Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #13362 Sitting 230 2015-01-21 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Linji tal-Ajru low cost

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kumpaniji, waħda waħda li joperaw linji tal-ajru low cost, l-ammont ta’ sussidju mogħti, sena b’sena mill-2008 sal-2014 u jissegrega l-informazzjoni bejn Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant bis-segwenti; 1. Li l-linji tal-ajru low cost ma jagħmlu l-ebda in¿ul fil-gzira ta’ Għawdex għal raġunijiet evidenti u per konsegwenza l-ammont ta’ sussidju ma jistax jiġi segregat bejn Malta u Għawdex; 2. Illi ma jeżisti l-ebda ’sussidju’ hekk kif qed jindika l-abbli Onorevoli Interpellant fid-domanda tiegħu, iżda ‘route development’ jew ‘ strategic marketing support’ ; 3. Illi ‘in ogni caso’ din hija informazzjoni ta’ natura kummerċjali sensittiva ferm għal pajji¿na bħala destinazzjoni turistika u kemm minħabba vinkoli ta’ kunfidenzjalita’ li l-Gvern jew l-MTA għandu mal-linji tal-ajru rispettivi; 4. Illi ninsab ferm sorpriż kif l-Onorevoli u abbli Interpellant qed jinterponi tali domanda, meta l-prassi dwar is-sensittivita’ tal-informazzjoni rikjesta ġejja mill-Amministrazzjoni preċedenti li llum l-Interpellant jifforma parti minnha bhala Deputat Parlamentari fl-Opposizzjoni u li baqgħet tiġi adottata mill-Gvern preżenti; 5. Illi wiehed iserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qed jaħdem biex iġib l-linji tal-ajru ġodda u kif ukoll biex il-linji tal-ajru gja’ stabbiliti iżidu t-titjiriet minn u lejn Malta ħalli l-Gvern jibqa’ jottjeni aktar ‘records’ hekk kif l-istess Gvern għamel fis-sena 2014.
Leg 12 PQ #13363 Sitting 230 2015-01-21 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – auditors’ letter to the management

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar auditors’ letter to the management tal- Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-domanda hija identika għal PQ 13359 u per konsegwenza qed nirreferik għat-tweġiba għat-tali domanda.
Leg 12 PQ #13364 Sitting 230 2015-01-21 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Cruiseliners – ammont ta’ passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jelenka, sena b'sena, l-ammont ta’ passiġġieri li żaru Malta bi cruiseliners, mill-2008 sal-2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabelli ta’ hawn taħt jindikaw kif mitlub in-numru ta’ passiġieri li ġew Malta permezz tal-‘cruiseliners’ bejn is-sena 2008 u 2014. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #13365 Sitting 230 2015-01-21 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Cruiseliners — statistika

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika, cruiseliner bi cruiselineru sena b’sena, ta’ kemm-il waqfa kien hemm fil-Port il-Kbir mill-2008 sal-2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella tindika, kif mitlub, in-numru ta’ calls li saru minn ‘cruiseliners’ bejn is-sena 2008 u 2014 fil-Port il-Kbir. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Pero’ f’dak li jirrigwarda l-parti tal-mistoqsija parlamentari li tirreferi għall-istatistika tal-waqfiet fil-Port il-Kbir cruiseliner bi cruiseliner bejn is-snin 2008 u 2014, trid isir lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #13366 Sitting 230 2015-01-21 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – studenti ggradwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw persuni mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi mill-2008 sal-2014 u f'liema korsijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali ta’ student li ggradwaw bejn is-sena 2008 u sena 2014 kien ta’ 578. Kopja ta’ l-elenku ta’ kemm iggradwaw studenti sena b’sena u kors b’kors qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #13367 Sitting 230 2015-01-21 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondi Ewropej għal Turiżmu Sostenibbli – fond attiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għadux attiv il-fond minn Fondi Ewropej għal Turiżmu Sostenibbli?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-fond Ewropew ghat-Turiżmu Sostenibbli li kienet lill-intrapriżi għalaq fl-aħħar tal-2014. Rigward il-fond li qed isir referenza għalih fil-mistoqsija indikata, attwalment qed isir xogħol relatat mal-ipproċessar ta’ pagamenti u xogħol amministrativ ieħor.
Leg 12 PQ #13356 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – Organisational Structure

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi kif kienet fl-aħħar tal-2012

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Organisational Structure tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi hekk kif mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13357 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar management accounts tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni li qed tintalab hija ta’ natura sensititva.
Leg 12 PQ #13358 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – auditor letters to the management

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar auditors letter to the management tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura sensittiva, għalhekk ma tistax tingħata hekk del resto kienet il-prassi taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #13359 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – auditors’ letter to the management

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar auditors’ letter to the management tal- Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni li qed tintalab hija ta’ natura sensittiva.
Leg 12 PQ #13360 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kategoriji ta’ liċenzji li jinħarġu mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien ma’ spjegazzjoni qasira ta’ fiex tikkonsisti kull kategorija ta’ liċenzja?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità Maltija għat-Turizmu (MTA), skont is-setgħet mogħtija lilha permezz tat-Att dwar is-Servizzi tal-Ivjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta (Kap 409 tal-Liġijiet ta’ Malta) u Leġislazzzjonijiet Sussidjarji li jaqgħu taħt l-istess Att, toħroġ liċenzji fil-kategoriji fl-elenku anness. Dan l-elenku qed jitpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #13361 Sitting 229 2015-01-20 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ liċenzji li nħarġu taħt kull kategorija ta’ liċenzja, sena b’sena mill-2008 sal-2014 u jissegrega l-informazzjoni bejn Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #13350 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Management Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar management accounts tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed tintalab hija ta’ natura sensittiva.
Leg 12 PQ #13351 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – audited Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited financial statements tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza ghas-seduta 151 ta’ l-20 ta’ Mejju 2014 fejn ġew ppreżentati w approvati l-imsemmija ‘audited financial statements’.
Leg 12 PQ #13352 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Organisational Structure

Question

Jista’ l-Ministrju jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kif kienet fl-aħħar tal-2012?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex isib tali informazzjoni huwa mitlub li jidħol fis-sit elettroniku tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu www.mta.com.mt fejn għandu jsib tali informazzjoni u liema struttura hija l-istess li kien hemm fl-aħħar tas-sena 2012.
Leg 12 PQ #13353 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kuntratti ta’ riklamar viġenti fl-2015 għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu lokalment u barra mill-Gżejjer Maltin, u jagħti d-dettalji ta' kemm huma l-ammonti involuti u tal-benefiċjarji mir-reklamar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti ta’ riklamar viġenti fl-2015 għall-Awtorita Maltija għat-Turiżmu tammonta għal €547,946. Il-kumpaniji nvoluti huma: Island Publication, Impact PR, IMNG Ltd, Mirabelle Communications, Travel Extra, Penton Publications, Green Traveller, FC Winterthur, ET &H, Primus, Dunken Magazine, Clear Channel, Blachreport, Mep Magazine, Olympia Verlag u Cresendo.
Leg 12 PQ #13354 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – Studenti full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fuq bażi full-time u kors b'kors?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali li jattendu l-korsijiet fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi fuq bażi full-time huwa ta’ 624. Hawn taħt huwa l-elenku ta’ kif dan in-numru ta’ studenti huwa mqassmin kors b’kors. Isem tal-Kors Numru ta’ studenti Higher National Diploma in Hospitality Mangement 42 Higher National Diploma in Food and Beverage 6 Higher National Diploma in Tour Guiding 15 Higher National Diploma in Tourism Studies 7 Diploma in Food & Beverage Service 14 Diploma in Food Beverage & Production 151 Diploma in Hotel events Management 13 Diploma in Hotel Operations 20 Diploma in Room Division Operation 4 Diploma in Sports Tourism 7 Diploma in Tourism Information System 22 Diploma in Bars & Restaurant Operations 8 Diploma in Culinary Arts 92 Diploma in Events & Sports 35 Certificate in Food Preparation & Production 15 Certificate in Food Preparation & Service 100 Certificate in Hospitality Trades 6 Foundation in Tourism Enterprise 67
Leg 12 PQ #13355 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – studenti part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fuq bażi part-time u kors b'kors?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru totali li jattendu l-korsijiet fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi fuq bażi part-time huwa ta’ 79. Hawn taħt huwa l-elenku ta’ kif dan in-numru ta’ studenti huwa mqassmin kors b’kors. Isem tal-Kors Numru ta’ studenti Wines & Spirits Education Trust 29 Pastry & Baking 14 Kitchen & Larder Intermediate 15 Tour Guide 21

European Investiment Initiative – task force – kompożizzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti d-dettalji dwar minn min tikkonsisti t-task force imwaqqfa mill-Gvern biex tagħmel proposti għal €300 biljun European Investment Initiative?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Finanzi.

European Investiment Initiative – task force — terms of reference

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jippubblika t-terms of reference tat-task force imwaqqfa mill-Gvern biex tagħmel proposti għal €300 biljun European Investment Initiative?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Finanzi.