Djar ta' l-anzjani — Kontribuzzjonijiet miġbura mingħand l-anzjani
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-bidu ta' din is-sena sal-ġurnata tal-lum mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) fid-djar residenzjali tal-gvern; c) fi djar privati permezz tal-private public partnership; d) mill-Home Help/Care Service? Minn dan it-total kollu li nġabar, x'ammont għadda s'issa d-dipartiment tas-sigurta' soċjali lill-welfare committee?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm djar privati ta' l-anzjani oħra minbarra t-tnejn li diġa' hemm li wieġbu għas-sejħa riċenti tad-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' biex jiġu kkonsidrati għall-għażla taħt l-iskema tal-public private partnership imnedija mid-dipartiment ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm djar oħra privati ta’ l-anzjani li wrew interess li jipparteċipaw fl-iskema ta’ public private partnership minbarra t-tnejn li diġa’ qed jipparteċipaw fl-iskema.
Jisa' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex informat li l-customer care unit fir-residenza San Vinċenz de Paule tinsab magħluqa? X'inhi r-raġuni ta' din id-deċiżjoni? Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex dan l-uffiċċju, hekk importanti għall-anzjani ta' din ir-residenza u għall-qrabathom, jerġa' jinfetaħ immedjatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Customer Care Unit fl-SVPR immexxi minn żewġ uffiċjali. Sar redeployment tal-care workers fl-SVPR fejn dawn ġew assenjati xogħol fil-Clinical Areas. Waħda minn dawn l-impjegati fil-Customer Care Unit li hi care worker ġiet hekk re-deployed pero’ din ħarġet fuq long sick-leave. Fl-istess waqt l-impjegata l-oħra (li hi ward clerk) korriet waqt il-qadi ta’ dmirijietha u temporanjament qiegħda bl-injury leave.
Ittieħdu il-passi neċessarji biex ix-xogħol ta’ Customer Care Unit fl-SVPR jitkompla.
ETC — Reġistrazzjoni għal xogħol ta' social assistants
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol mal-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ bħala social assistants biex jagħmlu xogħol li kienu jagħmlu qabel il-casual social assistants mad-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita'? Hemm xi rġiel li qed jirreġistraw għal dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
ETC — Reġistrazzjoni għal xogħol ta' social assistants
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 4592 li tirrigwarda dawk il-persuni li jridu jaħdmu bħala part-time social assistants (qabel kienu jissejħu casual social assistants)?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, għalhekk tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' part-time social assistants li kienu qed jagħtu x-xogħol tagħhom fil-komunita' fl-aħħar ta' Jannar u fl-aħħar ta' Frar ta' din is-sena rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Part Time Social Assistants li kienu qed jagħtu servizz fil-komunita’ kien 311 u 332 rispettivament.
Djar privati ta' l-anzjani — Anzjani akkomodati taħt il-public private partnership
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani akkomodati taħt il-public private partnership scheme fid-djar privati ta' l-anzjani fl-aħħar ta' Jannar u fl-aħħar ta' Frar ta' din is-sena rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’Jannar u Frar 2004, kien hemm 83 u 87 anzjani rispettivament akkomodati fi djar privati għall-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol mal-ETC bħala part time Social Assistants? Kemm xi rġiel li qed jirreġistraw għal dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma’ tirreġistrax nies biex jaħdmu fuq part-time biss. In-nies li jirreġistraw għax-xogħol iridu jkunu lesti li jaħdmu għal kull tip ta’ xogħol.
ETC — Persuni jirreġistraw għal part-time social assistants
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta d-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' għamel talba lill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ għal-lista ta' persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol bħala part-time social assistants biex ikunu jistgħu jibdew l-intervisti għar-reklutaġġ ta' part-time social assistants biex ikunu jistgħu jiġu rimpjazzati dawk li jkunu bil-leave jew bis-sick leave?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġewx impjegati xi part-time social assistants bħala riżultat ta' l-intervisti għar-reklutaġġ ta' part-time social assistants biex ikunu jistgħu jiġu rimpjazzati dawk li jkunu bil-leave jew bis-sick leave, liema intervisti bdew ix-xahar li għadda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fit-23 ta’ Frar 2004 inbeda induction course għal numru ta’ part-time social assistants bi tħejjija għall-ingaġġ.
Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 4114 li tirrigwarda l-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani għas-sena 2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tajt struzzjoni lid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali biex jivverifika l-kontribuzzjonijiet ta’ l-anzjani miġbura fis-sena 2002, u l-ammonti mgħoddija lill-Welfare Committee.
L-Onor. Interpellant japprezza li tali jinvolvi eżerċizzju ta’ verifika ta’ ‘l fuq minn l,600 każ u għalhekk hu mistenni li tieħu ċertu żmien.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru, 2003 kemm kien hemm: a) anzjani li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz tat-telecare u kemm minnhom kienu eżenti li jħallsu l-kera tiegħu; b) persuni bi bżonnijiet speċjali li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz tat-telecare?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-aħħar ta’ Diċembru 2003 kien hemm 8,692 persuna li qed tagħmel użu mis-servizz tat-Telecare li minnhom 218 kienu persuni b’diżabilita’. Mill-imsemmi total kien hemm 2,330 eżentati mill-ħlas tal-kera.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru, 2003 kemm kien hemm: a) anzjani li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz tat-telecare u kemm minnhom kienu eżenti li jħallsu l-kera tiegħu; b) persuni bi bżonnijiet speċjali li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz tat-telecare?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Belt Valletta — Ċentru ta' customer service għall-anzjani
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-post fil-Belt Valletta akkwistat mid-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' fl-2002 biex iservi bħala ċentru ta' customer service għall-anzjani u li kellu jkun lest sa Ġunju tas-sena l-oħra, għadu ma nfetaħx? Jista' jgħid meta dan iċ-ċentru se jibda jaqdi l-funzjoni tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-post indikat mill-Onor. Interpellant waqa’ ftit lura peress li hemm permessi pendenti mill-MEPA.
Ninsab infurmat ukoll li dan iċ-Ċentru mistenni jinfetah aktar tard din is-sena.
Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani
Question
Billi kif jidher ċar mir-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari 3728 dwar l-ammonti ta' flus lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali għadda lill-welfare committee fis-snin 2000 sa l-2003, hemm diskrepanza kbira għas-sena 2002, meta mqabbla mas-sena 2001 u mas-sena 2003, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti istruzzjoni lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex jagħmel reviżjoni totali tal-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani għas-sena 2002 għaliex hu evidenti li din id-diskrepanza hija ta' madwar Lm250,000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Billi fl-estimi ta' l-aħħar budget taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali, Vot 5029 Residential case in private homes, ġie miżjud b'Lm200,000 (mill-Lm150,000 għal Lm350,000) li jfisser li d-dipartiment ta' l-anzjani jista' jakkomoda madwar 100 anzjan oħra permess tal-public private partnership scheme, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-anzjani jistax jakkomoda daqstant anzjani fiż-żewġt idjar privati ta' l-anzjani li kienu magħżula sentejn ilu? Jekk le, x'passi se jieħu d-dipartiment ta' l-anzjani biex jintlaħaq dan l-iskop?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li ż-zieda fil-Vot indikat mill-Onor. Interpellant hi ntenzjonata biex ikun hemm żieda fis-soddod għall-anzjani li l-Gvern jixtri mingħand is-settur privat.
Ninsab infurmat ukoll li f’dan ir-rigward id-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’ ħa l-passi biex jippubblika sejħa għall-interess bil-ħsieb li jkun hemm aktar djar għall-anzjani fil-privat li jipparteċipaw f’din l-iskema.