Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex sar il-video uffiċjali taċ-CHOGM 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-video ufficjali tad-diska ‘The People We Are’ gie ko-finanzjat bejn ic-CHOGM Malta 2015 Taskforce u l-Malta Film Commission.
Ix-xogħol fuq il-video sar mill-PBS.
Il-PBS gie magħżul wara li kien hemm sejħa pubblika fl-4 ta’ Mejju 2015.
L-għażla saret skond kriterji li gew stabiliti u mniżżla fl-istess sejħa.
L-ispiża totali fuq dan il-video kienet ta’ €17,452.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ħlasijiet li għaddew jew għad iridu jgħaddu bħala pagament lil kull individwu involut fil-produzzjoni kollha tal-video uffiċjali taċ-CHOGM 2015?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies, part-time u full-time fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi u f’liema grad minn Jannar 2015 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar 2015 sad-data ta’ meta saret din il-mistoqsija, n-numru ta’ impjegati li ġew ingaġġati fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jammonta għal għaxar impjeġati full-time u impjegat wieħed fuq ba¿i ta’ part-time kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dan l-ingaġġ sar minħabba li l-ITS qed jimplimenta
organigram
ġdida biex din l-istituzzjoni tkun tista’ ittejjeb serjament l-amministrazzjoni tagħha billi jkunu jistgħu jitwettqu b’mod effettiv u effiċjenti l-pjanijiet strateġiċi kif ukoll prattiċi oħra ta’ kwalita’
(quality assurance).
Dan għal kuntrarju għall-affarijiet li twettqu mill-amministrazzjoni preċedenti meta ħalliet l-ITS jispiċċa fi stat ta’ telqa sħiħa u bla ebda pjan strateġiku.
Dawn l-impjegati msemmijin fit-tabella elenkata ġew kollha ingaġġati wara li ħarġet sejħa għall-Applikazzjoni għand il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig (ETC) fejn eventwalment sar il-proċess tal-għazla mill-
Interviewing Boards
.
Irrid inżid li dan hu kuntrarju għal dak li seħħ taħt l-amministrazzjoni preċedenti, preċiżament fl’2011, meta daħlu l-ITS 27 persuna mingħajr ebda sejħa t’applikazzjoni jew proċess t’għażla.
Ministeru għat-Turiżmu – xogħol ta’ tlestija — kuntratturi, suppliers u designers
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar min kienu l-kuntratturi, suppliers u designers fix-xogħol ta’ tlestija u rranġar tal-bini li llum jospita l-Ministeru għat-Turiżmu minn Marzu 2013 ‘l hawn u jgħid jekk dawn sarux b’tender, quotation jew direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex jittranġaw slabs li qegħdin jgħattu l-water culverts fi Triq l-Imġarr kantuniera ma Triq tad-Dwejra, limit tal-Imġarr mar-Rabat Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt dan l-ilment lil Transport Malta sabiex isiru dawn ix-xogħlijiet. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru skont il-prioritajiet.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex tiġi indagata l-ħlas ta’ kera ta' maisonette li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq bażi short lets lit-turisti li allegatament huwa mingħajr il-permessi meħtieġa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tal-Licenzjar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu liċenzjat il-maisonette, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala ‘Post għall-Btala (short lets)’, liema liċenzja ġiet effettiva mit-3 ta’ Awwissu 2015.
F’dan il-każ, peress li l-liċenzja hi tat-tip ‘Post għall-Btala (
short lets
)’, l-Awtorità ma tidħolx fil-mertu ta’ ħlasijiet ta’ kirja bejn is-sid u l-inkwilin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ ksur ta’ liġi ta’ Trade Licensing fejn fil-bajja tal-Armier, inħarġu permessi lil żewġ hawkers li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li jarmaw biswit xulxin u għalhekk f’distanza ta’ inqas minn 50 metru minn xulxin u meta l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ta l-permess biex l-Enemalta tissupplixxi l-elettriku kuntrarju għal dak stipulat fi-liġi tat-Trade Licensing?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li skond Liġi Sussidjarja 441.07 liċenzja għal street hawker ma tagħtix id-detentur id-dritt li jarma f’ lokalita partikulari imma li jarma’ f’ Malta u Għawdex skond l-obligi u kundizzjonijiet tal-liġi. Għalhekk ma jistax ikun li inħarġet trade licence biex street hawker jarma’ speċifikament f’xi lokalita partikulari.
Barra minn hekk meta persuna tikser xi disposizzjoni ta’ l Att dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ (Kap 441) jew ta’ regolamenti magħmulin taħtu (inkluz Liġi Sussidjarja 441.07), dik il-persuna tkun ħatja ta’ reat. L-enforżar tal-Att u tar-regolamenti jaqgħu taħt ir-responsabilta tal-Pulizija u għalhekk nitolbok tirreferi dik il-parti tal-mistoqsija tiegħek lil Ministru konċernat.
Ninforma ukoll l-Onorevoli interpellant li l-attivita tal-kunsilli lokali ma jaqgħux taħt ir-responsabilta tal-Ministeru tiegħi u għalhekk nitolbok tgħaddi dik il-parti tal-mistoqsijia dwar il-Kunsill lokali tal-Mellieħa lill Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-Pulizija sabiex jaraw il-liġi tat-Trade Licensing tkun rispettatta fil-konfront ta’ permessi ta’ żewġ hawkers li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ ksur ta’ liġi ta’ Trade Licensing fejn fil-bajja tal-Armier, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ta l-permess biex l-Enemalta tissupplixxi l-elettriku, kuntrarju għal dak stipulat fil-liġi tat-Trade Licensing lil żewġ hawkers li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta plc tagħti s-servizz ta’ provvista tal-elettriku temporanja lil dawk l-applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha speċifikati b’mod ċar fil-formola tal-applikazzjoni għall-dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li se jitħallas is-sussidju għall-2014 lill-produtturi tat-tadam għax s’issa għadhom ma tħallsux?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, id-Direttorat tal-Agrikoltura kkonkluda l-proċess għall-ħruġ taċ-ċekkijiet mit-Teżor fis-26 ta' Ġunju 2015. Dawn iċ-ċekkijiet fil-fatt ħarġu u ntbatu lill-għaqdiet tal-produtturi tal-bdiewa li jipproduċu t-tadam għall-iproċessar sabiex isir il-ħlas relattiv lill-bdiewa membri tagħhom. Infurmat ukoll mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li l-istess għaqdiet ħarġu ċ-ċekkijiet kollha dovuti lill-bdiewa.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex jiġi indirizzat l-istat ta’ Triq tal-Mużew fir-Rabat li qed iġġarrab ħsarat notevoli minn meta żdied l-użu tat-triq għall-finijiet ta’ trasport pubbliku u qed issir perikoluża għar-residenti li jużaw it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-risponsabbilta’ ta’ Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fi Vjal il-ħaddiem, ir-Rabat Malta, u jista' jgħid meta huma mistennija jkunu lesti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin u l-proġett mistenni jitlesta sa nofs Ottubru. Il-progett huwa wiehed estensiv u kongunt bejn Transport Malta u l-Water Services Corporation u jikkonsisti f’tibdil tal-mejnijiet tad-dranaġġi u l-ilma kif ukoll tibdil tas-servizzi sad-djar tal-ilma u drenaġġ. Dan ser ikun segwit minn bini mill-ġdid ta’ bankini, gutters u parking bays, u ffurmar u asfaltar mill-ġdid tat-triq kollha.
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minnufih biex jitranġa d-dawl li jdawwal iż-zebra crossing fi triq Ħal-Tartarni ġewwa r-Rabat Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għall-proviżjoni tal-eletriku issa hija f’postha u għaldaqstant hu mistenni li ma jkunx hemm iżjed dewmien biex din iż-zebra crossing tinxtegħel.
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minnufih sabiex jitranġaw il-floodlights li jixegħlu l-faċċata tal-knisja kolleġġjata ta’ San Pawl ir-Rabat (Malta) li bħalissa jinsabu ma jiffunzjonawx?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet azzjoni minnufih u issa l-floodlights qed jiffunzjonaw kif suppost.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-linja Nazzjonali Air Malta hiex ser timpjega bdoti addizzjonali din is-sena, hekk kif għamlet is-sena l-oħra bejn April u Ottubru, meta ddaħħlu 11-il pilota għal perjodu definit?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Air Malta ma għandhiex il-ħsieb li timpjega piloti għax-xhur li ġejjin kif għamlet is-sena l-oħra. Billi r-roster tas-sajf tal-piloti ġie ottimizzat u kif ukoll piloti li jaqdu rwoli maniġerjali qiegħdin itiru iktar siegħat minn qabel, m’hemmx bżonn ta’ piloti ġodda. Il-kompliment attwali tal-piloti tal-Air Malta huwa tali li jservi sabiex jittajru s-siegħat kollha meħtieġa, b’roster iktar diliġenti u b’piloti-maniġers li jtiru iktar siegħat.
Filwaqt li nifhem li ħafna mill-bdoti addizzjonali li solitament jiġu ngaġġjati huma bdoti li għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom u li per konsegwenza jkollhom bżonn aktar taħriġ u li jżidu aktar flying hours ħalli jimxu 'l quddiem fil-karriera tagħhom, dak li qed isir hu parti mill-proċess sabiex l-Air Malta tibqa' timmassimizza r-riżorsi tagħha sabiex kemm jista' jkun tibqa' tnaqqas l-ispiża tal-operat tagħha ħalli tilħaq il-miri tagħha skont il-Pjan ta' Ristrutturar u tersaq aktar lejn vijabbilita' kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi pjanijiet biex jgħin lil dawk il-bdoti Maltin li għandhom bżonn iżidu l-flying hours tagħhom sabiex ikunu jistgħu jkollhom il-full pilots licence?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-union tal-piloti (ALPA) ressqet suġġeriment sabiex tiġi ntrodotta skema li tgħin piloti kkwalifikati sabiex iżidu l-flying hours u jiġu iktar attrajenti għall-industrija. It-tmexxija tal-Air Malta laqgħet dan is-suġġeriment u qed tħejji skema nazzjonali li tgħin piloti Malti li jeħtieġu dawn il-flying hours, liema skema ser tkun ippreżentata lill-awtoritajiet Maltin għal kunsiderazzjoni f’qasir żmien fil-ġimgħat li ġejjin.