Jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-kunsilli lokali kollha f'Malta u Għawdex li tinkorpora fiha l-indirizzi, it-telefon, il-fax u l-e-mail address tagħhom, kif ukoll l-ismijiet tas-sindki u s-segretarji esekuttivi?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Direttorat tal-liċenzji — Ħlas lill-kunsilli lokali
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali attwali li d-direttorat tal-liċenzji għandu jagħti lill-kunsilli lokali? Minn kemm ilha dovuta din is-somma? Meta hemm il-ħsieb li dawn il-pagamenti jitħallsu lill-kunsilli lokali u kemm lokalita' b'lokalita, għandhom jieħdu?
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport aġġornatx l-informazzjoni tagħha dwar toroq li għad iridu jsiru madwar Malta kollha u jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dan l-aġġornament fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret konsultazzjoni mall-Kunsilli Lokali f’dan ir-rigward. Bħalissa qed isiru spezzjonijiet fuq it-toroq li ġew indikati biex tiġi vverifikata l-informazzjoni mibgħuta u jsiru stejjem preliminari tat-toroq kollha.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proġetti ta' bini ta' toroq ġodda u anke bini mill-ġdid ta' toroq li kienu qed jitħejjew mill-periti u uffiċjali tekniċi ta' l-awtorita' dwar it-trasport taħt l-assistenza tal-konsulenti Ġermaniżi tlestewx u jekk fl-affermattiv, jistax ipoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Jista' il-Ministru jgħid il-prioritajiet tat-toroq lokali, lokalita' b'lokalita, tlestewx mid-direttorat tat-toroq u jekk fl-affermattiv, jistax ipoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq nirreferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsiaj parlamentari numru 12217.
Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Marzu 2005 kemm kien hemm:
a) anzjani li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz tat-
telecare
u kemm minnhom kienu eżenti mill-ħlas tal-kera tiegħu;
b) persuni bi bżonnijiet speċjali li kienu qed jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li
a) Hemm 8816 anzjani li qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare u minn dawn hemm 2456 anzjani li huma eżentati mill-ħlas tal-kera tiegħu.
b) Hemm 250 persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li għamlu użu mis-servizz tal-handyman fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena 124 anzjan u 3 persuni bi bżonnijiet speċjali għamlu użu mis-servizz tal-handyman.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' households li fil-31 ta' Marzu 2005 kienu qed jirċievu s-servizz tal-home/help care? Minn dan in-numru kemm hemm households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz? Kemm hemm minnhom li huma persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' households fil-31 ta' Marzu 2005 li kienu qed jirċievu s-servizz tal-Home Help Service huwa 2342.
Minn dan in-numru hemm 633 household li fihom hemm aktar minn persuna waħda. 213 huma persuni bi bżonnijiet speċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani residenti, irġiel u nisa, fil-31 ta' Marzu 2005 f'San Vincenz de Paule, fi djar residenzjali tal-gvern u fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani residenti fid-djar residenzjali fil-31 ta' Marzu 2005 kien kif ġej:
Djar Residenzjali
Irġiel
Nisa
Furjana
17
30
Msida
10
53
Gżira
2
29
Mosta
22
46
Imtarfa
34
89
Żejtun
31
132
Bormla
33
92
In-numru ta' residenti fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule fil-31 ta' Marzu 2005 kienu 333 irġiel u 687 nisa.
In-numru ta' anzjani residenti fid-djar oħra taħt l-iskema tal-Public Private Partnership fil-31 ta' Marzu 2005 kien kif ġej:
Djar Residenzjali
Irġiel
Nisa
Villa Messina
13
40
Casa Arkati
2
8
Casa Serena
7
26
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati bħala part-time social assistants fil-31 ta' Marzu 2005? Kemm hemm minnhom li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom fil-komunita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta' Marzu 2005 kien hemm 552 impjegati bħala Part-Time Social Assistants. Minn dawn 303 qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-komunita'.
Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Marzu 2005 kemm kien hemm irġiel u nisa anzjani residenti fid-djar residenzjali tal-Furjana, l-Imsida, il-Gżira, il-Mosta, l-Imtarfa, iż-Żejtun u Bormla?
Kemm kien hemm anzjani residenti fl-istess data f'Villa Messina, Casa Arkati u Casa Serena taħt l-iskema tal-public private partnership?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani residenti fid-djar residenzjali fil-31 ta' Marzu 2005 kien kif ġej:
Djar Residenzjali
Irġiel
Nisa
Furjana
17
30
Msida
10
53
Gżira
2
29
Mosta
22
46
Imtarfa
34
89
Żejtun
31
132
Bormla
33
92
In-numru ta' anzjani residenti fid-djar oħra taħt l-iskema tal-Public Private Partnership fil-31 ta' Marzu 2005 kien kif ġej:
Djar Residenzjali
Numru ta' Anzjani
Villa Messina
53
Casa Arkati
10
Casa Serena
33
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li fl-aħħar tas-sena 2004 kienu qed jirċievu: a) il-pensjoni tal-wens; u b) l-SAF?
X'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment tas-sigurta' soċjali fuq dawn iż-żewġ benefiċċji soċjali rispettivament matul is-sena 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li skond l-istatistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, n-numru ta' persuni li matul l-2004 kienu qed jirċievu l-Ghajnuna tal-Wens kien 282 n-numru ta' dawk li kienu qed jirċievu l-Għajnuna ta' l-SAF kien ta' 535. L-ammonti mħallsa kienu Lm439,476 u Lm628,136 rispettivament.
B'referenza għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 8161 f'Seduta Nru. 176 ninsab infurmata li n-numru ta' benefiċjarji li kienu qed jirċievu l-Għajnuna ta' l-SAF fl-aħħar ta' Settembru 2004 kellu jaqra 519 u l-ammont imħallas sa dik id-data kellu jaqra Lm453,602.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni rikoverati fl-isptar San Luqa li qegħdin jistennew biex jiġu ammessi f'San Vincenz de Paule jew f'xi dar residenzjali tal-gvern? Kollha għandhom l-applikazzjoni meħtieġa għad-dħul diġa' mimlija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Illum hemm 61 persuna rikoverati fl-Isptar San Luqa li qegħdin jistennew biex jiġu ammessi f’San Vinċenz de Paule jew f’xi dar residenzjali tal-gvern.
Minn dawn 56 għandhom l-applikazzjoni meħtieġa waqt li fil-każ tal-ħamsa l-oħra l-applikazzjoni għadha pendenti.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' social cases fl-isptar San Luqa fil-31 ta' Jannar ta' kull sena għall-perjodu 2000-2005? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel f'kull sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat d-Data Management Unit fl-Isptar San Luqa għandu informazzjoni dwar in-numru ta’ social cases li kienu fl-isptar San Luqa għas-sena 2004 u għall-perjodu ta’ Jannar ta’ Jannar 2005.
It-tabella hawn taħt tagħti is-social cases li kienu irreġistrati fuq il-Patient Administration System (PAS) mill-ward staff.
Sena
Nru ta’
social cases
irreġistrati fil-Pas
Nru ta’
social cases
irreġistrati fil-Pas
Total
Irġiel
Nisa
2004*
107
167
274
2005* (Jannar)
18
48
66
*Dawn in-numri jirreferu għas-social cases li kienu fl-isptar għal xi żmien f’dan il-perjodu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni rikoverati fl-isptar Monte Carmeli li għandhom applikazzjoni pendenti għal dħul fir-residenza San Vincenz de Paule jew f'xi dar residenzjali tal-gvern? Kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Monte Carmeli hemm 22 persuna li għandhom applikazzjoni pendenti għal dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paule. 9 huma rġiel u 13 huma nisa.
Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni kemm ġew ammessi anzjani għall-kura fl-isptar Zammit Clapp matul is-snin 2000-2004, sena b'sena, mill-komunita'; mill-isptar San Luqa; minn San Vincenz de Paule; mid-djar residenzjali tal-gvern u minn istituzzjonijiet oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
2000
2001
2002
2003
2004
Community
405
363
342
355
361
St. Luke's Hospital
516
523
488
456
518
St. Vincent De Paule
0
0
0
0
0
Boffa Hospital
2
3
0
2
1
Mt. Carmel Hospital
1
0
0
0
1
Gozo General Hospital
1
1
0
0
1
Private Hospitals
30
22
28
36
16
Goverment Homes
13
22
10
12
12
Church Homes
21
36
40
36
35
Private Homes
21
32
28
18
25
Total
1010
1002
936
915
970
Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' anzjani - nisa u rġiel - li ġew ammessi għall-kura fl-isptar Zammit Clapp matul l-2000-2004, sena b'sena? X'kien in-numru ta' anzjani li attendew id-day clinics matul l-istess perjodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li ġew ammessi għall-kura fl-Isptar Żammit Clapp matul l-2000-2004 hu kif ġej:
Sena
2000
2001
2002
2003
2004
Irġiel
365
353
327
319
330
Nisa
645
649
609
596
640
Total
1010
1002
936
915
970
In-numru ta’ anzjani li attendew id-day clinics matul l-istess perjodu kien kif ġej:
Sena
2000
2001
2002
2003
2004
Attendenza fid-
day clinics
6880
6749
6382
6601
7159
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm residenti li huma indipendenti, semi-indipendenti u dipendenti f'kull dar ta' l-anzjani tal-gvern, i.e. Floriana, Imsida, Mosta, Gżira, Imtarfa, Bormla u Żejtun?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ residenti indipendenti, semi-indipendenti u dipendenti fid-Djar ta’ l-Anzjani hu kif ġej:
Dar
Indipendenti
Semi-Indipendenti
Dipendenti
Total
Gzira
28
3
xejn
31
Msida
29
25
8
62
Mosta
24
24
16
64
Floriana
30
12
4
46
Mtarfa
20
43
60
123
Żejtun
60
80
25
165
Bormla
94
26
9
129
Total
285
213
122
620
Jista' il-Minsitru jgħid kemm kien l-ammont totali li l-korporazzjoni Enemalta u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma kellhom idaħħlu mill-klijenti (industriji, lukandi, ħwienet, dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali, djar privati, eċċ) qabel ma bdiet il-kampanja biex jitħallsu l-kontijiet pendenti sa l-aħħar ta' Novembru li għadda u x'kien l-ammont li nġabar tul din il-kampanja? X'inhuma issa l-passi li mistennija jieħdu l-korporazzjoni Enemalta u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex jiġbru l-flus pendenti li baqgħalhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.