Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Pensjoni tal-Wens

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-massimu tal-pensjoni tal-wens fil-preżent? X'inhuma l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti biex wieħed ikun eliġibbli għal din il-pensjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ammont massimu ta' pensjoni tal-wens hu ta' Lm33.11 fil-ġimgħa. Il-kundizzjonijiet biex persuna tikkwalifika għal din il-pensjoni huma dawk elenkati f'Artikolu 68 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, fosthom li: i) tkun ċittadina Maltija; ii) tissodisfa t-test tal-mezzi kif speċifikat fis-sub artikolu 68 (1)(b) ta' l-imsemmi Att; iii) tkun qed tieħu ħsieb weħedha, fuq bażi full time u regolarment tal-ġenitur tagħha, jew ħuha, oħtha, nannitha, zijuha, missier jew omm tar-rispett jew ħuha jew oħtha tar-rispett li jkun/tkun qed igħix fl-istess dar ta' l-applikanti u, minħabba infermita', jkun/tkun kostrett/a li j/tgħaddi ħajtu/ħajjitha fis-sodda jew f'wheelchair.

Għajnuna Soċjali — Pensjoni tal-Wens

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-persuni li rċevew il-pensjoni tal-wens? X'ammont ta' flus tħallas mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali kull sena minn mindu ġiet introdotta din il-miżura soċjali f'dan il-pajjiż minn Gvern Nazzjonalista? Kemm hemm benefiċċjarji u x'ammont tħallas s'issa din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Għajnuna Soċjali — Servizz ta' handyman

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Santa Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/G'Mangia, Qormi, Luqa u Kirkop li għamlu użu mis-servizz tal-handyman matul din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li għamlu l-użu mis-servizz tal-handyman matul din is-sena skond il-lokalitajiet mitluba hu kif ġej: Lokalita' Anzjani Persuni bi bżonnijiet speċjali Ħamrun 71 5 St.Venera 33 0 Marsa 21 2 Valletta 39 2 Floriana 26 0 Pieta' 4 0 G'Manġia 11 2 Qormi 29 4 Luqa 4 0 Kirkop 6 0

Persuni b'diżabilita' — Karti ta' l-identita' speċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop li għandhom il-karta ta' l-identita' speċjali maħruġa mill-K.N.P.D.? Kemm hemm minnhom li huma taħt is-60 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Anzjani/persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop li qegħdin: a) jirċievu s-servizz tal-home help/care; b) jirċievu s-servizz tal-meals on wheels; c) jagħmlu użu mis-servizz tat-telecare?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar residenzjali — Anzjani fuq il-waiting list

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa u rġiel anzjani mill-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop fuq il-waiting list għad-dħul: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) fi djar residenzjali tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-waiting list għar-Residenza San Vinċenz u għad-Djar Residenzjali tal-Gvern skond il-lokalitajiet mitluba hi kif ġej: Lokalita' SVPR SVPR Djar tal-Gvern Djar tal-Gvern Irġiel Nisa Irġiel Nisa Ħamrun 101 61 38 16 Marsa 45 35 16 5 St.Venera 35 13 12 10 Florjana 38 17 10 4 Valletta 65 44 21 13 Pieta/G'Manġia 16 16 11 3 Qormi 84 47 20 5 Luqa 21 16 4 2 Kirkop 7 3 0 1 Total 412 252 132 59

Djar residenzjali — Anzjani

Question

Jisa' il-Ministru jgħid kemm hemm nisa u rġiel rikoverati preżentement mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Floriana, Valletta, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) djar residenzjali statali ta' l-anzjani; c) djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta' anzjani rikoverati fir-Residenza ta' San Vinċenz, Djar Residenzjali tal-Gvern u Djar Privati taħt l-iskema tal-private public partnership skond il-lokalitajiet mitluba hi kif ġej: Lokalita' SVPR Djar tal-Gvern Djar Privati taħt Irġiel Nisa Irġiel Nisa Irġiel Nisa HAMRUN 24 39 8 33 3 9 MARSA 14 18 4 8 1 1 STA. VENERA 4 17 1 9 0 2 FLORIANA 6 16 4 9 0 0 VALLETTA 14 29 7 30 1 9 PIETA/G'MANGIA 6 10 1 4 1 1 QORMI 21 36 7 14 0 4 LUQA 10 12 5 8 0 0 KIRKOP 1 5 0 0 0 0 TOTAL 100 182 37 115 6 26

Anzjani — Kartanzjan

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' nisa u rġiel li għandhom il-kartanzjan preżentement f'dawn il-lokalitajiet; Ħamrun, Marsa, Valletta, Floriana, Sta. Venera, Pieta'/Gwardamangia; Qormi, Luqa u Kirkop? Kemm minnhom għandhom 75 sena u fuqhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex il-mistoqsija tiġi riferuta lid-Dipartiment ta' l-Istatistika.

Anzjani — Day centres

Question

Jista' il-Minsitru jgħid kemm nies jattendu preżentement fid-diversi day centres ta' l-anzjani? Jistgħu jingħataw ċifri għal kull day centre separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament fl-erbatax -il Ċentru ta' Matul il-Jum jattendu 1212 anzjan. Żejtun 109 Ħamrun 167 Dingli 63 Qormi 93 Sliema 72 Żurrieq 77 Mtarfa 111 B'Kara 88 Bormla 71 Luqa 70 St.Paul's Bay 90 B'Buġia 68 Mosta 84 St.Venera 49

Dipartiment ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' flus intnefaq mid-dipartiment ta' l-anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mill-Vot Rikorrenti 5029 - Residential Care in Private Homes ta' Lm350,000 kif kien imniżżel fl-aħħar budget?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' flus li ntefaq mid-Dipartiment ta' l-Anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mill-vot Rikorrenti 5029 kien Lm244,235 u dan ikopri l-ħlas għal servizz sa Lulju 2004.

Dipartiment ta' l-Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammont ta' flus nefaq id-dipartiment ta' l-anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mis-somma ta' Lm1,400,000 - il-budget vote 5064, Home Help/Care Service Scheme?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' flus li ntefaq mid-Dipartiment ta' l-Anzjani sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mill-vot 5064 kien Lm1,041,908.

Dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-konunita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' flus li ħallas isd-Dipartiment ta' l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena minn Lulju sa Settembru 2004 huwa kif ġej Care Malta Ltd F'Lulju Lm22,769.05 T'Awissu u ta' Settembru għadhom mhux imħallsin Casa Serena F'Lulju Lm10,878 T'Awissu u ta' Settembru għadhom mhux imħallsin

SVPR — Customer Care Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Customer Care Unit fir-residenza San Vinċenz de Paule issa ilu ħafna żmien magħluq? Hemm il-ħsieb li dan l-uffiċċju jerġa' jinfetaħ biex jinqdew il-bżonnijiet tar-residenti u tal-qraba tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Customer Care Centre ġewwa San Vinċenz de Paule huwa temporanjament magħluq minħabba r-redeployment tal-ħaddiema. Qed isiru arranġamenti biex fil-futur dan iċ-Ċentru jerġa' jinfetaħ.

Djar residenzjali — Anzjani residenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani residenti (nisa u rġiel) fit-30 ta' Settembru, 2004: a) fir-residenza San Vinċenz de Paule; b) fi djar residenzjali tal-gvern; c) fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani residenti fit-30 ta' Settembru 2004 hu kif ġej: Nisa Irġiel Total San Vinċenz De Paule 688 341 1029 Djar Residenzjali tal-Gvern 463 152 615 Djar privati ta' l-anzjani taħt il- private public scheme 76 25 101

Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-kontribuzzjonijiet totali ta' l-anzjani fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru ta' din is-sena? X'ammont ta' flus id-dipartiment tas-sigurta' soċjali għadda lill-welfare committee matul dawn it-tliet xhur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Public Private Partnership Scheme — Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx magħżulin xi djar privati ta' l-anzjani oħra minbarra t-tnejn li diġa' hemm biex jagħtu servizz taħt il-public private partnership scheme?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord ta' l-Għażla ffinaliżża r-rapport tiegħu fuq l-applikazzjonijiet mitfugħa, iżda s'issa l-għażla għadha ma saritx.

Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani

Question

Waqt li nirriferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6352 dwar il-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani għas-sena 2002, tista' il-Ministru tgħid jekk il-verifika li suppost kienet bdiet, iffinalizzatx ruħha u x'kien ir-riżultat tagħha? Jekk din il-verifika għadha ma ntemmitx, hemm xi ħjiel meta se tispiċċa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-verifika li għaliha qed jalludi l-Onorevoli Interpellant għadha għaddejja.

Belt Valletta — Customer care centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet id-deċiżjoni li ttieħdet dwar il-post li kellu jiffunzjona bħala customer care centre għad-dipartiment ta' l-anzjani fil-Belt Valletta? Jekk dan il-post mhux se jiffunzjona bħala tali, id-dipartiment ta' l-anzjani neħħa kull ħsieb li jiftah customer care centre fil-Belt, Valletta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet fuq il-post li kellu jiffunzjona bħala Customer Care Centre fil-Belt Valletta għadhom ma ġewx konklużi. Biss, wara li l-permessi meħtieġa ġew approvati mill-MEPA, id-deċiżjoni mistennija tittieħed dalwaqt.

SVPR — Vit Kapitali 7009

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-Vot Kapitali 7009 dwar San Vincenz de Paule ta' Lm400,000 kif jidher fl-aħħar budget, kemm intnefqu s'issa fuq proġetti li saru f'din ir-residenza u liema kienu dawn il-proġetti? Jista' jgħid x'inhuma l-proġetti l-oħra li huma ppjanati li jsiru sa l-aħħar ta' din is-sena f'San Vinċenz u li se jkunu mħallsa mill-Vot Kapitali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Vot Kapitali 7009 dwar San Vinċenz De Paule s'issa intefqu Lm112,064. Dawn intefqu f'adjustable beds complete with mattresses, air conditioning system fil-Ward 3/4 Nisa u f'apparat mediku ieħor għas-swali. Il-proġetti l-oħra li huma ppjanati li jsiru sa l-aħħar ta' din is-sena f'San Vinċenz huma: -air-condition system fil-Ward 9/10 Nisa -xiri ta' Tail-Lift Van -tkomplija tal-proġett tal-Wards 1/2/3/4 Nisa -Lifts 5/6/7/8 Males -Refurbishment Psychogeriatric Female Ward li wasal biex jitlesta -Refurbishment Psychogeriatric Male