Jista’ l-Ministru jgħid f’min kienet tikkonsisti d-delegazzjoni li flimkien miegħu żaret it-Turkija fl-aħħar jiem? Jista’ jgħid x’kienu l-materji fuq l-aġenda tal-laqgħat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, d-delegazzjoni li zaret it-Turkija flimkien miegħi fl-aħħar jiem kienet tinkludi l-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi, is-Sinjura Maria Micallef illi hi konsulent finanzjarju tal-Gvern, kif ukoll is-Sinjorina Gail Demanuele illi hija adviser tal-Ministeru għat-Turizmu.
Iz-zjara kienet waħda politika fejn ġew diskussi diversi temi li jolqtu z-zewġ Ministeri mal-Gvern Tork, fosthom relazzjonijiet turistiċi, relazzjonijiet relatati m’avjazzjoni, kif ukoll dawk relatati ma’ trasport.
Jista’ l-Ministru jgħid f’min kienet tikkonsisti d-delegazzjoni li flimkien miegħu żaret it-Turkija fl-aħħar jiem? Jista’ jgħid x’kienu l-materji fuq l-aġenda tal-laqgħat?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 23413.
Ir-Rabat – Triq Għajn Kajjet – sistema tad-dwal fit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi stallata sistema ta’ dawl fit-triq li minn Triq Għajn Kajjet, ir-Rabat, twassal għall-Baħrija? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir dan, u jekk le, jista’ jikkunsidra li tiġi stallata tali sistema?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex jitwaħħlu pelican lights ġewwa Triq l-Imdina (l-area tal-mitħna), Ħaż-Żebbuġ u li għalihom diġà hemm arbli stallati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali pelican crossing se tiġi nstallata fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex l-Awtorità tad-Djar tikkuntattja lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar applikazzjoni mal-istess Awtorità u jesiġi li jsir il-progress meħtieġ fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Trasport Pubbliku — Ir-Rabat Malta – Triq it-Tagħbija – Rotot 51 u 52
Question
Jista’ l-Ministru jindaga għalfejn ir-rotot 51 u 52 tat-trasport pubbliku mhumiex jaslu lejn il-bus stop fi Triq it-Tagħbija r-Rabat (Malta) qabel iddur lejn it-telgħa fi Triq Santa Rita, u jieħu azzjoni minnufih biex jinstab mod kif is-servizz jitwassal sa dan il-post?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotot 51 u 52 ma jservux il-bus stop li hemm fi Triq it-Tagħbija minħabba li l-imsemmija rotot ma jgħaddux minn din it-triq. Il-bus stop li hemm fi Triq it-Tagħbija huwa servut bir-rotot 50, 53, 56 (minn u lejn il-Belt) u r-rotta 182 (minn u lejn MDH/Universita’).
Ir-Rabat Malta – Triq it-Tagħbija – pelican lights/zebra crossing
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jitwaħħlu pelican lights jew issir zebra crossing fiż-żona li min-naħa tal-bus shelter taqsam għan-naħa tal-għajn fi Triq it-Tagħbija, ir-Rabat (Malta)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li kien hemm talba mill-Kunsill Lokali tar-Rabat bid-data 26 ta’ Novembru 2013 għal zebra crossing fi Triq it-Tagħbija. Il-Kunsill ntalab jissottometti d-dokumenti meħtieġa sabiex Transport Malta tkun f’pożizzjoni li tipproċessa tali talba. Meta l-Awtorità tirċievi dawn id-dokumenti tkun tista’ tevalwa din it-talba.
Jista' l-ministru jgħid minn min hi komposta il-Foundation for tourism zone development li twaqqfet fl-2015, u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-termini ta’ ingagg ta’ dawn l-istess persuni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 20057 datata 22 ta’ Ottubru 2015, fejn diġà ġie spjegat li l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi timpjega tnejn min nies.
Il-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chief Executive Officer fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi, ġiet ingaġġata direttament. Filwaqt li l-persuna l-oħra, ġie ingaġġat bħala
person of trust
bħala Assistent Personali tas-CEO tal-Fondazzjoni, bi rwol amministrattiv fl-iskala taċ-ċivil 9.
Nserraħ ras l-Onor. Interpellant li fl-ingaġġ ta’ dawn il-persuni mhu qed isir xejn differenti milli kien isir f’amministrazzjonijiet preċedenti fejn persuni ġew mogħtija pożizzjonijiet ta’ dan il-livell u tip.
Minkejja li l-kompożizzjoni tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi hija waħda zgħira, flimkien ma’ diversi dipartimenti minn Ministeri oħra, wettqet ammont ta’ xogħol sostanzjali sabiex tissalvagwardja l-attrazzjonijiet f’żoni turistiċi, titjieb l-effiċjenza u tiżdied il-manutenzjoni f’kull żona pubblika għal aktar ambjent sostenibbli. Dan kollu qed isir bil-għan li l-industrija tat-turiżmu fil-Gżejjer Maltin tkompli tikber billi nipprovdu b’mod konsistenti livell ta’ servizz superjuri u noħolqu valur miżjud.
Mill-bidu tat-twaqqif tagħha, il-Fondazzjoni wettqet diversi xogħlijiet biex jiġu żġurati l-effiċjenza u l-manutenzjoni ta’ żoni pubbliċi, fosthom:
· ġbir ta’ skart, tindif ta' toroq u żoni pubbliċi f’żoni fit-tramuntana u n-nofsinhar ta’ Malta, bħal San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Żurrieq u Marsascala;
· koordinament u titjib fl-estetika, bħal sinjali tat-toroq, dawl adegwat u ppjantar ta’ siġar f’zoni ċentrali bħal Sliema u San Ġiljan;
· titjib fl-organizzazzjoni ta’ żoni pubbliċi u faċilitajiet biex itejbu l-immaniġjar tal-viżitaturi;
· ħidma sabiex jitjiebu l-istandards ambjentali kif ukoll ħidma lejn titjib fl-ordni pubblika;
· koordinament fl-immaniġjar f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni;
· twettiq ta’ proġetti fiż-żoni turistiċi, fosthom il-ftuh ta’ Tourist Information Office f’Marsaxlokk, fin-nofsinhar ta’ Malta
L-isforzi li qed isiru, f’konformità mal-politika tal-Gvern għal dan is settur, qed juri biċ-ċar li m’aħniex qed inħarsu biss lejn in-numri rekord ta’ turisti li jżuru pajjiżna iżda li ssir dik il-qabża fil-kwalità ħa nattiraw turiżmu ta’ aktar kwalita’.
Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu – proġetti b’fondi strutturali tal-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ħsibijiet tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu fir-rigward ta’ proġetti li jikkwalifikaw għal fondi skont sejħiet maħruġa għal proġetti minn fondi strutturali għas-snin 2014-2020?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Prodott, fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, issottometta applikazzjoni għar-restawr ta’ numru ta’ torrijiet kostali f’Malta, Kemmuna u Għawdex.
Barra minn hekk, f’Settembru tal-2015, l-Awtorità applikat għal fondi taħt l-iskema tal-European Structural Funds għall-proġett ‘
Entrepreneurship in Tourism’
. Dan il-proġett huwa mmirat lejn nies li jixtiequ jiftħu intrapriża marbuta mas-settur tat-turiżmu. Permezz ta’ dan il-kors, il-parteċipanti jiġu imħarrġa fuq diversi aspetti relatati ma’
entrepreneurship
u t-tmexxija ta’ intrapriża. Il-progett huwa ppjanat li iħarreġ 60 persuna, li 35% minnhom jaslu jwaqfu intrapriża. Huwa mahsub ukoll li dawk li jkunu jridu jiftħu intrapriża jiġi mgħejjuna finanzjarjament permezz ta’ fondi taħt l-iskema European Regional Development Funds.
F'Jannar ta' din is-sena, applikjana wkoll ghal fondi taħt l-iskema ta’ Erasmus+ bil-għan li jittejbu l-ħiliet diġitali u l-prestazzjoni fis- settur tal-
catering
f'Malta . Il-proġett huwa immirat għal madwar 60 parteċipant u se jiġi mwettaq fuq perjodu ta' sentejn .
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti li qed jattendu korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm minnhom huma full-time u kemm huma part-time?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19180, datata 14 ta’ Ottubru 2015.
National Aerospace Centre — scientist/researcher/engineer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni ta’ scientist/researcher/engineer fin-National Aerospace Centre hekk kif irriklamata f’Vacancy Number 293707 ġietx mimlija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pozizzjoni ta’ scientist/researcher/engineer fin-National Aerospace Centre hekk kif irriklamata f’Vacancy Number 293707, ntliet wara sejħa formali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għall-manutenzjoni estensiva ta’ Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta? Jekk iva, meta huma mistennija jibdew, u meta hu maħsub li jkunu lesti? Jista’ jgħid x’inhuma l-pjanijiet ta’ arranġamenti tat-traffiku alternattiv f’dan il-każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni fuq it-toroq arterjali u distributorji ssir skont il-prioritajiet tal-pajjiż. Ta’ min isemmi pero’, li Transport Malta, tul din it-triq, se tkun qed tagħmel xi tiswijiet fuq il-bankini u xi spralli fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa’ l-video ta’ Transport Malta biex jippromwovi Triq il-Kosta, u min kienu l-kumpaniji / individwi involuti fil-filmat u l-produzzjoni tiegħu? Jista’ jgħid jekk dawn intgħażlux bi quotation jew b’direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-video ta’ Transport Malta biex jippromwovi Triq il-Kosta ġie jiswa €750. Il-filmat inġibed mill-kumpanija Aerial Malta u l-editjar sar kollu inhouse minn Transport Malta. L-għażla tal-kumpanija li ħadet ħsieb tal-ġbid tal-filmat saret skont il-proċeduri stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li hawn operaturi fil-Gżejjer Maltin li jagħsru ż-żejt taż-żebbuġa, u kemm minn dawn huma f'pussess ta' producers licence sad-data li fiha qed issir din id-domanda? Jista’ jpoġġi lista ta' operaturi liċenzjati fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, hemm erba' għassara taż-żejt taż-żebbuġa li huma reġistrati u liċenzjati mad-Dipartiment tal-Agrikoltura. Il-lokalitajiet ta’ dawn huma: ir-Rabat (Malta), l-Imdina, ix-Xewkija (Għawdex) u Marsaskala.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swew id-dwal li twaħħlu mas-swar taċ-Ċittadella, mingħand min inxtraw, u jekk hux b’tender jew direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li s-sistema tad-dawl taċ-Ċittadella hija parti mill-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea u qed issir wara li nħarġet sejħa għall-offerti bir-referenza CT3090/2013. Il-kuntrattur huwa Richard Cauchi. Is-sistema hija stmata li ser tiswa €357,218.72 (inkluża l-VAT)
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati mitlufa sigħat ta' xogħol (man hours) mill-impjegati kollha taċ-Ċivil, dipartiment b'dipartiment nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Ottubru, b'riżultat ta' konġestjoni kbira speċjali tat-traffiku li kien hemm dakinhar?
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — ċaqlieq ta' uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-uffiċini tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jiċċaqalqu? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir dan, u fejn hu maħsub li ser ikunu dawn l-uffiċini?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 15465, datata 24 ta’ Marzu 2015 u 18035, datata 7 t’Ottubru 2015.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konsulenti li taw is-servizzi tagħhom lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mill-1 ta' Jannar 2015 sad-data ta' din il-mistoqsija? Jista' jgħid kemm tħallas kull konsulent, u jekk dan sarx wara sejħa għal offerti jew direct order?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.