Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin mil-liema programm ġejjin?
Response (CARDONA, CHRIS)
Bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorità ta’ Ġestjoni tibda toħroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma diagnosed bil-multiple sclerosis? Jista’ jgħid ukoll kemm huma dawk li jibbenefikaw mill-benefiċċju għall-multiple sclerosis?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skont id-database tal-iSkeda V, hemm 301 il-pazjent li jibbenefikaw mill-benefiċċju għal din il-marda.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra analiżi tar-raġunijiet għalfejn ingħatat ċittadinanza (apparti dik miksuba mit-twelid, naturalment) fl-aħħar għaxar snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ko-ordinatur tas-sigurtà u difiża bi preparazzjoni għall-presidenza tal-unjoni ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, issa li l-brigadier li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irrifjuta l-kariga, min hu maħsub li jimla l-post ta' ko-ordinatur tas-sigurtà u difiża bi preparazzjoni għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017? Ladarba l-Brigadier mhux interessat fil-kariga, jista’ jgħid jekk jikkontemplax li l-Brigadier jiġi re-instated fil-kariga ta’ Kmandant tal-Armata?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru qiegħed jikkonsidra persuni oħra ta’ integrità li jkunu jistgħu jingħataw kuntratt bħala ko-ordinatur tas-sigurtà. Il-Brigadier, wara li għalaq il-25 sena servizz wera hu ix-xewqa tiegħu li jirtira mill-Armata u l-Gvern jirrispetta d-deċiżjoni tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' soċjetajiet/għaqdiet/każini tal-baned irreġistrati mal-Kummissarju tal-Pulizija skont id-Dipartiment tal-Informazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Uffiċċju tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin mil-liema programm ġejjin?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin mil-liema programm ġejjin?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropeja sabiex jiġi approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-process meta l-Awtorità ta’ Gestjoni tibda toħroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5365 li tirreferi għad-Dipartiment tal-Artijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kif u meta hu maħsub li l-artijiet meħuda fuq konvenju mill-Awtorità tad-Dar, u li lista tagħhom ġiet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra nhar is-16 ta' Novembru 2013, jinxtraw mingħand is-sidien oriġinali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern huwa konxju li hemm diversi persuni li qegħdin fuq konvenju mal-Awtorità tad-Djar u li għadhom ma ġewx imsejħa biex jiġi konkluż il-kuntratt tat-trasferiment, u dan għaliex l-art fejn huma mibnija r-residenzi tagħhom għadha ma ġietx akkwistata mill-Gvern mingħand is-sidien oriġinali tagħha.
Ta’ min isemmi illi l-valur sabiex l-artijiet kollha, li fil-parti l-kbira ttieħdu snin ilu u, fejn hemm mibnjia dawn ir-residenzi jiġu akkwistati, jammonta għal miljuni ta’ euro u għalhekk, kif sar fl-aħħar snin, dan l-eżerċizzju jrid jitqassam fuq numru ta’ snin biex jitlesta. Però, id-Dipartiment qiegħed jagħti priorità biex dan ix-xiri jseħħ malajr kemm jista’ jkun u konxju ta’ dan, il-Gvern f’dawn l-aħħar snin, beda jalloka fondi apposta fl-Estimi, inkluż f’dawk tas-sena li ġejja, sabiex jilħaq ma’ dan il-għan.
Peress illi ġie nnutat li fost postijiet oħra, il-belveder fuq il-Blue Grotto, l-irdum ta' Ħad-Dingli u Fomm ir-Riħ jinsabu fi bżonn urġenti ta' tindif wara ħafna xhur li dan ma sarx, jista' l-Ministru jieħu azzjoni minnufih mal-kunsilli lokali rispettivi biex dan it-tindif isir, skont proċedura ta' infurzar li teżisti mid-Dipartiment tal-Indafa Pubblika, fi ħdan id-diviżjoni tal-xogħlijiet pubbliċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li ser tintbagħat notifika lill-Kunsilli Lokali konċernati sabiex isir it-tindif neċessarju fiż-żoni imsemmija.
Rigward artijiet li fuqhom hemm mibnija d-djar mogħtija mill-Awtorità tad-Djar u li għadhom fuq konvenju mas-sidien oriġinali, tista’ l-Ministru tgħid fejn jinsabu dawn l-artijiet, meta u kif hemm il-ħsieb li jinxtraw mingħand is-sidien oriġinali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tal-artijiet li fuqhom hemm mibnija d-djar mogħtija mill-Awtorità tad-Djar u li għadhom fuq konvenju mas-sidien oriġinali qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Baġit 2014 — Billboards – spiża fuq stampar, kiri u armar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-billboards dwar il-Baġit 2014 humiex tal-Gvern jew tal-Partit Laburista? Jekk tal-Gvern, kemm hi l-ispiża tal-istampar, il-kiri u l-armar tagħhom? Lil min qed titħallas u b’liema mod ġie magħżul il-kuntratt?
Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea — preparamenti
Question
Jista’d-Deputat Prim Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti għall-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea fl-2017 u fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir?
Response (GRECH, LOUIS)
Il-Preparamenti għall-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja 2017 diġà bdew. Ix-xogħol li sar s’issa jikkonsisti f’laqgħat ma’ diversi Ministeri biex jiġi diskuss ix-xogħol li se jkunu involuti fih tul il-Presidenza Maltija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk twaqqfitx struttura li taħdem fuq il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017 u jekk iva, fiex tikkonsisti din l-istruttura (apparti l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari nfushom)?
Response (GRECH, LOUIS)
L-istruttura formali li se taħdem fuq il-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja 2017 għadha ma twaqqfitx.
Presidenza tal-Unjoni Ewropea – proċess ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm proċess ta’ konsultazzjoni bi preparazzjoni għall-Presidenza? Jekk iva, fiex se jkun qed jikkonsisti?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li jsiru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni bi preparazzjoni għall-Presidenza biex din tkun organizzata fuq bażi by-partisan kif imwiegħed fil-manifest elettorali. Dettalji dwar meta u fiex se jkunu jikkonsistu dawn il-laqgħat jingħataw fil-ħin opportun.
Ir-Rabat (Malta) – Triq Ħal Tartarni – arblu tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitneħħa l-arblu tal-elettriku (li r-ritratt tiegħu qed jintbagħad separatament) li jinsab f’nofs bankina dejqa fil-bidu ta’ Triq Ħal Tartarni ir-Rabat Malta, kważi kantuniera ma’ Triq il-Buskett, għaliex qiegħed ikun ta’ periklu għal min juża l-bankina u kif ukoll għal min isuq fit-triq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3884, ninfurmah ukoll illi sal-ġimgħa li ġejja se jkunu inħarġu s-sejħiet għall-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli rigward l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant kif se nsemmi:-
Tabella 'A' - Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol/Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja/
EFL Monitoring Board
Tabella 'B' - Direttorat għal Servizzi Edukattivi
Tabella 'Ċ' - Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ
Tabella 'D' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi/Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropeja
Tabella 'E' - Kunsill Malti Għall-Isport
Tabella 'F' - MCAST
Tabella 'Ġ' - NCFHE u MCST
L-ammonti indikati huma kontijiet imħallsa diġà.
Rigward artijiet li fuqhom hemm mibnija d-djar mogħtija mill-Awtorità tad-Djar u li għadhom fuq konvenju mas-sidien oriġinali, tista’ l-Ministru tgħid fejn jinsabu dawn l-artijiet, meta u kif hemm il-ħsieb li jinxtraw mingħand is-sidien oriġinali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fis-sistema ta' kif jingħataw l-appuntamenti fl-orthopedic outpatients, u fiex jikkonsisti dan it-tibdil?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-sistema ta’ kif jingħataw l-appuntamenti fl- orthopaedic outpatients baqgħet kif kienet għalkemm qed tiġi annalizata s-sistema biex nistħarġu l-aħjar mod kif se issir ammelorjament. L-unika tibdil li kien hemm kien jikkonċerna l-format tat-Ticket of Referral.
Jista’ l-ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jikkunsidrax għoti ta’ vouchers għall-ikel gluten free minflok li l-ikel jitqassam mid-dipartiment direttament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Gvern ser jesplora l-possibiltà li tiġi ntrodotta skema permezz ta’ ‘Vouchers’ għall-prodotti mhux mediċinali. Ġie ffurmat grupp ta’ ħidma sabiex jipprovdi l-isfond neċessarju nkluż l-amministrazzjoni meħtieġa sabiex tiġi mplimentata din l-iskema aktar ‘il quddiem.
Bħalissa qed issir reviżjoni tal-
policy
tal-ikel mingħajr gluten pprovdut mill-gvern għall-marda ta’
Coeliac
skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali Kap 318 Att 23.