Nirriferi lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 27534. Jista' issa jgħid x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulata f'kull kuntratt li sar mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programmazzjoni 2004-2006 u taħt il-programm ta' pre-adeżjoni? Kemm saru pagamenti s'issa, x'kien l-ammont ta' kull pagament u meta sar? X'hemm flus kommessi s'issa għan-nefqa din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ kuntratti li qed jiġu ko-finanzjati mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f’Għawdex għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2004-2006. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra wkoll estratt minn kull kuntratt li jindika il-mod kif għandhom isiru l-pagamenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm inkjesti f'Għawdex li għadhom ma ngħalqux? Jista' jgħid kemm minn dawn f'Għawdex għad lanqas sar r-rapport ta' l-Uffiċjal Investigattiv?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-records tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) jidher li hemm 281 inkjesta pendenti.
Minn dawn, hemm 19il waħda lui jonqoshom ir-rapport ta' l-Uffiċjal Investigattiv (Pulizija) u dawn huma reġistrati fis-sistema tal-LECAM.
Hemm wkoll 160 rapport ta' esperti fejn m'hemmx rapport ta' l-Uffiċjal Investigattiv (Pulizija), li jirreferu għal 130 inkjesta. Peress li dawn, fil-maġġoranza tagħhom huma antiki, dawn m'humiex kompjuterizzati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin segwew korsijiet fl-MCAST f'Malta kull sena mill-1998/1999 sal-2006/2007 u kemm hemm studenti din is-sena akkademika ġdida? Jista' jagħtini l-istess tagħrif dwar il-fergħat ta' l-MCAST f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk:
Studenti Għawdxin fl-MCAST
Korsijiet f'Malta Korsijiet fl-MCAST Għawdex
Sena Skolastika Total Sena Skolastika Total Total Sħiħ
2001-2002 5 5
2002-2003 26 26
2003-2004 84 2003-2004 172 256
2004-2005 86 2004-2005 186 272
2005-2006 122 2005-2006 191 313
2006-2007 118 2006-2007 188 306
2007-2008 114 2007-2008 225 339
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ma jiġux aktar intavolati, quddiem l-Qorti ta' l-Appelli Kriminali f'Għawdex, appelli mill-Avukat Ġenerali li jkunu nulli għaliex saru fuori termini?
Jaf li fis-seduta 4.1.2008 quddiem il-Qorti ta' l-Appelli Kriminali f'Għawdex, ippreseduta mill-Prim Imħallef Dr Vincent Degaetano, mhux anqas minn tlett appelli ġew dikjarati nulli minħabba li n-nota ta' l-appell tal-Kummissarju tal-Pulizija ġiet ippreżentata tardivament. Dan kollu qed jaħli l-ħin prezzjuż tal-Qorti u inkonvenjent lill-applikant li jitla' l-Qorti inutilment.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Avukat Ġenerali jaf bil-każijiet imsemmija u ħa l-miżuri li seta jieħu biex jiġi evitat dak li ġara. Iżda jiena ma għandi ebda setgħa li ninterferixxi fl-operat ta' l-Avukat Ġenerali f'din il-materja, peress li dan ikun imur kontra l-artikolu 91(3) tal-Kostituzzjoni li jipprovdi li f'materja bħal din "l-Avukat Ġenerali ma jkunx suġġett għad-direzzjoni jew kontroll ta' ebda persuna jew awtorita' oħra".
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux marbut li jibda jintaxxa l-familji minħabba t-tħaddim ta' l-impjant f'Għawdex għat-tisfija tad-drenaġġ kif miftiehem fil-Project Fiche dwar dan l-impjant? Jekk fl-affermattiv kemm se tkun it-tariffa u meta se tibda titħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-uniku Gvern Malti li qatt ried jintaxxa lill-poplu fuq id-drenaġġ kien il-Gvern li kien jifforma part minnu hu stess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tħaddim għall-ewwel ħames snin ta' l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex kienx jifforma parti integrali mill-offerta oriġinali għall-bini tal-istess impjant? Jista' jekk jogħġbu qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument ta' l-offerta li kienet ħarġet u li fuqha l-konsorzju li bena l-impjant ngħata wkoll t-tħaddim tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tħaddim għall-ewwel ħames snin ta’ l-Impjant f’Għawdex jifforma parti ntegrali mill-offerta oriġinali għal bini ta’ l-istess impjant.
Rigward it-talba tiegħu għall-kopja tad-Dokument ta’ l-Offerta li ħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi t-talba tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħidli fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 'l hawn u fl-aħħar ta' Ġunju 2007 kemm kien hemm ħaddiema li kienu qed jibbenefikaw mid-diversi skemi ta' sussidju mħaddma mill-ministeru tagħha? Tista' jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif mitlub skema skema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tezisti skema wahda ta' sussidju mhaddma mill-Ministeru ghal Ghawdex u li minnha jibbenefikaw il-haddiema Ghawdxin li jahdmu Malta.
L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella annessa:
Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti Għawdxin mill-Universita' ta' Malta, minbarra l-fergħa ta' Għawdex fis-sentejn akkademiċi 2005/2006 u 2006/2007 u jgħid liema korsijiet segwew? Jista' jagħtini l-istess tagħrif dwar il-fergħa ta' Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin segwew korsijiet fl-Universita' ta' Malta kull sena mill-1998/1999 sal-2006/2007 u kemm hemm studenti din is-sena akkademika ġdida? Jista' jagħtini l-istess tagħrif dwar iċ-ċentru ta' Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti Għawdxin li segwew korsijiet fl-Universita' ta' Malta kull sena mill-1998/1999 sas-sena akkademika 2007/2008 kienu dawn li ġejjin:
M F Total
1998/1999 200 301 501
1999/2000 181 248 429
2000/2001 212 295 507
2001/2002 207 337 544
2002/2003 234 408 642
2003/2004 261 438 699
2004/2005 268 433 701
2005/2006 294 482 776
2006/2007 273 484 757
2007/2008 350 615 965
L-istudenti Għawdxin li segwew korsijiet fiċ-Ċentru ta' Għawdex kull sena mill-1998/1999 sas-sena akkademika 2007/2008 kienu dawn li ġejjin:
Total
1998/1999 61
1999/2000 44
2000/2001 80
2001/2002 74
2002/2003 49
2003/2004 46
2004/2005 42
2005/2006 74
2006/2007 89
2007/2008 164
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-triq li kellha tinbena biex tagħti aċċess għall-impjant għat-trattament tad-drenaġġ hijiex lesta minn kollox? Jekk le, x'jonqos isir?
Jista' jgħid jekk is-servizzi kollha bħalma huma provvista ta' elettriku u sistema ta' back-up ta' elettriku, provvista ta' ilma, telekomunikazzjonijiet u s-sistema tad-drenaġġ humiex kollha lesti minn kollox? Jekk le, x'jonqos isir?
Jista' jgħid jekk l-apparat u l-makkinarju hux diġa' installat kollu u jekk le, x'jonqos jiġi nstallat?
Jista' jgħid jekk it-tankijiet tlestewx kollha?
Jista' jgħid jekk ġiex deċiż x'se jsir bl-ilma trattat?
X'jonqos isir iktar?
Meta huwa mistenni li jibda jaħdem l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħidli x'inhu l-ammont totali ta' fondi Ewropej li l-gvern irċieva s'issa fuq il-proġett għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex?
X'inhu l-valur totali ta' l-applikazzjonijiet għal ħlasijiet (payment applications) li ntbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea sat-30 ta' Settembru 2007 u li l-Gvern għadu ma rċeviex il-flus tagħhom mill-kummissjoni?
Jista' jgħid jekk hemmx issues pendenti mal-Kummissjoni Ewropea fuq dan il-proġett u jekk fl-affermattiv x'inhuma l-issues?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-gvern irċieva is-somma ta’ Ewro 3,097,364.81 għall-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex.
Din il-figura hija ekwivalenti għall-applikazzjonijiet kollha li ntbaghtu għal-ħlas sat-30 ta’ Settembru 2007. B’hekk il-flus li il-gvern applika għalihom rċeviehom kollha.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma mhiex infurmata li hemm issues pendenti mal-Kummissjoni Ewropea fuq dan il-proġett.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 28099 dwar flus imħallsa, tista' issa tagħtini t-tagħrif mitlub?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar in-nefqa taħt kull item of expenditure għas-sena 2007 sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex. Ma nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni l-ohra mitluba.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 28094 dwar voti kapitali, tista' issa l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar il-flus li ntefqu taħt kull item of expenditure tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex matul is-snin 2006 u 2007. Ma nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni l-oħra mitluba.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 27553 dwar it-tendergħall-master plan tac-Cittadella, tista' l-Ministru issa tgħidli meta hu mistenni li joħroġ it-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-tender ghall-Masterplan tac-Cittadella giet ippubblikata.