Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondi Ewropej għall-bdiewa u r-raħħala

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-fondi ewropej li kienu allokati għall-bdiewa u r-raħħala fl-2014, u mil-liema programm dawn tħallsu, u jekk possibli, f'liema lokalitajiet?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Fondi Ewropej li kienu allokati għall-bdiewa u r-raħħala fl-2014 kienu mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEĠ) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). B’dawn il-fondi tħallsu bdiewa u raħħala minn 68 lokalita` ammonti ta’ €7,082,799.69 u €5,225,030.31 rispettivament.

Invigilators — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jitħallsu dawk il-persuni li servew ta’ invigilators fl-eżamijiet tal-MATSEC ‘O’ Levels f’Mejju 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ħlasijiet tal-invigilators ta’ Mejju li jitħallsu mis-sistema komputerizzata saru fil-ġimgħat li għaddew. Bħalissa qed isiru l-ħlasijiet tal-emendi li ser jitlestew din il-gimgħa.

Il-Mistra – privatizzazzjoni tal-Marina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għall-privatizzazzjoni tal-marina ġewwa l-Mistra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona li qed jirriferi għaliha hija żona ta’ mażżri u mhux marina.

Ix-Xemxija – Żona tal-Veċċja – privatizzazzjoni tal-Marina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għall-privatizzazzjoni tal-marina fiż-żona ta’ Veċċja fix-Xemxija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona li qed jirriferi għaliha hija żona ta’ mażżri u mhux marina.

Buġibba – privatizzazzjoni tal-marina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għall-privatizzazzjoni tal-marina ġewwa Buġibba?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona li qed jirriferi għaliha hija żona ta’ mażżri u mhux marina.

Foss tal-Imdina — lift

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex jitranġa l-lift li mill-Foss tal-Imdina jagħti għall-area tal-bandli, il-parkeġġ u l-inħawi fuq is-Saqqajja, l-Imdina?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-lift imsemmi waqaf jaħdem nhar it-Tnejn 10 ta’ Novembru, u azzjoni immedjata ittieħdet sabiex jiġi irranġat il-ħsara li inqalgħet.

Fondi Ewropej — direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’kienu l-konsulenzi dwar fondi Ewropej li ġew mitluba b’direct order?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninstab infurmat li ma ngħataw l-ebda direct order skont Artiklu 20 (4) tal-public Procurement Regualtions f'konsulenzi dwar fondi Ewropej.

Delegazzjoni fiċ-Ċina

Question

Fid-dawl ta’ dak li ġie rrappurtat fil-media internazzjonali dwar il-mawra tad-delegazzjoni tal-Partit Laburista Malti fiċ-Ċina, jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hux infurmat fuq x’ġie trattat fil-laqgħat fir-rigward tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017?

Response (GRECH, LOUIS)

L-Onor. Interpellant żgur jifhem li wieħed irid jiddistingwi bejn xogħol li jsir mill-Gvern u xogħol li jsir minn partit politiku. Għalhekk mhux il-każ li nwieġeb din il-mistoqsija.

Delegazzjoni fiċ-Ċina

Question

Fid-dawl ta’ dak li ġie rrappurtat fil-media internazzjonali dwar il-mawra ta' delegazzjoni tal-Partit Laburista Malti fiċ-Ċina, jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux infurmat illi delegazzjoni mill-Partit Laburista Malti ttrattat it-tema tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 fuq livell ta' partit waqt id-diskussjonijiet fiċ-Ċina? Jista’ jgħid jekk jafx x'ġie ttrattat u jekk kienx ikkonsultat minn qabel dwar dan?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11918.
Leg 12 PQ #11727 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ir-Rabat – Ċentru Ċiviku — lift

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11506, jista’ l-Prim Ministru jintervjeni personalment ħalli tinstab soluzzjoni temporanja bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u l-ARMS Limited sabiex il-provvista tad-dawl u l-lift fiċ-ċentru ċiviku tar-Rabat ikunu għad-dispożizzjoni ta' dawk li jużaw dan iċ-ċentru ċiviku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ma għandi xejn x’nżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11506.
Leg 12 PQ #11728 Sitting 194 2014-11-03 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ir-Rabat – Ċentru Ċiviku — lift

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11506, li fit-tweġiba għaliha tissemma investigazzjoni dwar meter li ġie nieqes, jista’ l-Ministru jintervjeni personalment sabiex tinstab soluzzjoni temporanja bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u l-ARMS Limited biex sakemm tintemm l-investigazzjoni, il-provvista tad-dawl u l-lift ikunu għad-dispożizzjoni ta' dawk li jużaw iċ-ċentru ċiviku tar-Rabat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 11506 (ħdax-il elf, ħames mija u sitta).

Ħaż-Żebbuġ — triq Ħali - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex Transport Malta tintervjeni f'xogħlijiet ta' bini jew kisi mill-ġdid ta' Triq Ħali f'Ħaż-Żebbuġ li tinsab fi stat ħażin ħafna u ta' periklu għar-residenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq u l-manutenzjoni tagħha ma taqax taħt ir-responsabilta’ ta’ Transport Malta. Għaldaqstant l-interventi isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Direttorat tat-Trade — applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ brokering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet approvati u dawk mhux approvati mid-Direttorat tat-Trade għal-liċenzja ta’ brokering taħt il-Military Equipment (Export Control) Regulations (S.L. 365.13) kull sena mill-2007 sal-2014? Jista’ jagħti d-dettalji tad-data ta’ kull applikazzjoni, kemm dawk li ġew approvati kif ukoll dawk li ma ġewx, jew li għadhom pendenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment tal-Kummerċ irċieva erba’ applikazzjonijiet għal ħruġ tal-liċenzji ta’ broker tal-armi. L-ebda minn dawn l-applikazzjonijiet ma ġew approvati minħabba l-fatt li din kienet l-ewwel darba li saru applikazzjonijiet ta’ din ix-xorta u għaldaqstant għad iridu jsiru konsultazzjonijiet mal-Pulizija u entitajiet oħra konċernati. Id dati tal applikazzjonijiet huma 14.9.2013, 1.11.2013, 29.11.2013 u 7.7.14
Leg 12 PQ #11506 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ir-Rabat (Malta) — Ċentru ċiviku - lift

Question

Jista’ l-Ministru jintervjeni sabiex tissolva l-kwistjoni bejn l-Arms Ltd u l-kuntrattur responsabbli mil-lift taċ-ċentru ċiviku tar-Rabat Malta fuq kontijiet pendenti, u jerġa’ jinxtegħel il-lift sabiex il-pubbliku jkollu aċċess għall-varji faċilitajiet fiċ-ċentru ċiviku?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddejjin l-investigazzjonijiet meħtieġa fir-rigward ta’ arloġġ tad-dawl li allegatament ġie nieqes mill-post.
Leg 12 PQ #11570 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ ta’ individwu – Termini tal-impjieg

Question

Wara dak li ġie rrappurtat fil-mezzi tax-xandir, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema kapaċità uffiċjali ġie jew se jiġi ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini tal-impjieg tiegħu inkluż salarji, allowances u perkaċċi oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi fil-mistoqsija parlamentari tiegħu se jibqa jagħmel xogħol tal-istess natura li kien qed iwettaq fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-ahhar xhur. L-individwu msemmi għandu l-kapaċitajiet u l-ħiliet neċessarji biex jaqdi dan l-irwol u ntagħżel bl-istess mod li kien isir mill-amministrazzjoni preċedenti f’kazijiet simili.
Leg 12 PQ #11571 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ ta’ individwu – sejħa għall-applikazzjonijiet

Question

Wara dak li ġie rrappurtat fil-mezzi tax-xandir, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiex jew se jiġi ingaġġat wara sejħa għall-applikazzjonijiet jew b’mod dirett? Jekk b’sejħa, jista’ jgħid liema sejħa u jippubblika r-riżultati tal-istess sejħa? Jekk b’mod dirett, jista’ jgħid wara deċiżjoni ta’ min seħħ dan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija 11570.
Leg 12 PQ #11572 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ ta’ Individwu fi Brussell

Question

Wara dak li ġie rrappurtat fil-mezzi tax-xandir, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara l-ingaġġ fi Brussell, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux se jżomm kuntratti ta' impjieg li għandu eżistenti f'Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11570.

Ingaġġ ta’ Individwu fi Brussell

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk wara l-ingaġġ fi Brussell, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux se jżomm kuntratti ta' impjieg li għandu eżistenti f'Malta?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninfroma l-Onor. Interpellant li fil-każ tal-individwu konċernat l-kuntratt li kellu f'Malta m'għadux fis-seħħ.

Ingaġġ ta’ Individwu fi Brussell

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk wara l-ingaġġ fi Brussell, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux se jżomm kuntratti ta' impjieg li għandu eżistenti f'Malta?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-individwu konċernat m'għandux kuntratt t'impjieg jew konsulenza ma' dan il-Ministeru.
Leg 12 PQ #11469 Sitting 189 2014-10-21 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex — Forti taċ-Ċittadella - xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qegħdin isiru fil-Forti taċ-Ċittadella, ir-Rabat Għawdex, minn fondi Ewropej u peress li għadd ta' turisti u gwidi tagħhom qed ikunu kostretti li jgħaddu minn fuq pjanċi tal-ħadid waqt li qed isir ix-xogħol u dan qed ikun ta' periklu serju għat-turisti u l-istess gwidi, jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jara li waqt li jsir ċertu xogħol perikoluż bħal tqattigħ ta' trinek, l-aċċess għall-viżitaturi jingħalaq sabiex jiġi evitat periklu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li waqt it-twettiq ta’ xogħlijiet fiċ-Ċittadella qed jiġu segwiti l-proċeduri ta’ saħħa u sigurta’ fuq il-post tax-xogħol. Il-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jkompli bix-xogħlijiet filwaqt li jisgura li l-periklu jiġi evitat.