Legislature:
Category:
Reset
Active:

SVPR

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ammessi anzjani - nisa u rġiel - fir-residenza San Vincenz de Paule matul is-sena 2004? Kemm mietu anzjani - nisa u rġiel - fl-istess residenza matul l-istess sena? X'kien in-numru ta' residenti - nisa u rġiel - fil-31 ta' Diċembru 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2004 f'San Vinċenż ġew ammessi 147 raġel u 240 mara, total ta' 387. Matul l-istess sena mietu 175 raġel u 167 mara, total ta' 342. Fil-31 ta' Diċembru 2004 ir-residenti f'San Vinċenz kienu 688 mara u 339 raġel, total ta' 1027.

Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ammessi anzjani - nisa u rġiel - f'kull dar residenzjali tal-gvern - Bormla, Żejtun, Imtarfa, Msida, Mosta, Floriana u Gżira? X'kien in-numru ta' residenti f'kull dar fil-31 ta' Diċembru 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nisa u rġiel li ġew ammessi fid-Djar ta' l-Anzjani tal-Gvern matul 2004 u n-numru ta' residenti f'kull Dar fil-31 ta' Diċembru 2004 huwa kif ġej: Dar Rġiel Nisa Nru. ta' Residenti (fil-31 ta' Diċembru 2004) Bormla 16 32 128 Floriana 6 5 47 Gżira 0 8 31 Mosta 6 11 67 Msida 2 9 64 Mtarfa 7 21 122 Żejtun 10 25 165 Totali 47 111 624

Djar ta' l-Anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ammessi anzjani - nisa u rġiel - taħt l-iskema tal-public private partnership fid-djar privati ta' l-anzjani - Villa Messina, Casa Arkati u Casa Serena matul is-sena 2004? X'kien in-numru ta' residenti f'kull waħda minn dawn id-djar fil-31 ta' Diċembru 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nisa u rġiel li ġew ammessi taħt l-iskema tal-public private partnership matul l-2004 u n-numru ta' residenti f'dawn id-Djar fil-31 ta' Diċembru 2004 huwa kif ġej: Dar Rġiel Nisa Nru. ta' Residenti (fil-31 ta' Diċembru 2004) Casa Arkati 0 5 10 Casa Serena 3 6 33 Villa Messina 6 9 55 Total 9 20 98

Dipartiment ta' l-Anzjani — Care Malta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament għas-servizz li ngħataw anzjani residenti f'dawn id-djar taħt l-iskema tal-public private partnership matul is-sena 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas li sar matul is-sena 2004 lil Care Malta Ltd. u Casa Serena kien kif ġej: Care Malta Ltd. Lm274,885.02 Casa Serena Lm143,954.95 Dawn il-pagamenti kienu jkopru minn Ottubru 2003 sa Ottubru 2004.

Djar ta' l-Anzjani — Waiting List

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-waiting list ta' anzjani - nisa u rġiel - fil-31 ta' Diċembru 2004, li qegħdin jistennew biex jidħlu f'San Vincenz de Paule u fi djar residenzjali tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta' Diċembru 2004 applikazzjonijiet għad-dħul ta' anzjani kienet kif ġej: Irġiel Nisa Total Djar Residenzjali tal-Gvern 238 784 1022 San Vinċenz de Paul 236 486 722

Anzjani — Kontribuzzjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-bidu ta' din is-sena sat-30 ta' Novembru 2004 mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani f'San Vincenz de Paule, fi djar residenzjali tal-gvern, fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership; f'home help/care service u f'fondi oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment ta' l-Anzjani — Care Malta Ltd

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Novembru 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Intrerpellant li l-ammont ta' flus li ħallas id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita` dawn l-aħħar ħdax-il xahar huwa kif ġej: CARE MALTA LTD LM274,885.02 CASA SERENA LM134,797.00

Anzjani — Public Private Partnership

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani residenti (nisa u rġiel) fit-30 ta' Novembru 2004 f'San Vincenz de Paule, fi djar residenzjali tal-gvern u fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-30 ta' Novembru 2004 in-numru ta' residenti (nisa u rġiel) f' San Vinċenz de Paul, fid-djar residenzjali tal-gvern u fid-djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership kien hekk: Rġiel Nisa Total San Vinċenz de Paul 341 680 1021 Djar tal-Gvern 152 473 625 Public Private Partership 24 74 98

Ħamrun — Triq it-Tramm

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol biex tiġi rranġata Triq it-Tramm, il-Ħamrun, jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali, u jekk fl-affermattiv jistax jgħid meta x-xogħol fuq din it-triq ser jinbeda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija taqa’ taħt ir-responsabbilta tal-Gvern Ċentrali. Infatti, it-tender għall-bini ta' din it-triq ħareġ aktar kmieni din is-sena u ġie aġġudikat fil-ġranet li għaddew. Bħalissa qed issir il-koordinazzjoni neċessarja qabel ikun jista' jibda x-xogħol.

Ħamrun — Triq Ġdida fi Triq Villambrosa

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol biex tiġi rranġata Triq Ġdida fi Triq Villambrosa, il-Ħamrun, li tibda minn Triq Villambrosa u tispiċċa fi Triq il-Liċeo?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Valletta — Customer Care Service

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp dwar il-post li kellu jiffunzjona bħala customer care centre fil-Belt Valletta u tteħditx deċiżjoni finali f'dan ir-rigward?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li deċiżjoni finali rigward il-Customer Care Centre għadha ma' tteħditx.

Public Private Partnership Scheme — Dar għall-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx magħżula xi dar privata ta' l-anzjani oħra biex tagħti servizz taħt il-public private partnership scheme wara li l-bord ta' l-għażla kien iffinalizza r-rapport tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

S'issa l-għażla għadha ma saritx.

Home/Help Care

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' households li qegħdin preżentament jirċievu s-servizz tal-home/help care? Minn dan in-numru kemm hemm households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz? Kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jirċievu dan is-servizz? Kemm hemm persuni li preżentament qed jistennew dan is-servizz?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' households li preżentament qed jirċievu s-servizz tal-Home Help huwa ta' 2347. Minn dawn hemm 572 households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qegħdin jibbenefikaw minn dan is-servizz u 104 li huma persuni b'diżabilita'. 24 household ġew approvati mill-Bord u mistennija jibdew jirċievu s-servizz filwaqt li 40 applikazzjoni qegħdin jiġu pproċessati.

SVPR — Customer Care Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ġodda dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-customer care unit f'San Vincenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Customer Care Unit f'San Vinċenz de Paule bħalissa qed ikun miftuħ nhar ta' Tnejn filgħodu u nhar ta' Erbgħa wara nofsinhar.

Santa Venera — Fawran ta' Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa ħalli d-dipartiment tad-drenaġġ isolvi darba għal dejjem il-problema li r-residenti ta' Triq il-Brunżar f'Santa Venera ilhom isofru minnha mis-snin '70 li ma' kull ħalba xita wħud minnhom, u cioe' dawk bejn Triq il-Panacia u Triq in-Nagħal, jispiċċaw bid-drenaġġ ifur fi djarhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-problema ġejja mill-fatt li l-inħawi huma f'livell baxx u l-ilma tax-xita m'għandux sbokk ieħor ħlief li jmur fid-drenaġġ. Diġa nbidlu erba' metri ta' sewer mains f'attentat biex tittaffa din il-problema. Sadanittant qed isir survey ieħor permezz ta' CCTV biex inkunu nistgħu naraw l-effett ta' dan ix-xogħol u jekk hemmx bżonn jinbidlu iktar tul ta' mains.

Santa Venera — Sistema tad-Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li d-djar tar-residenti fi Triq Antonio Miruzzi, Santa Venera jiġu mqabbda mas-sistema tal-drenaġġ peress li dawn għadhom jisservew bil-fossa? Japprezza li d-dewmien tat-twettiq ta' dan ix-xogħol qed iżomm lill-kuntrattur li ngħata l-kuntratt mid-direttorat tat-toroq għall-bini ta' din it-triq milli jibda x-xogħol tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa ħarġet it-tender biex isir ix-xogħol imsemmi. Din it-tender għalqet fid-19/11/04 u l-kuntrattur jitqabbad biex jagħmel ix-xogħol meta jkun finaliżżat il-proċess ta' l-għażla.

Stabbilimenti kummerċjali — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali liċenzjati fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Floriana, Valletta, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop mill-1999 'il hawn, sena b'sena, u x'kien il-ġeneru ta' negozju liċenzjat?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Anzjani — Tilqim konra l-influwenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li din is-sena wieġbu għas-sejħa ta' l-Immunisation Unit biex isir tilqim kontra l-influwenza lill-anzjani 'il fuq minn 65 sena fil-lokalita' tagħhom? Min huma l-kunsilli li taw dan is-servizz u kemm-il tilqima ngħatat f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid: i) liema huma l-ġranet u l-ħinijiet li matulhom qed jiftħu l-bereġ tal-Ħamrun, Sta. Venera, Valletta, Pieta'/Gwardamangia, Marsa, Qormi, Luqa u Kirkop? ii) x'servizzi jingħataw f'dawn il-bereġ? iii) x'kienet l-attendenza f'dawn il-bereġ sena b'sena mill-1999 'il hawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Rapporti dwar reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' reati kriminali rappurtati lill-pulizija, sena b'sena, mill-1999 'il hawn fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Marsa, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop u x'kienu dawn ir-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.