Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn meta huma mistennija jibdew jiġu ingaġġati l-persuni li poġġew għall-eżami ta' skrivana fis-servizz pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ reklutaġġ jinvolvi kemm id-Dipartiment tal-Eżamijiet u kemm lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, u li dan huwa l-proċess li jintuża f’eżamijiet pubbliċi bħal dawn. Malli jitlesta l-proċess kollu ma jkunx hemm xi jżomm l-ingaġġ imsemmi.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 9294 u 13085, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax, illum, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ġie ffirmat lura fl-2014 bejn l-uffiċjali tal-Klabb tal-Futbol internazzjonali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed jitlob hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
B’referenza għall-kuntratt li ġie ffirmat lura fl-2014 bejn l-uffiċjali tal-Klabb tal-Futbol internazzjonali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull tip ta’ reklamar li fih deher l-individwu li ismu qed jingħata separatament, jippromwovi lil Malta f’pajjiżi barranin matul April 2014 u Settembru 2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-reklamar mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
MTA – individwu – training camps għall-atleti barranin
Question
B’referenza għall-kuntratt li ġie ffirmat lura fl-2014 bejn l-uffiċjali tal-Klabb tal-Futbol internazzjonali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il training camp għall-atleti barranin mexxa f’pajjiżna l-individwu li ismu qed jingħata separatment, matul l-2014, l-2015 u l-2016? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ parteċipanti barranin matul kull training camp li ġie organizzat? Jista’ jgħid f’liema lukandi kienu alloġġjati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa saru żewġ (2) training camps organiżżati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għall-parteċipanti Taljani, bħala parti mill-ftehim ma’ Javier Zanetti. L-ewwel edizzjoni saħħet bejn is-26 u l-31 ta’ Marzu 2015 fejn attendew 80 parteċipant. It-tieni edizzjoni seħħet bejn it-13 u l-15 ta’ Frar 2016 fejn attendew 120 parteċipant.
L-għażla tal-lukandi fejn il-parteċipanti qagħdu matul iż-żjara tagħhom f’Malta kienet waħda libera għalihom. Kull parteċipant organiżża l-vjaġġ tiegħu lejn Malta b’mod individwali u kullħadd għażel li jibbukkja l-lukanda jew forma ta’ akkommodazzjoni oħra skont kif xtaq.
Malta Film Studio – proċess ta’ request for proposals – bini, rinovar, manutenzjoni u tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitkompla l-proċess ta’ request for proposals wara li ġew sottomessi l-espressjoni ta’ interessi fil-bini, rinovar, manutenzjoni u tmexxija tal-Malta Film Studio?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess kompettitiv għadu għaddej. Id-dokument tal-RFP (Request for Proposals) mistenni li jkun finalizzat fil-ġimgħat li ġejjin. Dawk il-kumpaniji li ħadu sehem fl-EOI, u huma eliġibbli, se jingħataw numru definit ta’ xhur sabiex jippreżentaw il-proposta finali tagħhom lill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex titneħħa kamra li kienet tintuża minn uffiċjali tat-trasport pubbliku u li issa ma għadhiex tintuża li qegħda fis-Saqqajja, l-Imdina?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’ hemm l-ebda ħsieb li l-kamra li qiegħed jirreferi għaliha titneħħa.
Jista’ l-Prim Ministru responsabbli mill-enerġija jieħu azzjoni minnufih sabiex id-dwal fi Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta li ilhom mitfija għal diversi ġranet jiġu rranġati mill-ħsarat li għandhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat illi l-Enemalta plc rċeviet l-ewwel rapport dwar il-ħsarat imsemmija fil-jiem li għaddew u sad-data li daħlet din il-mistoqsija, l-imsemmija ħsara kienet diġa’ rranġata.
L-Enemalta plc tixtieq tfakkar li diffikultajiet jew ħsarat dwar id-dawl fit-toroq u f’postijiet pubbliċi, iridu jiġu rrapurtati lill-Kunsilli Lokali responsabbli mill-inħawi kkonċernati. Meta l-Kunsilli Lokali ma jkunux jistgħu iwettqu t-tiswijiet huma stess, dawn jikkuntattjaw lil Enemalta plc permezz ta’ proċedura stabbilita’ biex tingħata l-għajununa mill-aktar fis.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt bejn l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu (MTA) u l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt hekk kif mitlub, minkejja li hemm appell pendenti dwar dan mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu.
Niċċara mill-ewwel li s-Sinjura Michelle Buttiġieġ mhix
envoy
, jew f’xi forma ta’ impjieg mal-Awtorita’, imma professjonista fit-turiżmu li s-servizzi tagħha ġew ingaġġjati lokalment fi New York sabiex tirrappreżenta l-MTA fil-
marketing
u promozzjoni ta’ pajjiżna fil-kontinent Amerikan.
Is-Sinjura Michelle Buttiġieġ titħallas
retainer fee
ta’ €5,083 fix-xahar li baqgħat stabbli sa mill-bidu tal-kuntratt. Kif diġa msemmi hawn fuq, Michelle Buttiġieġ mhix impjegata ta’ l-MTA. Għaldaqstant l-MTA m’għandiex spejjeż addizzjonali ta’ taxxa, sigurta’ nazzjonali jew assikurazzjoni.
Nieħu l-opportunita’ minn din il-Mistoqsija Parlamentari tal-Onorevoli Interpellant sabiex ninforma lil din il-Kamra li tlabt lill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu tgħidli kif jikkompara l-ħlas li tirċievi s-Sinjura Michelle Buttiġieġ mal-ħlas li jirċievu rappreżentanti oħra bħalha għall-MTA fi swieq oħra u jiena ġejt infurmat li r-rapprezentanti ta’ l-MTA fl-Olanda, Belġju, Russja, Spanja u Skandinavja fost oħrajn, ilkoll kemm huma jirċievu ħlasijiet sostanzjalment għola minn Michelle Buttiġieġ minkejja l-fatt li l-ispejjez huma ferm għola fl-Amerika u b’mod speċjali fil-belt ta’ New York. Il-ftehim ma’ dawn ir-rappreżentanti ta’ l-MTA fl-Olanda, Belġju, Russja, Spanja u Skandinavja fost oħrajn, kien sar fl-2011/12 fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti u baqa’ għaddej bl-istess termini sa llum.
Inżid ngħid ukoll illi kieku l-Awtorita’ kellha tibgħat lil xi ħadd minn Malta sabiex jagħmel l-istess xogħol li qegħda tagħmel Michelle Buttiġieġ, dan jigi jiswa lill-MTA ferm iżjed kemm f’salarju u
allowances
kif ukoll spejjeż oħra bħalma huma assikurazzjoni fuq is-saħħa u skejjel tat-tfal jekk il-persuna appuntata jkollha/jkollu. Fil-fatt, l-aħħar sena li l-MTA kellha uffiċju fi New York li kien ingħalaq fl-2004, il-paga u spejjeż oħra relatati ma’ l-impjieg ta’ dirrettur kienet ta’ madwar €7,300 fix-xahar li hija ‘l fuq minn 40% aktar u dan 12-il sena wara.
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Nterpellant illi, wara 12-il sena b’nuqqas ta’ rapreżentanza fis-suq Amerikan, rajna li f’sentejn biss wara li reġgħet ġiet stabbilita r-rappreżentanza tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ġewwa New York, diġa qed isir impatt minn pajjiżna mal-kommunita tal-aġenziji tal-ivvjaġġar fl-Amerika. Konferma ta’ dan huwa l-unur prestiġġjuż mirbuħ mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu fis-6 ta’ Jannar 2016 fejn l-uffiċċju fl-Amerka rebaħ is-Silver Award fi tlett kategoriji ta’ l-Annual Travvy Awards ġewwa New York. Pajjiżna ġie ppremjat fil-kategoriji
Best Luxury Destination Europe, Best Luxury Destination Overall
u
Most Innovative Tourism Executive Europe
. Dan ta’ l-aħħar kien propju mirbuħ mis-Sinjura Michelle Buttiġieġ.
L-Interpellant għandu jinnota wkoll is-suċċess li qed jinkiseb f’dak li jirrigwardja l-ammont ta’ vi¿itaturi mill-Istati Uniti fejn kif wieħed jista’ jara, iż-żidiet huma sostanzjali u dejjem jikbru f'termini t’għadd u perċentwali. Meta nikkomparaw l-2015 mal-2013, naraw tkabbir ta’ 33.4% mis-Suq Amerikan, filwaqt li bejn l-2015 u l-2012, iż-żieda hija ta’ 44%.
Sena
Numru ta’
viżitaturi
Ż
ieda (%)
Ż
ieda (numru ta’ persuni)
2012
18,027
2013
19,502
8
1,475
2014
22,402
14.8
2,900
2015
26,073
16.4
3,671
Malta Financial Services Authority – ħruġ ta’ multi żbaljati lil kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Malta Financial Services Authority, ħarġet eluf ta’ multi żbaljati lil għadd ta’ kumpaniji? Jekk iva, x’se jkun qed jagħmel ir-Reġistratur tal-Kumpaniji biex jirrifondi l-multi mħallsa żejda u jirrimedja s-sitwazzjoni li wasslet għal dan l-iżball?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24859 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24860 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24861 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24862 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24863 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24864 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, billi r-risposta tirrikjedi ammont ta’ xogħol u ħin biex tiġi mwieġba, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.