Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għaqdiet mhux governattivi — eżenzjonijiet ministerjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru eżenzjonijiet ministerjali, sena b'sena lil għaqdiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet volontarji li mhumiex reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-organizzazzjonijiet volontarji minn kemm ilu mwaqqaf dan l-uffiċċju?

Response (DALLI, HELENA)

In-Numru ta' eżenzjonijiet ministerjali, sena b'sena lil għaqdiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet volontarji li mhumiex reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-organizzazzjonijiet volontarji minn kemm ilu mwaqqaf dan l-uffiċċju kienu hekk: Sena 2009 = 1 Sena 2010 = 10 Sena 2011 = 16 Sena 2012 = 46 Sena 2013 = 9
Leg 12 PQ #737 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet ta' ċirkonċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' ċirkonċiżjoni pediatric f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Investigazzjoni fuq skema rigward sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37959 u jserraħ moħħ is-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom li l-investigazzjoni li se jagħmel tkun waħda serja indipendenti u trasparenti speċjalment meta wieħed jikkunsidra li fl-iskema mħabbra u li s-sajjieda sejħulha skema diskriminatorja, hemm involuti fondi tal-Unjoni Ewropeja kif ukoll fondi nazzjonali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Press Release numru PR 2442 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar is 7 ta’ Novembru 2012, ninformah li miż-żmien li saret din il-mistoqsija parlamentari kien hemm żviluppi importanti, fosthom fuq punt ewlieni li kienu qajmu s-sajjieda, jiġifieri l-bżonn li jsir tkissir tal-bastimenti. Fil-fatt fi-stqarrija oħra sussegwenti tad-Dipartiment tal-Informazzjoni numru 2455 ngħatat kjarifika li fuq parir tas-Superintendenza tal-Patrimonju Kulturali, fid-dawl tal-fatt li numru ta’ bastimenti jista’ jkollhom valur storiku, kulturali etnografiku jew folkloristiku, il-bastimenti li l-applikant tagħhom kellu fl-intent tiegħu li jitkissru se jkunu qed jinżammu mill-gvern bil-għan li jsir eżerċizzju li jiddetermina l-eżistenza jew le ta’ dan il-valur. Dan l-arranġament ġie milħuq b’ mod posittiv mill-koperattivi. Qed inpoġġi kopja ta’ din l-istqarrija fuq il-Mejda tal-Kamra.

testijiet fuq nagħaġ u mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38245 u jgħid kemm saru testijiet fuq nagħaġ u mogħoż mis-Servizzi Veterinarji f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar 3 snin? Jista' jgħid f'liema żoni saru dawn l-ispezzjonijiet kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #38604 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru tal-Intern

Parking fuq linji sofor

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu passi effettivi sabiex ma jibqax ikun hemm parking regolarment fuq il-linji sofor maġenb l-istabbiliment li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament, f'Wied Għomor, San Ġiljan, kemm minħabba l-fatt li din it-triq hija dejqa u two ways fl-istess ħin u anki minħabba li hemm għadd ta' garaxxijiet fil-qrib? Jista' l-Ministru, flimkien mal-kunsilli lokali u dawk l-entitajiet kollha responsabbli għal-liċenzja ta' dan l-istabbiliment jieħdu l-azzjoni konkreta flimkien minħabba l-inkonvenjent kbir li qed jinqala riċentament anki matul il-jum ukoll u mhux filgħaxijiet biss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan regolarment jagħmlu ronda fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, sabiex kemm jista’ jkun jipprevenu milli jkun hemm ksur ta’ liġi, inkluż ksur tar-regolamenti tat-traffiku, u sabiex jittieħdu passi skont il-liġi kontra min ikun qed jikser il-liġi. Fil-fatt ninsab infurmat ukoll illi matul din is-sena, l-pulizija ħarġet 284 ċitazzjoni għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku fit-triq imsemmija. Infurmat ukoll mill-Kumitat Reġjonali Ċentrali li l-gwardjani lokali jissorveljaw l-akwata regolarment. Intant l-Uffiċjal Awtorizzat tar-Reġjun ingħata struzzjonijiet sabiex tingħata aktar attenzjoni għal dawn l-irregolaritajiet.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38250 u jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38248 u jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38252 u jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għall-perjodu msemmi kienet ta’ 10,992.04 ewros.

tniġġis tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37755 u jgħid kif jikkompera t-tniġġiż tal-arja Maltija u Għawdxija meta kkomperata mat-tniġġiż fil-pajjiżi Ewropew?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kwalita' tal-arja tvarja minn post għall-ieħor. Dan il-fenomenu huwa osservat f'kull pajjiż Ewropej inkluż f'Malta u jiddependi fuq il-preżenza ta' sorsi ta' tniġġis. Il-kwalita' tal-arja fiż-żoni rurali f'Malta u Għawdex, tinsab f'livell ikkunsidrat aċċettabli skont il-parametri stabbiliti mil-liġijiet Ewropej, ħlief għal livelli tal-ożonu. Livelli għolja ta' ożonju jiġu rreġistrati mill-istazzjon tal-Għarb, Għawdex, fis-sajf. Dan il-fenomenu huwa prinċipalment ikkawżat minn trasport tal-ożonu ġej mill-kontinent Ewropew. Filwaqt li f'żoni traffikużi jew qrib ta' "point sources of pollution" is-sitwazzjoni tal-kwalita tal-arja tvarja billi f'okkażjonijiet ġieli ġew irreġistrati livelli għolja tal-PM10 u NO2, mentri l-livelli tas-sustanzi inkwinanti l-oħra kollha li aħna marbutin li nkejlu fl-arja jibqgħu skont il-parametri stabbiliti mil-liġi ewropeja. Għaldaqstant, meta jiġu evalwati r-riżultati tal-livelli nkwinanti fl-arja għal Malta u Għawdex kollha, skont kif hu stabbilit fil-liġijiet Ewropej, pajjiżna m'għandux problemi bil-livelli ta' dijossidu tal-kubrit, monossidu tal-karbonju, u metalli tqal fl-arja. Din is-sitwazzjoni hija simili tas-sitwazzjoni fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej l-oħra.

Kontijiet tad-dawl residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37791 u jagħti statistika ta' kemm kien hemm kontijiet tad-dawl residenzjali u oħrajn, li matul is-snin 2009 - 2012 li ħarġu €0? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex dan seħħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ kontijiet mill-2010 sal-lum li ħargu b’ammont negattiv (kreditu) jew zero hu ta’ 84,894. Minn 84,894 kont, 2,489 ħarġu b’ammont €0. Il-kumplament ħargu b’ammont negattiv (bi kreditu) Ir- raġunijiet prinċipali li dan jiġri huma tlieta: 1. Minħabba installazjonijiet fotovoltajiċi meta il-konsumatur jiġġenera iżjed milli jikkonsma. 2. Il-konsumatur jħallas iżjed fuq il-kont. 3. Il-konsumatur jħallas “ estimates ” għoljin, u meta hemm ir-reviżjoni awtomatika ta’ kull sitt xhur fuq qari attwali, il-kont attwali joħrog “ in credit ”

warrant ta' ġerantologist

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37699 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex jekk aħna sejrin fi żmien msejjaħ the age of the ageing, l-istudenti li qed jigradwa f'diploma level, Masters jew PHD fil-ġerantologija għandhomx huma ukoll jingħataw il-warrant ta' ġerantologist ħalli jkunu jistgħu jaħdmu u jipprattikaw dak li jkunu studjaw f'dan il-qasam?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li il-Ġerontoloġija mhix waħda mill-professjonijiet regolati taħt L-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kap 464) u għalhekk ma hemmx bażi legali li fuqha tista’ jew li hemm bżonn tinħareġ warrant. Infakkar lill-Onor. Interpellant li ħafna minn dawk li jsegwu il-kors tal-ġerontoloġija huma diġa professjonisti ġejjin minn waħda mill-professjonijiet regolati mill-Att u ġħalhekk diġa għandhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom.

Ħela ta' enerġija ġenerata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37886 u 37552 u jgħid jekk jeżistix perjodu fil-ġurnata li tiġi ġġenerata enerġija mill-power station li ma tintużax jew li tiġi ġġenerata enerġija iktar milli għandu bżonn il-pajjiż u għalhekk jinħela? F'liema huma dawn il-ħinijiet tal-ġurnata u kemm tkun l-enerġija ġġenerata li ma tintużax?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-ebda ħin ma jiġi ġġenerat elettriku iktar milli jkun hemm bżonn li jiġi ġġenerat. Ninsab infurmat ukoll illi fil-proċess ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija mill- Power Station f’Delimara s-sħana li hemm fl- exhaust li tiġi ġġenerata mill-proċess ta’ combustion fuel tiġi riċiklata f’enerġija. Filfatt, 9% tal-elettriku tal-impjant il-ġdid qed jiġi ġenerat b’dan il-mod. Fid-diżinn tal-proġett tal-estensjoni, ingħatat kull attenzjoni biex l-proċess ta’ konverzjoni tal-enerġija jkun mill-aktar effiċjenti u fl-istess waqt jibqa’ ekonomikament vijabbli. Il- combined cycle plants (jiġifieri kemm it-turbina tal-gass kif ukoll il-magna diesel il-ġdida) għandhom sistemi ta’ rkupru li jippermettu l-użu tas-sħana mill- exhaust . Dan għaliex l- exhaust , wara li jgħaddi mill-proċessi intiżi li jnaqqsu drastikament l-emissjonijiet, jgħaddi l- boiler li jsaħħan l-ilma u jibdlu fi fwar. Dan il-fwar jintuża biex titħaddem l-i steam turbine , biex b’hekk tittieħed ukoll l-enerġija tal- exhaust u jiġi prodott 13 MW mill-enerġija maħżuna fl- exhaust . Dan huwa ekwivalenti għal madwar 9% mill-elettriku ġġenerat fl-impjant il-ġdid.

Investigazzjoni dwar skema tat-tkissir ta' bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37958 u jinforma l-Kamra x'passi ħa, jew se jieħu, biex issir l-investigazzjoni serja dwar l-iskema tat-tkissir ta' bastimenti mħabbra riċentement mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, kif appellaw l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd u l-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd li bejniethom jirrappreżentaw 'l fuq minn 1000 sajjied?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa obbligu ta’ kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li kull skema u proġett li huma ko-ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea jiġu regolarment ivverifikati mill-istrutturi nazzjonali tal-Programm, fosthom l-Awtorita’ ta’ Ġestjoni, l-Korp Intermedjarju u d-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet. L-istess stħarriġ isir kemm fuq l-istrutturi tal-Programm u kemm fuq il-benefiċċjarji nfushom. Kif kien spjegat fl-istqarrija maħruġa mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali ta’ nhar is-7 ta’ Novembru, il-mekkaniżmu ta’ din l-iskema kellu jinbidel abbażi tal-leġislazzjoni viġenti, sew dik nazzjonali u kif ukoll dik tal-Unjoni Ewropea, marbuta mal-implimentazzjoni tad-direttiva dwar l-iskart. Għalhekk saret sejħa għat-tarznari liċenzjati kollha, fejn tnejn biss urew interess li joffru l-faċilitajiet tagħhom sabiex isir it-tkissir fihom. Dawn iż-żewġ tarznari ġew indikati lis-sajjieda fil-Linji Gwida maħruġa lilhom bħala parti minn din l-iskema. Barra minn dan, wara l-istqarrija maħruga mill-istess Koperattivi, l-istess Ministeru, fuq parir tas-Superintendenza tal-Patrimonju Kulturali, iddeċieda li minflok jitkissru, dawn l-opri tal-baħar se jkunu qed jinżammu mill-Gvern bil-għan li jsir eżerċizzju li jiddetermina l-eżistenza jew le tal-valur storiku, kulturali etnografiku jew folkloristiku li jista’ jkollhom. Għaldaqstant, li jkun qed jiġri hu li s-sajjied ma jkissirx il-bastiment hu iżda biss iċedi kull jedd fuqu, liema jedd jgħaddi f’idejn l-awtoritajiet.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Interpellant li l-figura ta’ spiża fuq fuel tkopri 'l fuq minn 850 inġenji u vetturi li l-parti kbira minnhom huma vetturi u inġenji tax-xogħol li fid-dawl tan-natura tagħhom għax-xogħol rikjest minnhom jikkunsmaw konsiderevolment. Infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li l-mobile phones illum huma għodda ndispensabbli b’mod partikolari fit-twettieq tal-funzjonijiet li għandu dan il-Ministeru fejn numru konsiderevoli ta’ impjegati li jġorru karigi ta’ responsabbiltà jkunu fuq il-lantijiet tax-xogħol u m’għadux jitqies bħala benefiċju. Għaldaqstant l-impjegati li bħala parti mix-xogħol tagħhom huma assenjati mobile phone huma dwak li x-xogħol tagħhom jitlob li jkunu fuq dawn il-lantijiet u/jew meħtieġa li jkunu on call anki f’ħinijiet barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-ispejjeż relatati man-nefqa fuq mobile phones u fuel għall-perjodu Jannar – Ottubru 2012
Leg 11 PQ #38260 Sitting 532 2012-12-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tagħha għamel il-ministeru tagħha matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — Spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tagħha għamel il-ministeru tagħha matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ispiża fuq il-mobile phone tal-Ministru matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012 kien ta’ €1377.58 u l-ispiża ta’ fuel għal karozza tal-Ministru matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru huwa ta’ €794.44.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — Spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispejjez tul l-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena fuq fuel kien ta’ €5,669.14 mentri l-ispejjez tal-mobile kienu ta’ €11,306.92

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur — Spejjeż ta' Mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li l-ispiża fuq mobile phones u fuel għall-karozzi tal-Ministru kienu ta’ €8,219.52 u €5,867.43 rispettivament.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispejjez ghall-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena fuq materjal informattiv kien ta’ €22,284.56