Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Primarja tal-Imġarr – pjanijiet għal skola sekondarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’mod konkret x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar skola sekondarja għall-istudenti li se jispiċċaw mill-iskola primarja tal-Imġarr għas-sena skolastika li tibda minn Settembru 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-istudenti li se jispiċċaw mill-iskejjel primarji kollha tal-Kulleġġ San Nikola se jibdew jattendu l-iskola sekondarja tar-Rabat, bis-sistema l-ġdida tal-Co-Ed. L-iskola tar-Rabat se tkun qed tiffunzjona bħala l-Middle School tal-Kulleġġ.

Skemi ta’ scholarships

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ħsibijiet tal-Ministeru tiegħu rigward skemi ta’ scholarships għall-istudju barra minn Malta, għas-snin skolastiċi li jibdew minn Settembru 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħal ma hemm fil-Programm Elettorali tal-Gvern, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol irid joħloq aktar opportunitajiet għal min irid jistudja fuq livell ta’ MQF 7 u MQF 8. Bħalissa qed isiru l-aħħar preparamenti biex tiġi mnedija skema oħra ta’ s cholarship u qed jiġu esplorati diversi possibiltajiet inkluż li jiġu użati fondi tal- ESF taħt il-Programm 2014 – 2020. L-iskema l-ġdida mistennija tiġi mnedija fil-ġimgħat li ġejjin. Is-sit elettroniku www.myscholarhip.gov.mt ser tkun aġġornata bl-aħħar dettalji.

Ir-Rabat (Malta) – Triq Ġorġ Borg Olivier – manutenzjoni fuq il-bankini

Question

Jista’ l-Ministru minnufih jieħu azzjoni biex issir manutenzjoni fuq il-bankini fi Triq Ġorġ Borg Olivier r-Rabat (Malta) li jinsabu fi stat ħażin ħafna u qed ikunu ta’ periklu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, Transport Malta għandha nota tal-istat tal-bankini fi Triq Borg Olivier, Rabat u ser tkun qed tagħmel xogħlijiet skont il-prijoritajiet.

Priġunieri — parole

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' min kienu l-priġunieri mogħtija l-parole, u min kienu l-avukati difensuri tagħhom dakinhar tas-sentenza oriġinali u issa li ngħataw il-parole?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kunfidenzjali.

Skola Sekondarja Subien Ħandaq – assenteiżmu ta’ għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-assenteiżmu ta’għalliema fil-Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Subien, tal-Ħandaq? Kemm kienu, f’liema suġġetti kienu u x’rimedji ttieħdu sabiex dak li ntilef jiġi rkuprat qabel l-eżami ta’ nofs is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li meta l-klassi jkollha l-għalliema tagħha bis-sick leave, l-istess għalliema tieħu l-klassi meta jkollha replacement mal-istess klassi sabiex tikkompensa għall-lezzjonijiet li jkunu tilfu. Il-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7657 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċina Zometa – out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-pilloli Zometa, użati fil-kura tal-kanċer se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tal-Gvern? Jista’ jieħu azzjoni minnufih biex dan ikun malajr kemm jista’ jkun?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li z-Zolendronic acid m’hijiex pillola imma Vjala, u din tinsab fl-isptarijiet fejn tingħata lill-pazjenti.

L-Imtarfa – xogħlijiet fuq bandli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm il-ħtieġa li jerġa’ jinqala’ x-xogħol li kien lest ġewwa l-bandli tal-Imtarfa? Kemm se jiswa x-xogħol u meta hu maħsub li din iż-żona tkun lesta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ġewwa l-bandli tal-Imtarfa tlesta wara li dan ix-xogħol kellu jerġa jinqala’ minħabba l-fatt li d-Dipartiment ma aċċettax xogħol inferjuri. Dan kollu sar a spejjeż tal-kuntrattur. Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li ġara fi Triq Melita ġewwa l’ Belt Valletta minħabba nuqqasijiet tal-Gvern preċedenti. Ta’ min ifakkar li din it-triq kellha tinqala’ mill-ġdid mill-Gvern preżenti wara inqas minn sena li kien tlesta ix-xogħol fuqha mill-amministrazzjoni preċedenti. Peress li kien leħaq skada il-perjodu li matulu il-kuntrattur seta’ jinżamm responsabbli għax-xogħol li għamel, l-ispiża li qabbżet il-€100,000 biex isir dan ix-xogħol mill-ġdid kellhom jitħallsu minn Transport Malta. Il-Ministeru tiegħi ried jiżgura li x-xogħol jitlesta fi żmien aċċettabli u fil-fatt dan tlesta ġimgħatejn qabel ippjanat.

Transport Malta – xogħlijiet fi Triq iż-Żebbuġ, Ħaż-Żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex isiru x-xogħlijiet urġenti li hemm bżonn fi Triq iż-Żebbuġ, it-triq li mit-telgħa tar-Rabat tagħti għal Ħaż-Żebbuġ? Jista’ jikkonferma li t-triq taqa’ fir-responsabilità ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq iż-Żebbuġ, f’Ħaż-Żebbuġ hija triq residenzjali li taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Kunsill Lokali. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Triq Ħaż-Żebbuġ fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ stess, f’dan il-każ din it-triq hija waħda rurali barra mill-iskema tal-bini u għalhekk din ukoll ma taqax taħt ir-responsabilta’ ta’ Transport Malta. Madanakollu għajnuna tingħata skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Leg 12 PQ #7212 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni Maltija fi Strasburgu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta’ kemm swiet iż-żjara fi Strasburgu (titjiriet, akkomodazzjoni u spejjeż oħra) tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament liema żjara saret qabel id-dibattitu dwar ir-riżoluzzjoni dwar iċ-ċittadinanza? Mil-liema vot tħallsu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar

L-Imdina – lapida kommemorattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'wassal biex tinqala’ l-lapida kommemorattiva tal-Ftuħ tal-Foss tal-Imdina, liema proġett ġie inawgurat f'Marzu 2013 mill-Prim Ministru u l-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura? Jista’ jieħu passi biex din terġa’ titpoġġa fil-post oriġinali tagħha minnufih?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lapida kommemorattiva tal-ftuħ tal-Foss tal-Imdina kienet inqalgħet temporanjament għal xogħol ta’ manutenzjoni.Fil-preżent tinsab lura f’postha.

sezzjoni YOURS — rilokazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2961, jista’ l-Ministru jelabora fuq dawn il-ħsibijiet u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji dwar l-att identifikata u pjanti u dokumenti oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħed isir studju dwar liem art qrib is-sezzjoni tas-SATU, tista’ tkun l-iktar adegwata għall-iskop tal-binja l-ġdida tal-YOURS. Qegħdin jiġu mniegħda ukoll pjanti ġodda, iżda nirrisserva d-dritt li nesponi dan ix-xogħol qabel ma nkun ikkonsultajt mal-Awtoritajiet konċernati.

Servizz ta’ social worker – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi kkunsidrat kemm jista’ jkun malajr għas-servizz ta' social worker?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sinjura kkonċernata kellha każ li kien magħluq fl-2004. Jekk hemm xi bzonnijiet oħra, is-Sinjura hija mħeġġa titkellem mal-Aġenzija.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru titlob lid-dipartiment ikkonċernat sabiex jassigura li t-tnaqqis tal-pensjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwa ġustifikat u bbażat fuq workings tajba?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tnaqqis li qiegħed iseħħ mill-pensjoni kontributorja għall-Irtirar tal-persuna msemmija minnu hu ġustifikat u bbażat fuq workings tajbin.

Presidenza tal-Unjoni Ewropea – loġistika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Curriculum Vitae tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, magħżul biex jieħu ħsieb il-loġistika tal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li minħabba li d-diffużjoni tad-dettalji personali tfisser ksur tad-dritt tal-privatezza tal-persuni, d-dokument li ntalab ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Presidenza tal-Unjoni Ewropea – loġistika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pakkett ta' remunerazzjoni u dettalji oħra tal-kundizzjonijiet maqbula mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, magħżul biex jieħu ħsieb il-loġistika tal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-individwu konċernat qed jitħallas salarju ekwivalenti għal Skala 2 tas-Servizz Pubbliku fis-sena. Huwa ntitolat wkoll għal expense allowance, car allowance, rifużjoni ta’ spejjeż ta’ mobile phone kif ukoll għal ADSL connection fir-residenza tiegħu.

Presidenza ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea – loġistika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference maqbula mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, magħżul biex jieħu ħsieb il-loġistika tal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-individwu konċernat se jkun qed jaqdi d-dmijrijiet tiegħu bħala Executive Director (Logistics) b’rabta mal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017.

Presidenza tal-Unjoni Ewropea – loġistika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Curriculum Vitae tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, magħżul biex jieħu ħsieb il-lat politiku tal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li minħabba li d-diffużjoni tad-dettalji personali tfisser ksur tad-dritt tal-privatezza tal-persuni, d-dokument li ntalab ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Presidenza ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea – loġistika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pakkett ta' remunerazzjoni u dettalji oħra tal-kundizzjonijiet maqbula mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, magħżul biex jieħu ħsieb il-lat politiku tal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-individwu konċernat qed jitħallas salarju ekwivalenti għal Skala 2 tas-Servizz Pubbliku fis-sena. Huwa ntitolat wkoll għal expense allowance, car allowance, rifużjoni ta’ spejjeż ta’ mobile phone kif ukoll għal ADSL connection fir-residenza tiegħu.

Presidenza ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea – loġistika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference maqbula mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, magħżul biex jieħu ħsieb il-lat politiku tal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-individwu konċernat se jkun qed jaqdi d-dmijrijiet tiegħu bħala Executive Director (Programming and Training) b’rabta mal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017.

L-Imtarfa – Triq il-Maltin Internati u Eżiljati – dawl

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja sabiex jiġi stallat dawl fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati (magħrufa aħjar bħala l-bypass tal-Imtarfa)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.