Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #24916 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – resurfacing ta’ sqaq

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex sqaq biswit ir-residenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jiġi resurfaced wara xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li dawn ix-xogħlijiet saru sabiex jinbidel il-main tal-ilma. Huwa ppjanat li din il-ġimgħa jingħata wiċċ ġdid fejn saru t-trinek.
Leg 12 PQ #24859 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24860 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24861 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24862 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24863 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24864 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

L-Imtarfa – Triq il-Kavallier Vinċenzo Bonello – irranġar ta’ ħajt

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex jitranġa ħajt fi Triq il-Kavallier Vinċenzo Bonello fl-Imtarfa, li ilu mwaqqa’ għal numru twil ta’ żmien u li hu ta’ periklu għaliex il-parti esposta tagħti għar-raba' li jinsab 'l isfel mit-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Pensjoni tal-Invalidità – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex isir progress fir-rigward ta’ Pensjoni tal-Invalidità tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għal Learning Support Assistant – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex isir progress fir-rigward ta’ applikazzjoni għal Learning Support Assistant (LSA) għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li sar kuntatt mal-ġenituri tal-persuna li d-dettalji taghħa ingħataw separatament u li għandhom appuntament mal-Istatementing Moderating Panel fis-26 ta' April 2016 għall-istatementing tal-persuna.

Binja ġewwa l-Imtarfa – kwistjoni ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex tiġi riżolta l-kwistjoni tad-dawl biswit il-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li nbniet mill-Awtorità tad-Djar u li tinsab f’żona mdallma ħafna ġewwa l-Imtarfa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istallar u l-manutenzjoni tas-sistemi tad-dawl ta’ barra, ma jaqgħux taħt ir-responsabilità tal-Awtorità tad-Djar. Madanakollu, ninsab infurmat li, madwar sentejn ilu, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa kien istalla xi floodlights biex idawlu l-passaġġi ta’ madwar il-binja imsemmija.

Binja ġewwa l-Imtarfa – kwistjoni ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex tiġi riżolta l-kwistjoni tad-dawl biswit il-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li nbniet mill-Awtorità tad-Djar u li tinsab f’żona mdallma ħafna ġewwa l-Imtarfa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #24167 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Binja ġewwa l-Imtarfa – kwistjoni ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex tiġi riżolta l-kwistjoni tad-dawl biswit il-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li nbniet mill-Awtorità tad-Djar u li tinsab f’żona mdallma ħafna ġewwa l-Imtarfa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-Enemalta plc qed tikkollabora mal-kunsill lokali tal-lokalità indikata biex jitħejjew il-preparamenti tekniċi kollha ħalli ż-żona indikata tkun imdawla b’mod sikur. Kif ix-xogħlijiet tekniċi jitlestew u jkunu ċċertifikati, Enemalta tkun tista’ tipprovdi l-provvista tal-elettriku meħtieġa.

Problema ta’ ilma qiegħed – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-ilma li joqgħod quddiem ir-residenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jsir kuntatt mar-residenti li joqogħdu f’din id-dar, bis-soluzzjonijiet possibbli u x’inhuma l-passi li jmiss jittieħdu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tindirizza din il-problema fil-ġranet li ġejjin billi tagħmel ix-xogħlijiet neċessarji.

Lift f’binja

Question

Jista’ l-Ministru jindaga dwar il-progress u jieħu azzjoni minnufih sabiex jiġi mwaħħal u jibda jiffunzjona l-lift fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Pensjoni tal-Età – Każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jindaga għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata li ma għadhiex intitolata għall-pensjoni tal-età (AP) u li dwarha kienet appellat mid-deċiżjoni u jara li jsir kuntatt mal-persuna u jkun hemm id-diskussjonijiet meħtieġa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament se tirċievi ittra bl-eżitu tal-każ rispettiv.
Leg 12 PQ #23781 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ir-Rabat – Triq it-Tagħbija — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fi Triq it-Tagħbija fir-Rabat (Malta), u jagħti data ta’ meta mistenni li jkunu lesti x-xogħlijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-kuntrattur ġie mitlub minn Transport Malta ikompli bix-xogħlijiet fis-7 ta’ Marzu 2016. Għaldaqstant ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.

Ir-Rabat – xogħlijiet li minn Triq Għajn Kajjet tagħti għall-Baħrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fi triq li minn Triq Għajn Kajjet tagħti għall-Baħrija, ir-Rabat Malta, u meta dan mistenni jkun lest?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 23406.
Leg 12 PQ #23830 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ir-Rabat – xogħlijiet li minn Triq Għajn Kajjet tagħti għall-Baħrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fi triq li minn Triq Għajn Kajjet tagħti għall-Baħrija, ir-Rabat Malta, u meta dan mistenni jkun lest?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat illi filwaqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel minn kollox biex ix-xogħlijiet f’din it-triq jitlestew mill-aktar fis possibli, ic-ċirkostanzi mhux dejjem jippermettu. Dan peress li nstabu fdalijiet arkeoloġici li jridu jiġu investigati.

Triq Wied il-Bużbież – xogħlijiet fuq ħajt ta’ sejjieħ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru minnufih jieħu azzjoni sabiex jitranġa ħajt tas-sejjieħ, illi jinsab f’kundizzjoni ħażina ħafna, u hu ta’ periklu partikolarment għall-bdiewa tal-inħawi, liema ħajt jinsab fi Triq Wied il-Bużbież u li d-dettalji tal-bdiewa konċernati qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jintbgħat Perit tad-Dipartiment biex jivverifika jekk l-imsemmi ħajt jappartjenix propjeta’ tal-Gvern , f’liema każ id-Dipartiment ikun jista’ jsegwi bit-tiswijiet meħtieġa.