Legislature:
Category:
Reset
Active:

SVPR — Anzjani residenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum kemm ġew ammessi anzjani (nisa u rġiel) fir-residenza San Vincenz de Paule: a) mill-komunita'; b) mill-isptar San Luqa; c) mid-djar residenzjali tal-gvern; d) minn istituzzjonijiet oħra, e.g. l-isptar Zammit Clapp u l-isptar Monte Carmeli, etc.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paul ġew ammessi 171 anzjani kif spjegat fit-tabella: Nisa Irġiel Komunita' 46 36 Sptar San Luqa 29 35 Djar ta' l-Anzjani - - Istituzzjonijiet Oħra 19 6 Total 94 77

Anzjani residenti fi djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Mejju 2005, kemm kien hemm residenti anzjani (nisa u rġiel): a) f'San Vincenz de Paule; b) f'kull dar residenzjali tal-gvern; c) f'Villa Messina, Casa Arkati u Casa Serena taħt il-public private partnership scheme?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta' Mejju 2005 kien hemm dawn ir-residenti kif spjegat hawn taħt: Irġiel Nisa Total San Vinċenz de Paul 330 680 1010 Dar ta' l-Anzjani Floriana 17 30 47 Dar ta' l-Anzjani Gzira 2 29 31 Dar ta' l-Anzjani Mosta 22 46 68 Dar ta' l-Anzjani Msida 11 52 63 Dar ta' l-Anzjani Mtarfa 32 88 120 Dar ta' l-Anzjani Żejtun 33 132 165 Dar ta' l-Anzjani Bormla 32 96 128 Casa Arkati 2 8 10 Villa Messina 14 37 51 Casa Serena 7 26 33

Flus miġbura minn kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani

Question

Tista' il-Ministru tgħid matul il-perijodu Jannar-Mejju 2005, kemm inġabru flus mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani: a) f'San Vincenz de Paule; b) minn kull dar residenzjali tal-gvern; c) mill-anzjani residenti fi djar privati taħt il-public private partnership scheme?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assistenti soċjali każwali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' part-time social assistants li qegħdin jaħdmu fil-preżent u kemm minnhom qegħdin jaħdmu fil-komunita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Part Time Social Assistants huwa 533. Dawn qiegħdin mqassmin kif ġej hawn taħt. Post tax-xogħol Ammont Komunita' 335 Day Centres 59 Homes 57 Kunsill ta' l-Anzjani 1 Telecare 2 SVPR 32 ATC 10 Dipartiment ta' l-Anzjani 22 Handyman 2 Entitajiet Oħra 13 Total 533

Kunsilli lokali — Sindki, viċi sindki u kunsilliera

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8875 li kienet titlob biex jgħid fid-diversi kunsilli lokali kemm hemm sindki, viċi sindki u kunsilliera li jokkupaw xi kariga jew huma membri ta' xi organizzazzjoni non-governattiva, bħalma huma għaqdiet reliġjużi, soċjali, filantropiċi, eċċ.? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull kunsill u jgħid min huma l-persuni, f'liema għaqda qegħdin u x'kariga jokkupaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kunsilli lokali — Ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8874 u jagħti informazzjoni dwar liema huma dawk il-kunsilli lokali li b'xi mod jew ieħor ikkontribwew għall-ftuħ u/jew għadhom jikkontribwixxu għaż-żamma taċ-ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani fil-lokalitajiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8874, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' Kunsilli Lokali li b'xi mod ikkontribwew u/jew għadhom jikkontribwixxu għaż-żamma taċ-ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani fil-lokalitjiet tagħhom.

Aġenziji tal-gvern — Support line

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk l-aġenziji tal-gvern li għandhom is-servizz ta' xi support line? Minn meta bdew dan is-servizz u għalxiex? X'kien l-ammont ta' telefonati li kellhom, sena b'sena mill-2001 'l hawn, u kif dawn it-telefonati kienu mqassma, eżempju, vjolenza domestika, abbuż tat-tfal, eċċ., eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli bl-informazzjoni mitluba f'Mistoqsija Parlamentari Numru 12858.

SVPR

Question

Jista' il-Ministru jgħid fir-residenza San Vincenz de Paule fil-preżent kemm hemm koppji miżżewġin li qegħdin jgħixu flimkien f'appartamenti? Kemm hemm koppji miżżewġa li diġa' qegħdin residenti iżda għadhom mhumiex jgħixu flimkien? Kemm hemm koppji miżżewġa fuq il-waiting list biex jidħlu f'San Vincenz?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 23 koppja miżżewġin li qegħdin jgħixu flimkien f'appartament f'San Vinċenz de Paul. Ma jinżammux records ra' koppji residenti f'San Vinċenz li qegħdin fi swali differenti. Dawn jagħmlu talba fuq bażi personali meta jkunu jridu jiġu trasferiti biex joqogħdu f'appartament wieħed. Fil-preżent hemm 43 koppja fuq il-waiting list biex jidħlu f'San Vinċenz.

Aġenziji tal-gvern — Support line

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk l-aġenziji tal-gvern li għandhom is-servizz ta' xi support line? Minn meta bdew dan is-servizz u għalxiex? X'kien l-ammont ta' telefonati li kellhom, sena b'sena mill-2001 'l hawn, u kif dawn it-telefonati kienu mqassma, eżempju, vjolenza domestika, abbuż tat-tfal, eċċ., eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Junior college — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti, sena b'sena, li attendew il-junior college mis-sena 2001 'l hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti li attendew il-Junior College mis-sena 2001 kienu hekk:- Sena L-ewwel sena It-tieni sena Total 2000-2001 1385 1128 2513 2001-2002 1503 1117 2620 2002-2003 1643 1185 2828 2003-2004 1657 1388 3045 2004-2005 1689 1473 3162

SVPR — Residenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Mejju 2005 fir-residenza San Vincenz de Paule x'kien: a) in-numru ta' nisa residenti u n-numru ta' irġiel residenti; b) in-numru ta' residenti minn kull lokalita' ta' Malta, lokalita' b'lokalita'; c) in-numru ta' anzjani fuq il-waiting list għal kull lokalita' ta' Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Universita' — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti, sena b'sena, li attendew l-Universita' mis-sena 2001 'il hawn u għal liema kors daħlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser ngħaddi kopja lill-Onor. Membru bit-tagħrif dwar in-numru ta' studenti li kienu jattendu l-Universita' kors b'kors, sena b'sena, mis-sena 2001 sa llum.

SVPR — Jum l-Omm

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena għall-okkażjoni ta' Jum l-Omm kienx hemm kunsilli lokali li għamlu t-talba tagħhom lill-awtoritajiet konċernati biex ikunu jistgħu jżuru l-ommijiet mil-lokalita' tagħhom residenti fil-kumpless San Vincenz de Paule? Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawk il-kunsilli lokali li għamlu t-talba tagħhom, hux il-kunsilli lokali kollha ngħataw l-informazzjoni li talbu u jekk kienx hemm kunsilli lokali li ma ngħatawx il-permess jew l-informazzjoni mitluba u għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali li għamlu talba għal informazzjoni dwar residenti fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule biex ikunu jistgħu jagħmlu żjarat fl-okkażjoni ta' Jum l-Omm kienu dawk ta' Ħal Tarxien u ż-Żejtun. L-informazzjoni ingħatat fid-dawl ta' dak li jippermetti l-Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Gwardjani lokali — Kontravenzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mindu bdew il-gwardjani lokali, sena b'sena, x'kien it-total ta' kontravenzjonijiet maħruġa minnhom u x'kien it-tip tal-kontravenzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Sta. Venera — Żbroff ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex ma jibqax joskula drenaġġ fil-kwartier ta' Sta. Venera boy scouts u fi djar f'Misraħ Sta. Venera u jekk ittieħdu passi, x'kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sar tindif fil-mains u manutenzjoni fil-manholes fl-area.

Sta. Venera — Liċenzji tan-negozju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma l-postijiet ta' negozju liċenzjati f'Sta. Venera u x-xorta ta' kull negozju?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-postijiet ta' negozju li huma liċenzjati mid-Direttorat għas-Servizzi tal-Kummerċ f'Sta. Venera huma mitejn u disa' u sebgħin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista fejn tindika kull xorta ta' negozju li hawn ġo Sta. Venera.

Skola San Franġisk t'Assisi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern illum għar-rigward ta' l-iskola San Franġisk t'Assisi (ex Umberto Colosso)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ser tkompli tuża l-iskola San Franġisk t'Assisi bħala skola għas-snin li ġejjin. Ta' min isemmi li f'dawn l-aħħar tlett snin sar investiment ta' madwar Lm400,000 f'din l-iskola biex tkun immodernizzata għal skola b'ambjent fiżiku aħjar. Saru wkoll laboratorji tax-xjenza, tat-teknoloġija u ta' l-ikel (Food Lab) kif ukoll 'sub-station'.

Dipartiment tal-kura primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid skond l-istatistika li jżomm id-dipartiment tal-kura primarja x'kien in-numru ta' persuni li attendew il-bereġ tal-gvern fid-distretti, sena b'sena, mill-2001 sa l-2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttorat tal-liċenzji — Ħlas lill-kunsilli lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali attwali li d-direttorat tal-liċenzji għandu jagħti lill-kunsilli lokali? Minn kemm ilha dovuta din is-somma? Meta hemm il-ħsieb li dawn il-pagamenti jitħallsu lill-kunsilli lokali u kemm lokalita' b'lokalita, għandhom jieħdu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Mid-domanda magħmula mill-Onorevoli Interpellant, naħseb li qed jirreferi għal flus li jiġbor d-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet f’isem il-Kunsilli Lokali bħala ħlas ta’ ċitazzjonijiet magħmula fil-lokalitajiet ta’ dawn il-Kunsilli. Nixtieq ninfurma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ dwar it-Trasport, li minnha jifforma parti d-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet, diġa’għaddiet il-flus miġbura lit-Teżor sabiex jitħallsu s-sommom dovuti sa’ l-aħħar ta’ Marzu 2005. Jien infurmat li l-Kunsilli diġa’ rċevew il-pagamenti kollha dovuti sa’ l-aħħar ta’ Jannar 2005 u dalwaqt isir il-ħlas tal-pagamenti li jkopru Frar u Marzu 2005. Fil-ġranet li ġejjin l-Awtorita’ se tkun f’pożizzjoni biex tgħaddi flus lit-Teżor ta’ l-ammont miġbur matul April 2005. Dan għandu jsir mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Mejju 2005.