Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel primarji — Kunsilli skolastiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel primarji fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop hemm kunsilli skolastiċi, meta twaqqfu, kemm-il darba ltaqgħu minn dakinhar 'il hawn u x'kienet l-attendenza tar-rappreżentanti tal-għalliema u tal-ġenituri rispettivament f'dawn il-laqgħat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-lokalitajiet indikati hemm Kunsill Skolastiku li twaqqaf għal sentejn. L-elezzjoni għal dawn il-kunsilli saret f'Jannar u jerġa' jmisshom f'Jannar 2005.

Health Promotion Department

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqaf il-health promotion department fi ħdan il-ministeru tas-saħħa, x'kienu l-objettivi oriġinali u jekk dawn intlaħqux? X'kien l-istaff complement tiegħu dakinhar? Jista' jgħid x'inhuma l-objettivi ta' dan id-dipartiment illum - partikolarment wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk, u kif dawn qegħdin jintlaħqu? X'inhu l-istaff complement ta' dan id-dipartiment illum? Jista' jgħid jekk wasalx iż-żmien li jkun hemm żieda fl-istaff in vista taż-żieda fix-xogħol u s-servizzi li dan id-dipartiment irid ikompli jagħti lill-komunita' anke wara l-ħinijiet normali tax-xogħol, u jidhirlux li sadattant għandha tingħata għallinqas allowance lil dawk li baqgħu volontarjament jagħtu servizz lill-komunita' wara l-ħin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Health Promotion Department twaqqaf fl-1994 fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa bl-għan li jrawwem kuxjenza dwar stil ta' ħajja aktar b 'saħħitaha fil-poplu Malti u Għawdxi, billi jipprovdi nformazzjoni u servizzi li jgħinu lill-poplu jgħix aħjar. F'dak iż-żmien kien hemm tliet Professional Officers (Health Promotion) u Professional Officer wieħed (Nutrition). Bħala support staff kien hemm tnejn minn nies oħra. Illum il-ġurnata, l-objettivi tad-Dipartiment jinkludu, fost oħrajn: li jgħin u jinkorraġġixxu lill- policymakers biex jinbnew p olicies li jippromovu s-saħħa; li kontinwament itejjep s-servizzi li joffri lill-publiku biex ikun jista' jgħix aħjar, fosthom kliniċi biex tieqaf tpejjep, kliniċi biex tnaqqas il-piż u counselling servic e s , fosthom fuq is-saħħa sesswali; li jibni sħubija ma' stakeholders, kemm lokali kif ukoll ma' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, sabiex tkun tista' tinbena pjan ta' azzjoni fis-saħħa; li jagħmel riċerka dwar is-saħħa tal-Maltin, u dwar id-drawwiet tagħhom f'dik li tirrigwardja saħħithom. L-istaff fid-Dipartiment bħalissa huwa mqassam kif ġej: Direttur Principal Health Promotion Officer 1 Principal Scientific Officer (Nutrition) 1 Scientific Officer (Nutrition) 1 Health Promotion Officer 2 Principal 1 Executive Officer 1 Computer Operator 1 Clerk 2 Technical Designer 2 Senior Pharmacy Technician 1 Senior Tradesman 1 Health Assistant 1 Driver 1 Ix-xogħol tal-Health Promotion Department dejjem qiegħed jiżdied. Illum il-ġurnata, ħafna nies konxi ta' saħħithom, u d-domanda, kemm għall-informazzjoni, kif ukoll għall servizzi, dejjem qiegħed jikber. Dan fiħ innifsu juri kemm id-Dipartiment għamel suċċess bil-kampanji tiegħu. Il-Marketing Strategy li addotta d-Dipartiment qed iwassal il-messaġġ ta' saħħa lil aktar u aktar nies f'kull sfera tal-ħajja. Iżda dan ifisser ukoll li x-xogħol tad-Dipartiment kiber sew u qed jinħass il-bżonn ta' aktar staff. Rigward xogħol li jsir wara l-ħin titħallas disturbance allowance.

Djar ta' l-Anzjani — Kontribuzzjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani residenti taħt il-public private partnership (a) f'Villa Messina u Casa Arkati, u (b) Casa Serena minn Jannar sa Ottubru 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Public Private Partnership — Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ammessi anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership f'Villa Messina u Casa Arkati u f'Casa Serena fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm kien hemm anzjani residenti taħt din l-iskema f'dawn id-djar rispettivament fil-31 ta' Ottubru 2004? X'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament f'dawn l-għaxar xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wieħed u tletin (31) anzjan/a ġew amessi taħt l-iskema tal-public private partnership f'Villa Messina, Casa Arkati u Casa Serena fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena. In-numru ta' residenti f'dawn id-Djar fil-31 ta' Ottubru 2004 kien kif ġej: Casa Serena 34 Villa Messina 55 Casa Arkati 10 L-ammont ta flus li ħallas id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' dawn l-aħħar għaxar xhur huwa kif jidher hawn taħt: Care Malta LTD Lm231,148.27 Casa Serena Lm112,698.50

Kunsilli Lokali — Ċentri ta' Matul il-Jum

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li b'xi mod jew ieħor ikkontribwew għall-ftuħ u/jew għadhom jikkontribwixxu għaż-żamma taċ-ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani fil-lokalitajiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba trid tingħata mill-Kunsilli Lokali kollha, din għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata malli din tkun finalizzata.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fid-diversi kunsilli lokali kemm hemm sindki, viċi-sindki u kunsillieri li jokkupaw xi kariga jew huma membri ta' xi organizzazjoni non-governattiva, bħalma huma għaqdiet reliġjużi, soċjali, filantropiċi, eċċ.? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull kunsill u jgħid min huma l-persuni, f'liema għaqda qegħdin u x'kariga jokkupaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba trid tingħata mill-Kunsilli Lokali kollha, din għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata malli din tkun finalizzata.

Santa Venera — Fawran ta' Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa ħalli d-dipartiment tad-drenaġġ isolvi darba għal dejjem il-problema li r-residenti ta' Triq il-Brunżar f'Santa Venera ilhom isofru minnha mis-snin '70 li ma' kull ħalba xita wħud minnhom, u cioe' dawk bejn Triq il-Panacia u Triq in-Nagħal, jispiċċaw bid-drenaġġ ifur fi djarhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Santa Venera — Sistema tad-Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li d-djar tar-residenti fi Triq Antonio Miruzzi, Santa Venera jiġu mqabbda mas-sistema tal-drenaġġ peress li dawn għadhom jisservew bil-fossa? Japprezza li d-dewmien tat-twettiq ta' dan ix-xogħol qed iżomm lill-kuntrattur li ngħata l-kuntratt mid-direttorat tat-toroq għall-bini ta' din it-triq milli jibda x-xogħol tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għajnuna Soċjali — Pensjoni tal-Wens

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-persuni li rċevew il-pensjoni tal-wens? X'ammont ta' flus tħallas mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali kull sena minn mindu ġiet introdotta din il-miżura soċjali f'dan il-pajjiż minn Gvern Nazzjonalista? Kemm hemm benefiċċjarji u x'ammont tħallas s'issa din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Pensjoni tal-Wens ġiet introdotta fis-sena 1992. F'dik is-sena kien hemm 17 l-applikant li ġew imħallsa fl-1993 bl-arretrati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' benefiċjarji u l-ammont imħallas kull sena, sa Ottubru 2004.

Statistika tal-popolazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti statistika ta': a) il-popolazzjoni attwali; b) persuni li għandhom 18-il sena u fuqhom; c) persuni li għandhom 60 sena u fuqhom; u d) persuni li għandhom 75 sena u fuqhom għal dawn il-lokalitajiet separatament: Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tagħrif dwar il-popolazzjoni skond bliet u rħula u skond l-etajiet jinġabar darba kull għaxar snin fiċ-ċensiment tal-popolazzjoni u djar u għalhekk l-aħħar tagħrif li għandna huwa għal Novembru 1995.

Ħamrun — Triq il-Kappillan Mifsud

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx saret xi proposta mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun dwar kif tista' tittaffa' il-problema tat-traffiku fi Triq il-Kappillan Mifsud, fil-Ħamrun u speċifikament f'salib it-toroq ma' Triq Mons. Depiro u Triq Villambrosa? Hemm xi pjanijiet li qegħdin jiġu studjati biex jitwettqu f'dan ir-rigward?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka fir-records tad-Direttorat irriżulta li: 1) Wara laqgħa li saret bejn uffiċċjali tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun f’Ġunju tal-1995 il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva sistema ta’ One Waysignage Road Markings u Zebra Crossing fi’ Triq Villambrosa u Triq Kappillan Mifsud. 2) Fil-20 ta’ Mejju 1997 il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun applika sabiex issiru Traffic Lights fi Triq Kappillan Mifsud c/w Triq Depiro u Triq Kappillan Mifsud c/w Triq Villambrosa. 3) Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, b’ittra bid-data’ 28 ta’ Mejju 1997 irrakomanda li jsiru Mini Roundabouts. Il-Kunsill Lokali kellu jissottometti pjanti f’dan ir-rigward. Sal-lum dawn il-pjanti ma ġewx sottomessi mill-Kunsill Lokali. 4) Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, b’ittra bid-data’ 29 ta’ Ottubru 1998 talab lid-Direttur tat-Toroq biex issir feasibility study għat-Traffic Lights fi Triq Villambrosa j/w Triq Kappillan Mifsud. Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma sab ebda records ta’ dan il-feasibility study. 5) Fl-1 ta’ April 1999 il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva sinjali tat-traffiku u road markings fi Triq Villambrosa wara talba mill-Kunsill Lokali bid-data 10 ta’ Marzu 1999. 6) Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku wara diversi kummenti mill-pubbliku kiteb lill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun għal kummenti tagħhom dwar sistemi tat-traffiku ġo Triq Villambrosa c/w Triq Brighella. 7) Fl-20 ta’ Ottubru 2004 il-Kunsill Lokali talab għall-laqgħa mad-Direttorat għall-Immanniġjar tat-Traffiku biex jiġu diskussi proposti tat-traffic management. Din il-laqgħa saret fit-26 ta’ Ottubru 2004. Ma ġie diskuss xejn relatat mat-toroq imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari. 8) B’email bid-data’ 27 ta’ Ottubru 2004 il-Kunsill Lokali ikkonferma li ma kellu xejn pendenti mad-Direttorat b’riferenza għal kontenut tal-Mistoqsija Parlamentari. Għaldaqstant id-Direttorat m'għandu ebda proposta mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun rigward kif tista' titaffa l-problema tat-traffiku kif imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari u għalhekk mhux qed isir l-ebda studju f’dan ir-rigward.

Anzjani — Home help/care service

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' flus miġbur mill-kontribuzzjoni li jħallsu l-anzjani li jirċievu l-home help/care service għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u minn Jannar sa Settembru 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Statistika tal-popolazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti statistika ta': a) il-popolazzjoni attwali; b) persuni li għandhom 18-il sena u fuqhom; c) persuni li għandhom 60 sena u fuqhom; u d) persuni li għandhom 75 sena u fuqhom separatament għal Malta u għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Statistika tal-popolazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti statistika ta': a) il-popolazzjoni attwali; b) persuni li għandhom 18-il sena u fuqhom; c) persuni li għandhom 60 sena u fuqhom; u d) persuni li għandhom 75 sena u fuqhom għal dawn il-lokalitajiet separatament: Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' kemm hemm persuni (nisa u rġiel) li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq part I u part II tar-reġistru minn dawn il-lokalitajiet: Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

SVPR — Infiq mill-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali tal-gvern fuq ir-residenza San Vincenz de Paule, sena b'sena fis-snin 1986, 1991, 1996, 2001, 2002 u 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-gvern fuq ir-residenza San Vinċenz de Paule, sena b'sena fis-snin mitluba hi kif ġej: SENA Lm 2003 8,134,875 2002 7,956,032 2001 7,698,223 1996 5,772,874 1991 4,424,000 (Budget totali għad-Diparment tal-Kura ta' l-Anzjani) 1986 Fis-sena 1986 il-qasam ta' l-anzjani kien jagħmel parti mill-Ministeru tas-Saħħa u Ambjent u ċ-ċifri speċifiċi m'humiex indikati.

Sigurta' Soċjali — SAF

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni fil-preżent li qegħdin jirċievu l-SAF u x'ammont ta' flus ħallas id-dipartiment tas-sigurta' soċjali s'issa din is-sena f'dan il-benefiċċju soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li preżentament hemm 465 persuna li qed jirċievu l-SAF u l-ammont imħallas għal dan il-benefiċċju din is-sena hu Lm1,249,760.25.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni tal-Wens

Question

Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm persuni li qegħdin jirċievu l-pensjoni tal-wens? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda matul din is-sena? Kemm minnhom ġew approvati, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.