipproċessati u għadhom ma tħallsux? *X'invoices hemm li għadhom ma ġewx ipproċessati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #28084 Sitting 567 2007-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 27526 dwar servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex fejn hi rriferietni għall-pre-budget document 2008 peress li f'dan id-dokument m'hemm imsemmija l-ebda deċiżjoni tal-gvern dwar xi miżura konkreta għall-introduzzjoni mill-ġdid ta' dan is-servizz, tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern ħax xi deċiżjoni dwar dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ghaddejjin tahdidiet interni dwar is-servizz tal-ajru bejn Malta u Ghawdex fid-dawl wkoll ta' dak imsemmi fid-dokument ta' qabel il-budget.
Leg 10 PQ #28085 Sitting 567 2007-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni jibda jingħata servizz tad-decompression chamber fl-isptar Ġenerali f'Għawdex li kienet inawgurata f'Novembru tas-sena l-oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nr. 27976.

Nursing aids

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27558 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' nursing aids Għawdxin li hemm Malta bis-seniority, bid-data tal-appointment tagħhom fil-grad ta' nursing aid u bil-post tax-xogħol tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.