Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm anzjani, taħt l-iskema public private partnership imnedija mill-Gvern Nazzjonalista, ġew ammessi fi djar privati ta' l-anzjani matul is-sena 2002 u s-sena 2003 rispettivament? X'kien in-numru attwali ta' anzjani residenti taħt din l-iskema fil-31 ta' Diċembru 2002 u fil-31 ta' Diċembru 2003? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm anzjani ġew ammessi fid-djar residenzjali tal-gvern matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003, sena b'sena? X'kien in-numru attwali ta' residenti fl-aħħar ġurnata ta' kull sena msemmija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm anzjani ġew ammessi fir-residenza San Vinċenz de Paule matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003, sena b'sena? X'kien in-numru attwali ta' residenti fl-aħħar ġurnata ta' kull sena msemmija? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim bejn l-awtorita' Maltija tat-trasport u l-kunsill lokali tal-Ħamrun biex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet meħtieġa fit-toroq tal-Ħamrun? Jekk dan il-ftehim għadu ma ntlaħaqx, jista' jara kif il-lokalita' tal-Ħamrun tista' mill-aktar fis possibbli jkollha dan il-ftehim biex aktar toroq fil-Ħamrun jiġu rranġati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport kellha approvazzjoni biex tagħmel 20 ftehim ta' din ix-xorta fit-2003, u dawn kollha saru kif ipprogramat. Kuntratti oħra jkunu jistgħu jsiru aktar 'l quddiem wara li l-Awtorita' tlesti l-evalwazzjoni ta' l-iskema preżenti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu stallati traffic lights f'salib it-toroq bejn Triq il-Kappillan Mifsud u Triq Villambrosa, fil-Ħamrun ħdejn il-kunvent San Franġisk? Jekk fl-affermattiv, meta se jitwaħħlu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ftit snin kienu saru studji biex tiġi kkunsidrata x'tip ta' traffic management jista jsir fil-lokalita' msemmija u rriżulta illi l-ispazju limitat li hemm f'dan il-junction ma jippermettix li ssir installazjoni ta' sistema li taħdem bi traffic lights.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex fir-residenza San Vinċenz de Paule ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq phase II tal-proġett tal-bini tas-swali l-ġodda flok is-swali l-qorma 1, 2, 3, u 4, Irġiel u Nisa, issa ilu wieqaf kompletament minn Awissu tas-sena l-oħra? Meta hu previst li dan ix-xogħol jerġa' jitkompla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Grazzi għall-ħidma tal-Onor. Interpellant fil-leġislatura preċedenti l-ewwel fażi tal-proġett tal-bini tal-blokki l-ġodda flok is-swali qodma 1, 2, 3, u 4, ta’ l-irġiel u n-nisa, li kien jirrigwarda s-swali ta’ l-irġiel, tlesta u ġie inawgurat f’Ottubru 2003. Ninsab infurmat li x-xogħol fuq it-tieni fażi, li tirrigwarda s-swali qodma tan-nisa u r-restawr tal-kappella, mistenni jitkompla f’qasir żmien.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara x'jista' isir biex il-kappella fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule li suppost kellha terġa' tinfetaħ għall-użu ta' l-anzjani ma' l-inawgurazzjoni tal-phase I tal-proġett tal-bini tas-swali ġodda li saret f'Ottubru li għadda, terġa' tkun użabbli mill-anzjani mill-aktar fis possibbli billi issa ilha magħluqa minn Marzu tas-sena 2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-restawr tal-kappella fir-residenza San Vinċenz de Paule hu parti mill-proġett kollu tal-bini tal-blokki l-ġodda flok is-swali qodma 1,2,3, u 4, ta’ l-irġiel u n-nisa, li hu maqsum f’żewġ fażijiet u li l-ewwel fażi tiegħu hi lesta. Dan ir-restawr mistenni jsir bħala parti mit-tieni fażi tal-proġett kif kien previst.
Sadanittant is-servizzi rekuġjużi qed jiġu provduti f’parti oħra ta’ l-istess Residenza.
Dipartiment tas-sigurta' soċjali — Flus mgħoddija lill-welfare committee
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus id-dipartiment tas-sigurta' soċjali, mill-kontribuzzjonijiet li ġabar mingħand l-anzjani, għadda lill-welfare committee kull sena mis-sena 2000 'il hawn - jiġifieri fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ammonti ta’ flus li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali għadda lill-Welfare Committee mill-kontribuzzjonijiet li ġabar mingħand l-anzjani huma hekk:
Sena Lm
2000 1,882,004
2001 2,108,932
2002 1,950,000
2003 2,213,555
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-formazzjoni tal-welfare committee għas-sena 2004 u jgħid jekk il-funzjoni ta' dan il-kumitat hijiex se tkun l-istess bħal welfare committees tas-snin l-imgħoddija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nbidel xejn mill-funzjonijiet li kellu l-Welfare Committee fis-snin passati, iżda dan il-kumitat issa jrid jiffunzjona fil-kuntest spjegat fid-diskors tal-budget, għal liema raġuni qed jitressqu xi emendi għall-liġi dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Dan il-kumitat ġie rikostitwit b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2004, kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi riċentement ingħatat l-informazzjoni li ġie ffurmat kumitat ġdid fir-residenza San Vinċenz de Paule imsejjaħ Hospital management committee, jista' il-Ministru jagħti l-kompożizzjoni ta' dan il-kumitat u l-funzjoni li għandu dan il-kumitat f'din ir-residenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Management Committee għar-Residenza San Vinċenz de Paule twaqqaf biex jissorvelja t-tmexxija ġenerali ta’ kuljum tar-Residenza inkluż il-kwalita’ ta’ kura li tingħata.
Dan il-kumitat hu kompost minn rappreżentanti mir-Residenza, mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’ u mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali. Iċ-Chairman ta’ dan il-kumitat hu d-Direttur ta’ l-imsemmi Dipartiment.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' ma kienx f'pożizzjoni li matul is-sena kollha li għaddiet jibgħat P/T Social Assistants relievers biex jagħmlu x-xogħol ta' dawk il-P/T Social Assistants li jkunu fuq vacation jew sick leave? Jista' il-Ministru jara li ma jkunx hemm dewmien aktar f'dan ir-rigward għaliex qiegħed ikun ta' dannu u ta' tbatija kbira għal ħafna anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dan ix-xahar ser jibdew l-intervisti għar-reklutaġġ ta’ part-time social assistants biex ikunu jistgħu jiġu rimpjazzati dawk li jkunu bil-leave jew sick leave.