Jista’ l-Ministrju jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure tal-Awtorità Matija għat-Turiżmu kif kienet fl-aħħar tal-2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13352 datata 19 ta’ Jannar 2015, u dan għaliex is-sitwazzjoni baqgħet l-istess.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi kif kienet fl-aħħar tal-2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13356 datata 20 ta’ Jannar 2015, u dan għaliex is-sitwazzjoni baqgħet l-istess.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda, xahar b'xahar, tal-payroll costs, minn Jannar 2013 sa Diċembru 2014, u n-numru ta’ impjegati part-time u full-time kull xahar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jindika għal liema impjegati qed jirreferi.
Persuni barranin li żaru Malta għal skopijiet mediċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta’ persuni barranin li jżuru pajjiżna għal skopijiet mediċi? Jekk iva, kemm kienu l-persuni li żaru pajjiżna għal dan l-iskop kull sena bejn l-2008 u l-2014, u ta’ liema nazzjonalità kienu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hijiex prassi li tinżamm statistika ta’ persuni barranin li jżuru pajjiżna għal skopijiet mediċi mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.
Jista’ l-Ministru jelenka l-isponsorships mogħtija lill-kunsilli lokali, lokalità b’lokalità, għal kull sena mill-2008 ’l hawn, u fiex ikkonsistew dawn l-isponsorships?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru għat-Turiżmu mis-sena 2008 ‘il quddiem, huma kif elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema fieri barra minn Malta pparteċipat l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mill-2008 sal-2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2008 u 2014, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu pparteċipat f’fieri prinċipali tat-Turiżmu f’dawk il-pajjiżi li minnhom jżuru l-akbar maġġoranza ta’ turisti l-Gzejjer tagħna, kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sistemi ta’ taħriġ jeżistiu għal dawk irreġistrati bħala gwidi mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u xi proceduri jintużaw biex jiġi assigurat li l-livell meħtieġ jiġi rrispettat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gwidi turistiċi huma obbligati programm ta’ CPD (continuous professional development) u dan kull sentejn. Dan il-programm jikkonsisti f’taħriġ ta’ ġurnata li matulha jsiru numru ta’ preżentazzjonijiet ta’ tagħrif ġenerali fuq il-Gzejjer Maltin, liema pre¿entazzjonijiet jkopru diversi oqsma foshom l-ekonomija, żviluppi politiċi u suġġetti partikolari ta’ natura storika.
Fuq assigurazzjoni tal-livell meħtieġ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija obbligata li qabel ma tirreġistra gwida tat-turisti dan irid ikollu ir-rekwiżiti neċessarji, fosthom dawk akkademiċi, skont il-leġislazzjoni kkonċernata.
Ir-rekwiżiti neċessarji sabiex gwida tingħata liċenżja skont il-liġi huma ċertifikat jew diploma li turi l-persuna tkun tterminat b’suċċess il-programm ta’ kwalifikazzjoni għall-gwidi tat-turisti minn ta’ l-inqas f’Livell 5 tan-’
National Qualification Framework’,
li jkun sar minn istituzzjoni ta’ taħriġ rikkonoxxuta mill-istess Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Jista’ l-Ministru jgħid xi spejjeż ta’ stampar saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2013 u 2014, u jekk dawn l-ispejjeż sarux b'direct order, bi quotation jew b'tender? Jista’ jgħid min kienu s-suppliers u kemm kienu l-ammonti mħallsa supplier b'supplier?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2013 u l-2014, l-ispejjeż ta’ stampar li saru mill- Awtorità Maltija għat-Turiżmu, ġew mogħtija kif elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MTA –reklamar fuq mezzi tax-xandir lokali — spejjeż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi spejjeż saru f’reklamar fuq mezzi tax-xandir lokali mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2013 u 2014, u jekk dawn l-ispejjeż sarux b'direct order, bi quotation jew b'tender? Jista’ jgħid b'liema aġenzija, u fuq liema mezz tax-xandir saru dawn l- ispejjeż?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2013 u fl-2014, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għamlet riklamar fuq mezzi tax-xandir lokali kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi spejjeż saru f'reklamar fuq billboards mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fl-2013 u 2014, u jekk dawn l-isejjeż sarux b'direct order, bi quotation jew b'tender? Jista’ jgħid min kienu s-suppliers u kemm kienu l-ammonti mħallsa supplier b'supplier?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu (MTA) ma għamlet l-ebda spejjeż ta’ reklamar fuq billboards fil-sena 2013 u 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost l-appeals board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-appeals board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa kompost kif muri fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-terms of reference tal-appeals board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terms of reference tal-Enforcement Board tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu huma bbażati fuq Artikolu 13 ta’ Kap 409.
Jista’ l-Ministru jgħid meta tlaqqa’ l-aħħar enforcement board tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar li tlaqqa’ l-enforcement board ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) kien fit-22 ta’ Jannar 2015.
Airport Charges Regulatory Board – terms of reference
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal-Airport Charges Regulatory Board?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terms of reference tal-Airport Charges Regulatory Board huma bbażati fuq Reġolament 3 (2) tal-L.S. 499.19, liema kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ kif inhu kompost il-Bord ta’ l-Istitut għall-Istudji Turistiċi qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11396 datata 17 t’Ottubru 2014. Fir-rigward tar-rappreżentant tal-MHRA, is-Sur Matthew Pace, il-post tiegħu ġie vakanti wara li l-istess irriżenja. F’dan l-istadju, l-MHRA qiegħda fil-proċess li tinnomina persuna oħra sabiex tirrapreżentaha fuq il-bord tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu.