Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #16225 Sitting 265 2015-05-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – ħruġ ta’ liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien iż-żmien medju li tieħu liċenzja mill-applikazzjoni sal-ħruġ attwali tal-liċenzja mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, f’kull kategorija fl-2014 imqabbel mal-2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha diversi tipi ta’ liċenzji u kollha jirrikjedu numru ta’ dokumentazzjoni li trid tiġi ppreżentata qabel ma tinħareġ il-liċenzja. Din it-tip ta’ statistika ma tinżammx għax ħafna drabi tiddependi mis-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni kollha mitluba u b’hekk iż-żmien minn meta tiġi sottomessa l-applikazzjoni sa meta tinħareġ il-liċenzja jvarja minn każ għal każ. Madanakollu, naċċerta lill-Interpellant illi l-Awtorita’ telqet fuq triq li tnaqqas il-burokrazija. Eżempju konkret ta’ dan huwa l-koordinament li rnexxielha toħloq mal-MEPA fl-applikazzjonijiet dwar il- Height Adjustment Policy fejn s’issa daħlu erbatax-il applikazzjoni illi minnhom ġew approvati mill-bord tal-MEPA sitt permessi fuq medja ta’ tmintax-il ġimgħa. Erbgħa minn dawn il-permessi ġew approvati f’inqas minn għaxar ġimgħat.
Leg 12 PQ #16226 Sitting 265 2015-05-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – liċenzji u kontribuzzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li kellha tiġbor l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu f’liċenzji u kontribuzzjonijiet fl-aħħar ta’ Marzu 2015 imqabbel mal-aħħar ta’ Marzu 2014 u l-aħħar ta’ Marzu 2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #16227 Sitting 265 2015-05-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Azzjonijiet ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-azzjonijiet ta’ infurzar li ttieħdu mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu fl-2014? X’kienu dawn l-azzjonijiet? Kemm inġabru multi u kemm hemm pendenti? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-2012 u l-2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #16228 Sitting 265 2015-05-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Dipartiment tal-Liċenzji – organisation chart

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-organisation chart tad-Dipartiment tal-Liċenzji fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, bl-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-karigi rispettivi kif inhu fil-ġurnata li qed issir din il-mistoqsija? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni dwar x’kienet il-pożizzjoni fl-aħħar tal-2014, fl-aħħar tal-2013 u fl-aħħar tal-2012?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #15517 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjarat fl-Ażerbajġan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienu l-Ministri tal-Gvern, inkluż il-Prim Ministru, li marru l-Ażerbajġan mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull Ministru, kemm-il darba saru żjarat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn naħa tiegħi, fil-perjodu imsemmi għamilt żjara fl-Ażerbajġan f’Diċembru tas-sena l-oħra. Din iż-żjara kienet tħabbret b’mod pubbliku permezz ta’ stqarrija 142943 maħruga mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fis-16 ta’ Dicembru 2014. Għal dettalji ta’ safar ta’ Ministri oħra, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-persuni kkonċernati.
Leg 12 PQ #15518 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjarat fl-Ażerbajġan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-data tal-mawriet fl-Ażerbajġan għal kull Ministru jew il-Prim Ministru stess, mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 15517.
Leg 12 PQ #15519 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat fl-Ażerbajġan

Question

Għal kull Ministru u għall-Prim Ministru nnifsu, jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista ta’ laqgħat li nżammu fl-Ażerbajġan mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Ma’ min inżammu dawn il-laqgħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 15517.
Leg 12 PQ #15520 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat fl-Ażerbajġan

Question

Għal kull Ministru u għall-Prim Ministru nnifsu, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tad-delegazzjoni li akkumpanjawhom fiż-żjarat fl-Ażerbajġan mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 15517.
Leg 12 PQ #15137 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commonwealth Heads of Government Meeting – persuni ingaġġati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet tal-persuni ingaġġati fl-istruttura organizzattiva tal-Commonwealth Heads of Government Meeting li se jsir f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #15138 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commonwealth Heads of Government Meeting – kariga ta’ persuni ingaġġati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji (għal kull persuna) tal-kariga tal-persuni ingaġġati fl-istruttura organizzattiva tal-Commonwealth Heads of Government Meeting li se jsir f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #15139 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commonwealth Heads of Government Meeting – persuni ingaġġati

Question

Għal kull personnel li ġie ingaġġat fl-istruttura organizzattiva tal-Commonwealth Heads of Government Meeting li se jsir f’Malta, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux impjegatb’kuntratt definit jew indefinit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #15140 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commonwealth Heads of Government Meeting – persuni ingaġġati – positions of trust

Question

B’referenza għall-istruttura organizzattiva tal-Commonwealth Heads of Government Meeting li se jsir f’Malta, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema persuni ġew ingaġġati f’positions of trust? F’liema pożizzjoni u għal kemm żmien hu twil il-kuntratt ta’ impjieg?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #15141 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commonwealth Heads of Government Meeting – persuni ingaġġati – pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju (salarji, benefiċċji u perkaċċi) li għandha kull persuna ingaġġata fl-istruttura organizzattiva tal-Commonwealth Heads of Government Meeting li se jsir f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #15142 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commonwealth Heads of Government Meeting – persuni ingaġġati — kuntratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju (salarju, benefiċċju u perkaċċi) li għandha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament fit-tmexxija tal-istruttura organizzattiva tal-Commonwealth Heads of Government Meeting li se jsir f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #14933 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

L-Imġarr – Is-Santi – dwal tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex id-dwal tat-toroq fiż-żona magħurfa bħala Is-Santi ġewwa l-Imġarr jissewwew immedjatament minħabba li fid-data li qiegħda ssir din il-mistoqsija dawn ilhom mitfijin iżjed minn tmint ijiem?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħsara ġiet irranġata u d-dawl tat-toroq taż-żona msemmija reġa’ ġie għan-normal.
Leg 12 PQ #14728 Sitting 244 2015-03-02 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commonwealth Heads of Government Meeting – ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex parti mill-istruttura organizzattiva tal-Commonwealth Heads of Government Meeting? Jekk iva, dan sar b’appointment dirett jew wara sejħa pubblika? Jista’ jippubblika l-kuntratt li bih ġiet ingaġġata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar .

Diviżjoni tal-Edukazzjoni — tnaqqis mill-parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-area li tagħti mill-parkeġġ ta’ taħt is-Sur tal-Furjana, mhux se tibqa’ tintuża bħala parkeġġ u minħabba f’hekk ħaddiema fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni li kienu jipparkjaw bil-permessi meħtieġa, mhux se jkunu jistgħu jibqgħu jipparkjaw b’konsegwenza li tnaqqsu madwar 30 post ta’ parkeġġ? Jista’ jieħu azzjoni minnufih biex din tiġi rimedjata?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qatt ma kellu l-pjan li jagħlaq jew inaqqas spazji għall-parkeġġ u għalhekk ma kellux l-intenzjoni li ma jibqax juża l-imsemmija area. Fil-fatt din għadha tintuża għall-istess skopijiet u aċċessibbli għall-istess impjegati.

Diviżjoni tal-Edukazzjoni — tnaqqis mill-parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-area li tagħti mill-parkeġġ ta’ taħt is-Sur tal-Furjana, mhux se tibqa’ tintuża bħala parkeġġ u minħabba f’hekk ħaddiema fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni li kienu jipparkjaw bil-permessi meħtieġa, mhux se jkunu jistgħu jibqgħu jipparkjaw b’konsegwenza li tnaqqsu madwar 30 post ta’ parkeġġ? Jista’ jieħu azzjoni minnufih biex din tiġi rimedjata?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #14733 Sitting 244 2015-03-02 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni tal-Air Malta fuq il-każ li kien jinvolvi l-pilota li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn allegatament kien kaġun ta' delay tat-titjira tal-Air Malta minn Milan għal Malta fis-27 ta' Lulju 2012?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, billi l-Ministeru għad m’għandux il-fatti kollha f’idejh, ma jkunx xieraq li f’dan l-istadju tingħata xi forma ta’ risposta. Għaldaqstant, fuq dan il-każ li nqala’ taħt management appuntat minn amministrazzjoni preċedenti, l- Onorevoli Interpellant japprezza li nkunu nistgħu ngħatu risposta fiż-żmien li ġej.

Skema Master It

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-istudenti li ħadu l-ischolarship taħt l-iskema Master It jibdew jirċievu pagamenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa qed isir l-iffirmar tal-iScholarship Agreements relatati mar-raba’ sejħa tal-iskema MASTER it! Hu mistenni li dawn jiġu konklużi sa Marzu li ġej. Il-proċess għall-ħlasijiet jinbeda minnufih hekk kif l-istudenti jipprovdu d-dokumenti kollha meħtieġa abbażi tar-Regolamenti tal-MASTER it!