Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4791 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — riklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ir-Rabat (Malta) — Vjal il-Ħaddiem - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jerġa' jibda x-xogħol fuq it-tieni parti ta' Vjal il-Ħaddiem fir-Rabat, u sa meta dan ix-xogħol mistenni li jkun lest?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4219.