Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħruġ ta' Passaporti Maltin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma l-Parlament kemm ħarġu passaporti Maltin għas-snin 2004, 2005 u sat-30 ta' Ġunju 2006? Jista' jinforma lill-Kamra sena b'sena kemm minn dawn ħarġu mill-uffiċċju tal-passaporti f'Malta u kemm minn ambaxxati barra minn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu s-segwenti:- Sena Malta Għawdex Ambaxxati 2004 38,169 2,717 3,952 2005 34,635 2,609 3,261 2006* 15,027 1,023 1,583 *sat-30 ta' Ġunju. Minn nofs is-sena 2004, il-passaporti li l-applikazzjoni tagħhom saret fl-ambaxxati Maltin ġew kollha proċessati u maħruġa mill-Uffiċċju tal-Passaporti f'Malta.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali kull sena mill-2000 'il hawn? Minn liema lokalitajiet kienu? Kemm-il applikazzjoni ġiet allokata akkomodazzjoni kull sena u minn liema lokalita' kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar ta' l-anzjani — Part-time social assistants

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm part-time social assistants fid-djar residenzjali ta' l-anzjani tal-Furjana, l-Imsida, il-Gżira, il-Mosta u l-Imtarfa? Kemm hemm part-time social assistants f'San Vincenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-djar residenzjali msemmija hemm dawn il-Part Time Social Assistants Dar ta' l-Anzjani PTSAs Gżira 8 Mosta 9 Msida 15 Mtarfa 15 Floriana 10 Fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paul hemm 32 Part Time Social Assistants.

Assenteiżmu fl-iskola ta' Sta Venera

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel primarji A u B ta' Sta Venera, sena b'sena mill-2000 'il hawn? Ittieħdet azzjoni legali skond l-att dwar l-edukazzjoni kontra ġenituri li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola, jew kien hemm każi li ġew mistħarrġa minn social workers?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm persuni (nisa u rġiel) li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq Part I u Part II tar-reġistru fl-aħħar ta' Ġunju, 2005 f'dawn il-lokalitajiet: Ħamrun, Sta Venera, Valletta, Floriana, Marsa, Pieta'/G'Mangia, Qormi, Luqa u Kirkop?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Servizz tal-home/help care

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' householda li fit-30 ta' Ġunju, 2005 kienu qed jirċievu s-servizz tal-hom/help care? Minn dan in-numru, kemm hemm households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz? Kemm hemm minnhom li huma persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' households fit-30 ta' Ġunju 2005 li kienu qed jirċievu s-servizz tal-Home Help Service huwa 2,309. Minn dan in-numru hemm 630 households li fihom hemm aktar minn persuna waħda. 213 huma persuni bi bżonnijiet speċjali.

Anzjani fi djar privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diġa' għaddiet nofs is-sena u n-numru ta' anzjani residenti fi djar privati taħt l-iskema tal-private public partnership ma żdiedx mill-aħħar tas-sena l-oħra, u dan kontra dak li kien indikat li kellu jsir matul din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant mill-bidu tas-sena sal-lum fid-djar privati taħt l-iskema tal-Private Public Partnership daħlu 13 -il anzjan. Bħalissa għaddej il-proċess biex jidħlu aktar anzjani.

Welfare committee

Question

Tista' il-Ministru tgħid kif kien kompost il-welfare committee għas-sena 2004 u kemm-il darba ltaqa' matul dik is-sena? Tista' tagħti l-formazzjoni tal-welfare committee għas-sena 2005 u kemm-il darba ltaqa' s'issa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Aktar kmieni dis-sena, r-responsabbilta` għall- Welfare Committee għaddiet taħt il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita`. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dipartiment ta' l-anzjani — Care Malta Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u kura fil-komunita' lil Care Malta Ltd. għas-servizz li ngħataw residenti f'Villa Messina u Casa Arkati taħt l-iskema tal-public private partnership matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? X'kien l-ammont li tħallas lil Casa Serena għall-istess servizz għall-istess perijodu ta' żmien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont imħallas mid-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' lill-Care Malta u l-Casa Serena taħt l-iskema Public Private Partnership matul l-ewwel sitt xhur tas-sena kien kif ġej: Care Malta Casa Serena Imħallsa Lm84,382.90 (Jannar-April) Lm41,820.00 (Jannar-April) Pendenti Lm45,039.70 (Mejju-Ġunju) Lm10,803.50 (Mejju) Total Lm129,422.60 Lm52,623.50

Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani: a) fir-residenza San Vincenz de Paule, b) fid-djar residenzjali tal-gvern, c) fi djar privati permezz tal-private public partnership, d) mill-home help/care service u e) minn fondi oħra? Minn dan it-total kollu li nġabar, x'ammont għadda d-dipartiment tas-sigurta' soċjali lill-welfare committee?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal perjodu Jannar sa Mejju 2005 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li t-tagħrif li jirrigwarda Ġunju għadu qed jinġabar.

Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-preżent hawn djar ta' l-anzjani fis-settur privat (kemm dawk immexxija mill-knisja u kemm dawk li huma privati) li huma regolarment liċenzjati biex jiffunzjonaw bħala tali? Liema huma dawn id-djar? Kull waħda minn dawn id-djar x'inhu n-numru ta' sodod li hi liċenzjata li jkollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Dipartiment ta' l-anzjani — Customer care centre

Question

Issa li ġie deċiż li l-customer care centre għad-dipartiment ta' l-anzjani għandu jinfetaħ kif kien oriġinarjament propost fil-Belt Valletta, jista' il-Ministru jgħid meta se jkun il-ftuħ uffiċjali ta' dan iċ-ċentru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Customer Care Centre jinsab għaddej b'ritmu normali u hu previst li jkun miftuħ uffiċjalment sa' l-aħħar ta' din is-sena.

Day centres għall-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm part-time social assistants jaħdmu f'kull day centre għall-anzjani, wieħed wieħed?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Part Time Social Assistants hemm 59 jaħdmu fid-Day Centres. Dawn huma mqassmin hekk kif ġej: B'Buġia 5 B'Kara 4 Bormla 4 Dingli 3 Ħamrun 6 Luqa 5 Mosta 3 Mtarfa 3 Qormi 5 Sliema 5 San Pawl il-Baħar 2 Santa Venera 3 Żejtun 6 Żurrieq 5

Assenteiżmu — Ġenituri mressqa l-qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti kull sena mill-2000 'il hawn għax ma bagħtux lil uliedhom l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' każijiet li tressqu l-Qorti kull sena mill-2000 'l hawn għax ma bagħtux lil uliedhom l-iskola kienu skond it-tabella t'hawn taħt. Wieħed irid jiċċara li ċ-ċifri jirreferu għan-numru ta' kontravenzjonijiet u mhux in-numru ta' ġenituri li tressqu. Jista' jkollok l-istess ġenitur li jitressaq aktar minn darba. Sena Numru ta' Jannar - Diċembru Kontravenzjonijiet 2000 4370 2001 4457 2002 3572 2003 4445 2004 3778 2005(sa Mejju) 2470

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali kull sena mill-2000 'il hawn? Minn liema lokalitajiet kienu? Kemm-il applikazzjoni ġiet allokata akkomodazzjoni kull sena u minn liema lokalita' kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

SVPR — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq Phase II tal-proġett ta' immodernizzar f'San Vincenz de Paule, li Phase I tiegħu ġiet inawgurata f'Ottubru, 2003, miexi daqstant bil-mod, speċjalment meta mqabbel maż-żmien li fih tlestiet Phase I tal-proġett? Tista' tingħata data approssimattiva meta Phase II, li minbarra l-blokk tas-swali tikkomprendi wkoll l-upgrading u r-restawr tal-kappella u l-upgrading u immodernizzar tal-bitħa ta' quddiem il-kappella u l-arkati tal-faċċata, se titlesta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'huwiex korrett illi x-xogħol fuq Phase Two tal-proġett tal-Immoderniżżar ġewwa r-residenza għall-anzjani San Vinċenz miexi bil-mogħod. Ix-xogħol fuq dan il-proġett għaddej b'ritmu sostnut. B'differenza għal Phase One dan il-proġett jinvolvi aktar xogħol. L-ewwel raġuni għalfejn ix-xoghol fuq it-tieni fażi li għaddej bħalissa qed tieħu aktar fit-tul mill-ewwel fażi hija waħda purament teknika. L-ewwel fażi primarjament kienet tinkkonsisti fil-bini ta' San Piju Wards u l-irranġar tal-bitħa ta' quddiemu. Fit-tieni fażi, ix-xogħlijiet jikkonsistu fil-bini tal-wards, l-upgrading u r-restawr tal-kappella, l-immoderniżżar tal-bitħa u twaqqieh u l-bini mill-ġdid tal-passaġġ li jgħaqqad iż-żewġ fażijiet tal-proġett. Apparti dan hemm numru ta' limitazzjonijiet tekniċi oħra li ma kinux preżenti fl-ewwel fażi, li ikkontribwew biex ix-xogħol fuq it-tieni fażi jieħu aktar fit-tul mill-ewwel fażi. Fost dawn ta' min isemmi d-decommissioning ta' sub station antika, bdil ta' cables qodma u tibdil fuq is-sistema ta' drenagg. L-akbar raġuni teknika hi dik tar-restrizzjoni tas-sit. Minkejja dawn il-problemi kollha ninsab fiduċjuż li x-xogħlijiet ser jibqgħu mixjin bir-ritmu li għaddejin bħalissa. Il-proġett mistenni jkun lest sas-sajf tas-sena 2006. Meta dan il-proġett ikun lest inkunu nistgħu nilqgħu 108 residenti anzjani oħra u nakkomodawhom fil-blokk il-ġdid.

Kontribuzzjonijiet mid-djar ta' l-anzjani

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 13267 dwar kontribuzzjoni miġbura mill-anzjani bejn Jannar u Mejju, 2005 mid-djar tal-gvern għall-anzjani (Lm319,785.85) u minn djar taħt skema ta' public private partnership (Lm222,925.57), tista' il-Ministru tagħti l-ammont miġbur speċifikament mill-kontribuzzjoni ta' l-anzjani ta' kull dar ta' l-anzjani waħda waħda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Akwedott ta' Wignacourt

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-restawr ta' l-Akwedott ta' Wignacourt tlestiex għal kollox? Jekk fl-affermattiv, kemm sewa x-xogħol kollu inkluż il-materjal; u kemm minn din is-somma ħareġ il-gvern u kemm il-kunsilli lokali nvoluti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li r-restawr tal-monument innifsu tlesta għal kollox filwaqt li r-rijabilitazzjoni li tinkludi pavimentar u dawl se tibda fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Kunsilli Lokali se joħorġu kumplessivament Lm 40,000, li jkopru l-ispejjeż tal-materjali. Il-Gvern ħallas il-pagi tal-ħaddiema li s’issa swew madwar Lm 70,000. Il-Gvern ħallas ukoll lil Enemalta u lill-Maltacom somma kumplessiva ta’ madwar Lm 18,000 biex jitneħħew il-cables minn mal-monument u li issa tpoġġew taħt l-art.

Sptar San Luqa — Persuni li qegħdin jistennew biex jidħlu fl-SVPR

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni rikoverati preżentement fl-isptar San Luqa li qegħdin jistennew biex jiġu ammessi f'San Vincenz de Paule jew f'xi dar residenzjali tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni rikoverati presentament fl-Isptar San Luqa li qegħdin jistennew biex jiġu ammessi f'San Vinċenz de Paul jew f'xi dar residenzjali tal-gvern huma 80. 69 nisa u 11 irġiel.