Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32446, 32106 u 32269 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32106 u 32269 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun swiet lil pajjiżna biex jinġieb, jitpoġġa għall-wiri, u jiġi rritornat is-Sejf ta’ de laValette, u jagħti analiżi ta’ x’inhuma dawn l-ispejjeż?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32106 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32106 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?
L-Imtarfa – Triq l-Imtarfa – dislivelli ta’ asfalt
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31854 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u ċioè: Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex jiġu indirizzati dislivelli ta’ asfalt, fi Triq l-Imtarfa, ġewwa l-Imtarfa, għax qed iwasslu biex joqogħdu rqajja tal-ilma, li qed ikunu ta’ dannu għal għadd ta’ residenzi li qed jidħlilhom l-ilma fi djarhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li Triq l-Imtarfa għandha bżonn li tinbena mill-ġdid bl-ispiża stmat li titla’ madwar €18,000. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stima mill-Perit tal-Kunsill kif ukoll site plan taż-żona.
Intant infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa li l-problema nħolqot għaliex (1) il-livell tar-residenza (binja ġdida li nbniet madwar seba’ snin ilu fl-aktar parti dejqa ta’ Triq l-Imtarfa) qiegħed ’l isfel mit-triq; u (2) ir-roqgħa bid-diżlivell li qed issir referenza għaliha saret mill-istess kuntrattur li għamel id-
drainage house connection
għall-binja msemmija.
Attachments:31968_Paper Laid.pdf31968_Mtarfa, Triq l-Imtarfa (Marked).pdf
L-Imdina – is-Saqqajja – art protettiva tal-playground fil-bandli – xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih rigward ta’ manutenzjoni urġenti meħtieġ fuq l-art protettiva tal-playground bil-bandli fis-Saqqajja, l-Imdina, hekk kif allegatament weġġgħu t-tfal minħabba l-kundizzjoni ħażina tal-art?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imdina li ma rċieva l-ebda rapport li weġġgħu xi tfal. Intant infurmat ukoll li dan l-aħħar il-Kunsill għamel xogħol ta’ manutenzjoni fil-bandli. Fil-frattemp il-Kunsill ser iqabbad playground inspector biex jagħmel risk assessment sabiex il-Kunsill ikollu stampa tas-sitwazzjoni u jkun jista’ jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jiġi stallat bus shelter fit-triq tal-Irdum ta' Ħad-Dingli, biswit iż-żoni tal-Kappella tal-Madalena, liema żona tospita mijiet ta’ turisti u Maltin, li jużaw transport publiku, u jkunu esposti għall-elementi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qed tevalwa dan is-suġġeriment.
L-Imtarfa – Triq l-Imtarfa – dislivelli ta’ asfalt
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex jiġu indirizzati dislivelli ta’ asfalt, fi Triq l-Imtarfa, ġewwa l-Imtarfa, għax qed iwasslu biex joqogħdu rqajja tal-ilma, li qed ikunu ta’ dannu għal għadd ta’ residenzi li qed jidħlilhom l-ilma fi djarhom?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
L-Imdina – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imdina mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm tlett rapporti ta’ serq u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm kazi ta’ hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.
Ir-Rabat – Triq Ġorġ Borg Olivier — Zebra Crossing
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni mill-aktar fis biex iż-zebra crossing li hemm fit-Triq Ġorġ Borg Olivier kważi kantuniera ma' Triq il-Kulleġġ titressaq iżjed 'l isfel, peress li tinsab eżattament kif iddur ma' kantuniera u tista’ tkun ta' periklu għal min jaqsam it-triq, u kif ukoll għas-sewwieqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Traffic Management Unit ser jistudja u jevalwa din il-proposta biex jikkonkludi fuq l-aħjar soluzzjoni f’dan ir-rigward.
Ir-Rabat – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa r-Rabat (Malta) mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ serq irrapurtat minn djar u stabbilimenti lill-Pulizija fir-Rabat bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 kien jammonta għal 38 każ, illi minnhom wieħed ġie solvut. Ma kienx hemm hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.
Ħaż-Żebbuġ – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa Ħaż-Żebbuġ mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm 13 -il rapport ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija f’Ħaż Żebbuġ bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u tlieta minnhom ġew solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups fl-istess perjodu.
Ħad-Dingli – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa Ħad-Dingli mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm tlett rapporti ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija f’Ħad Dingli bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups irrappurtati fl-istess perjodu.
L-Imtarfa – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imtarfa mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ serq irrapurtati minn djar u stabbilimenti lill-Pulizija fl-Imtarfa bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 kien jammonta għal tlieta u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.
L-Imġarr – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imġarr mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm ħames rapporti ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija fl-Imġarr bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm rapporti ta’ hold ups fl-istess perjodu.
Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jiġi kkuntattjat biex ikun jista’ jagħmel il-pagament tal-qbiela li ilu pendenti numru ta’ snin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu konċernat għandu bżonn jipprovdi numru ta’ dokumenti lill-Uffiċċju Konġunt, sabiex dan jipprova t-titlu tiegħu fuq il-propjeta’ in kwistjoni. Mingħajr dawn id-dokumenti, l-Uffiċċju Konġunt ma jkunx jista’ jipproċedi bir-rikonoxximent rikjest.
Għaldaqstant, l-Uffiċċju Konġunt se jkun qed jinforma lill-individwu konċernat bil-lista ta’ dokumenti li hemm bżonn, sabiex dan r-rikonoxximent ikun jista’ jsir.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-proċess tal-għażla ta’ Head of Accreditation within the National Commission for Higher Education (NCFHE) bl-ordni tal-kandidati kif ġew ikklassifikati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dispost li ngħaddi l-informazjoni mitluba privatament u b'mod kunfidenzjali u dan minħabba kundizzjonijiet ta' protezzjoni tad-data.
National Aerospace Centre — riżultati għall-applikazzjoni tal-pożizzjoni ta' scientist/researcher/engineer
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-applikazzjoni għall-pożizzjoni ta' scientist/researcher/engineer fin-National Aerospace Centre f'vacancy number 293707?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella bir-riżultati tal-applikazzjoni għall-pożizzjoni ta' scientist/researcher/engineer fin-National Aerospace Centre, f'vacancy number 293707, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra