Kunsill Lokali tar-Rabat –devoluzzjoni ta’ proprjetà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet pendenti għaldevoluzzjoni ta’ proprjetà mill-Kunsill Lokali tar-Rabat (Malta), l-Imdina, l-Imġarr, Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, l-Imtarfa u jekk iva, x’inhuma? F’liema stadju qegħdin?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif mgħoddija lili mid-Direttorat tal-Kunsilli Lokali.
Kunsill Lokali tar-Rabat – pjanijiet għar-roundabout ta’ ħdejn in-Nigret
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għar-roundabout (il-kbira) li tinsab fin-Nigret, ir-Rabat (Malta), skont proposti li kienu saru waqt laqgħa li l-Ministru kellu mal-Kunsill Lokali tar-Rabat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemmx pjani ta’ xogħol fuq din il-junction.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat (Malta) mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Kien hemm mija u sebgħa u sittin elf, seba’ mija u tmenin (167,780) persuna li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat (Malta) mill-1 ta’ Jannar 2013 sas-sbatax (17) ta’ Lulju 2014.
Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – Żjarat ta’ Tħejjia
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jelenka x'inhuma ż-żjarat barra minn Malta li saru b'rabta mat-tħejjija għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bejn Ġunju 2013 u Mejju 2014 saru żjarat ġewwa Dublin, Vilnius, Vjenna, Bratislava, Brussell u Ruma b'rabta mat-tħejjija għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Rabat — Binjiet tal-Gvern – xogħlijiet fuq galleriji
Question
Jista’ l-Ministru jara li x-xogħlijiet li ilhom biex isiru sena fil-galleriji tal-appartamenti tal-Gvern li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li ilhom li ġew spezzjonati mill-Awtorità tad-Djar iżjed minn sena, isiru kemm jista’ jkun malajr minħabba perikli li qed jikkawżaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10037, jista’ d-Deputat Prim Ministru jelenka, fuq liema proġetti dawn iridu jitnefqu, ministeru b’ministeru?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Aktar dettalji jistgħu jiġu aċċesati mill-website http://www.eufunds.gov.mt
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtat serq minn djar, karozzi u ħwienet, skont il-każ fil-lokalitajiet li jiffurmaw is-7 distrett elettorali mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji dwar in-numru ta’serq minn djar, karozzi u ħwienet, min lokalitajiet li jagħmlu parti mis-Seba’ Distrett, mil-1 ta’ Jannar 2013, sa l-aħħar ta’ Ġunju 2014.
B’referenza għall-bord tal-inġustizzji li twaqqaf fi ħdan l-Armata, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-gradi ta’ suldati u fizzjali li għandhom dritt għas-smigħ minn dan il-bord?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull membru fil-Forzi Armati ta' Malta, fi kwalunkwe grad, kellu d-dritt li jkollu l-allegat inġustizzja fil-konfront rispettiv indirizzata, dejjem suġġetta għal ċertu kriterji stabbiliti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jelenka, ministeru b’ministeru kemm hu l-ammont li għad irid jiġi mħallas mill-programm 2007-2013?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont li għad irid jiġi disbursed mill-programm 2007-2013 huwa ta’ €400,773,885. L-ammont huwa maqsum skont il-Ministeri kif ġej.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - €1,455,524
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali - €1,373,649
Ministeru għall-Finanzi - €124,206
Ministeru għall-Intern u S-Sigurta’ Nazzjonali - €2,346,733
Ministeru għall-Edukazzjoni w x-Xogħol - €66,902,010
Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura - €111,254,203
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar - €26,706,310
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima - €43,004,040
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili - €1,596,597
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa - €91,936,275
Ministeru għat-Turiżmu - €1,910,861
Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali - €3,536,495
Ministeru għal Għawdex - €11,597,336
Ministeru għall-Ġustiżżja, Kultura w Gvern Lokali - €37,029,616
Minħabba li t-tqassim ta' bosta formoli tal-income tax għall-individwi sar iżjed tard mis-soltu, jista' l-Ministru jgħarraf bl-estensjonijiet li qegħdin jingħataw fir-rigward tad-deadlines għas-sottomissjoni tar-returns tal-income tax u kif ukoll tal-ħlas relattiv? Se jiġu imposti penali fuq il-ħlas tal-income tax wara t-30 ta' Ġunju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-formoli tat-taxxa tqassmu u peress li normalment id-Dipartiment jikkonċedi ta’ l-inqas 30 ġurnata mid-data li jinħarġu sabiex dawn jiġu sottomessi, il-Kummissarju ser jagħmel bħal ma għamel tul dawn l-aħħar snin u juża d-diskrezzjoni tiegħu billi ma jimponiex multi ta’ sottomissjoni tard rigward formoli li jaslu d-Dipartiment sat-18 ta’ Lulju. Dan japplika wkoll għall-penali fuq pagamenti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jipprovdi kopja tal-proċeduri użati fl-evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet li jsiru għall-applikazzjonijiet ta' fondi ewropej?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' linji gwida utilizzati fl-evalwazzjoni tas-sottomisjonijiet li jsiru għall-applikazzjonijiet ta' Fondi Strutturali, ta' Koeżjoni w dak Soċjali.
Liema dokument huwa diġa publiku u wieħed jista faċilment jaċċessah mill-website http://www.eufunds.gov.mt
Jista' d-Deputat Prim Ministru jippubblika l-proċeduri segwiti fil-ħlas tal-fondi Ewropej?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Manual of Procedures li jirregola l-proċeduri segwiti fil-ħlas tal-Fondi Ewropej.
Liema dokument huwa diġa publiku u wieħed jista faċilment jaċċessah mill-website http://www.eufunds.gov.mt
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta huma mistennija jitħallsu l-fondi tal-Employment Aid Programme dovuti mill-2012?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-fondi tal-Employment Aid Programme dovuti mill-2012 huma mistennija li jitħallsu lill-benefiċċarji eliġġibli sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li matul il-perjodu ta’ din l-amministrazzjoni bejn April ta’ 2013 u April ta’ l-2014 ġew mħallsa madwar €7,695,000 lill-benefiċċarji. Dan jikkuntrasta mas-somma ta’ madwar €3,900,000 li ġiet mħallsa lill-benefiċċarji minn dawn il-fondi bejn l-2009 u Marzu 2013.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8900 u jgħid kemm tiswa l-kampanja fi stampar u kiri ta’ billboards bil-kliem ‘March 31 – cheaper energy bills’, u lil min qed jitħallsu dawn il-flus? Jista' jgħid kemm swiet il-kampanja ta' riklamar fuq mezzi stampati, u awdiovisivi u fuq liem mezzi saret?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 8900 (tmint elef u disa’ mija).
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' fiex waslu x-xogħlijiet fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat (Malta) u min qed jagħmel dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa Transport Malta qegħda tikkoordina flimkien mal- Enemalta, l-WSC u xi entitajiet privati, minħabba li dawn l-entitajiet għandhom xogħolijiet f’din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-indirizz tal-bord tal-Pulizija u kemm-il darba ltaqa' minn Awwissu 2013 sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Awwissu 2013 sal-lum il-Bord tal-Pulizija ltaqa 15-il darba. L-indirizz huwa 194/2, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-partnership agreement formalment sottomess lill-Kummissjoni Ewropea?
Response (GRECH, LOUIS)
Nikkonferma li Malta ssotometiet formalment lill-Kummissjoni Ewropea l-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Peress li d-dokument qiegħed jiġi nnegozjat mal-Kummissjoni Ewropea, mhuwiex għaqli li f’dan l-istadju jiġi ppubblikat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi progress qed isir fil-manutenzjoni u fl-asfaltar fi Triq Ħaż-Żebbuġ bejn ir-Rabat u Ħaż-Żebbuġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hekk kif imwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 7662, Triq Ħaż-Żebbuġ fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta minħabba li hija triq rurali mhux fl-iskema tal-bini. Għaldaqstant Transport Malta tgħin skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiswa l-kampanja fi stampar u kiri ta’ billboards bil-kliem ‘March 31 – cheaper energy bills’, u lil min qed jitħallsu dawn il-flus?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.