Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni full-time u part-time mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi fis-sena 2014? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema impjieg dawn ġew ingaġġati u jekk daħlux b’għażla diretta, jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet? Jista’ jagħti dettalji ta’ mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn l-impjegati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2014 ma ġewx ingaġgġati l-ebda part-timers imma ġew ingaġgġati zewġimpjegati full-time ġewwa l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-posizzjoni ta’ ‘Purchasing and Facilities Officer’ kif ukoll ‘Guidance Officer’. Dawn l-impjegati ġew ingaġgġati wara li kien hemm Sejħa għall-Applikazzjoni.
Nixtieq ukoll ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn iż-żewġ impjegati huma minn Birkirkara u mill-Imtarfa rispettivament.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex jitranġaw id-dwal taż-zebra crossing fi Triq il-Mu¿ew biswit il-Ġonna Howard u r-roundabout ta’ fejn id-Domus Romana, bejn ir-Rabat u l-Imdina?
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tariffi miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li ġew riveduti bis-saħħa tal-Att li jimplimenta l-miżuri tal-Baġit għall-2015? Jekk iva, liema kienu u b'kemm għolja?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda żieda fit-tariffi li kienu miġbura mill-Awtorita’ Maltija għat-Turi¿mu li ġew riveduti bis-sahha tal-Att li jimplimenta l-mizuri tal-Baġit għall-2015.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ impjieg li permezz tiegħu ġietingaġġata fl-MTA il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt ta’ impieg tal-persuna li ġiet ingaġġata fl-MTA u li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament huwa ekwivalenti ma’ dak ta’ Senior Manager fl-MTA stess.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex organizzat riċeviment tal-Milied għall-impjegati tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Jekk iva, kemm kienet l-ispiża għar-riċeviment? Mil-liema vot kienu użati l-flus? Fejn ġie organizzat? Kif intgħażel il-post fejn ġie organizzat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul iż-żmien tal-Milied kien ġie organizzat Seminar ta’ tlett ijiem għall-impjegati tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li fi tmiem ta’ dan is-Seminar kienu ġew offruti refreshment drinks għall-istess impjegati. Dawn ir-refreshment drinks servew ta’ opportunita’, biex propju f’lejliet il-Milied ikun hemm get together bejn l-impjegati.
L-ispejjeż ta’ dawn ir-
refreshment drinks
kienu nklużi fil-prezz biex ġie organizzat is-Seminar li dan kien ikopri wkoll il-kera tas-sala,
coffee/tea breaks
u
lunches.
Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda żieda fil-prezz biex ġie organizzat xi riċeviment partikolari tal-Milied minħabba li dan kien biss Seminar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-billboard li jinsab fil-gallarija tal-każin tal-Partit Laburista fl-Imsida, għandux permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk għandu, x’forma ta’ permess għandu? Jista’ jagħti n-numru tal- permess u meta nħareġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istruttura mhix billboard statika izda hija LED screen. Peress illi l-istruttura hija mqiegħda fuq bini ta' partit politiku u r-reklamar jinkludi messaggi politici, l-Avviz Legali numru 171 tal-1993 (kif emendat bl-Avviz Legali numru 9 tal-2003) permezz tal-Artiklu 4(1)(d) jippermetti tali reklamar. Għaldaqstant ma hemmx ħtiega ta' permessi ulterjuri mil-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu fuq bażi full-time l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Għawdex, kors b’kors?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Għawdex, hemm seba’ (7) studenti li jattendu kors ‘full-time’. Dawn l-istudenti kollha qed isegwu l-kors ta’ Diploma in Food Preparation & Production.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu fuq bażi part-time l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Għawdex, kors b’kors?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma hemm l-ebda studenti li jattendu korsijiet fuq bażi ‘part-time’ fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited financial statements tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Istitut tal-Istudji Turistiċi ma jużax is-sistema ta’ accrued based accounting. Għaldaqstant, ma jistgħux ikunu forniti audited financial statements hekk kif mitlub.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġiex ingaġġat Kontrollur Finanzjarju mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-aħħar jiem? Jekk iva, min hu? Ġie ingaġġat wara sejħa pubblika, sejħa interna jew b'ingaġġ dirett?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kontrollur Finanzjarju ġie ingaġġat mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu wara li ħarget sejħa nterna, liema applikazzjoni ġiet eventwalment riferita mill-ETC skont kif jitlob Artikolu 15(1) ta’ l-Att 343 dwar is-Servizzi tal-Impjieġ u t-Taħriġ. Dan minħabba li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni minn impjeġati nterni.
Għal din is-sejħa kien hemm applikazzjoni waħda esterna.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta’ persuni barranin li jżuru pajjiżna għal konferenzi? Jekk iva, kemm kienu l-persuni li żaru pajjiżna, ta’ liema nazzjonalità kienu u għal kemm-il konferenza, sena b’sena mill-2008 sal-2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi kemm l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kif ukoll l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA), iżommu u jippublikaw ċifri dwar turisti li jżuru Malta fuq skopijiet ta’ negozju. Dawn iċ-ċifri jinkludu turisti li jżuru Malta għall-konferenzi u nċentivi kif ukoll turisti li jiġu għal raġuni ta’ kummerċ ieħor, skond in-nazzjonalita’, hekk kif elenkat fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-turisti mhux ta’ nazzjonalità Maltija li raqdu għal lejl wieħed jew aktar ġewwa Għawdex, kull sena bejn 2008 u 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-snin bejn l-2008 u l-2010 ma kienetx tinżamm statistika ta’ kemm turisti mhux ta’ nazzjonalita’ Maltija li raqdu f’Għawdex għal-lejl wieħed jew aktar. Fir-rigward tas-snin bejn l-2011 u 2014, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm turisti mhux ta’ nazzjonalita’ Maltija raqdu għal lejl wieħed jew aktar ġewwa Għawdex.
Nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm żieda pożittiva kemm fin-numru ta’ wasliet kif ukoll fin-numru ta’ turisti mhux ta’ nazzjonalita’ Maltija li raqdu għal lejl wieħed f’Għawdex, f’akkomodazzjoni kollettiva, fil-perjodu Jannar sa Settembru 2014 meta mqabbel ma’ l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat l-ammont ta’ turisti li żaru Għawdex fi żjara ta’ ġurnata kull sena bejn 2008 u 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-snin bejn l-2008 u l-2010 ma kienetx tinżamm statistika ta’ kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru Għawdex għall-żjara ta’ ġurnata. Fir-rigward tas-snin bejn l-2011 u 2014, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-istatistika ta’ kemm żaru turisti Għawdex fi żjara ta’ ġurnata.
Nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar sena kien hemm żieda rekord fejn l-ammont ta’ turisti li żaru Għawdex fi żjara ta’ ġurnata laħaq is-791,345.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati fil-programmi kollha taħt l-inizjattiva ADVANCE fl-2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-progamm ADVANCE – ESF2.11 Developing Leaders for Change and Innovation in Tourism kien ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew (2007-2013) u dan ġie konkluż fl-2013. In-numru totali ta’ persuni illi huma rreġistrati taħt din l-iskema huwa ta’ 1435.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru s-siti ta’ Heritage Malta, sit b’sit, kull sena mill-2012 sal-2014, kemm minn dawn il-viżitaturi kienu barranin, u kemm minnhom kienu Maltin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika tal-persuni kollha li żaru s-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta fl-2012, fl-2013 u fl-2014.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m’huwiex possibbli li wieħed jiddistingwi bejn dawk il-vizitaturi Maltin u dawk barranin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn language schools irreġistrati mal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu, u f’liema lokalitajiet qegħdin, lokalità b’lokalità?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ma tirreġistrax ’English Learning Language Schools’. Għaldaqstant nitlob lill-istess Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn host families ta’ studenti tal-lingwa irreġistrati mal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu, u f’liema lokalitajiet qegħdin, lokalità b’lokalità?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ host families irreġistrati mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu huma elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.