Legislature:
Category:
Reset
Active:

Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali – votanti ta’ 16-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se jkun in-numru ta’ żgħażagħ li se jibbenefikaw mit-tibdil fil-liġi biex żgħażagħ ta’ 16-il sena jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ żgħażagħ fl-eta’ ta’ 16 u 17- il sena li se jibbenefikaw mit-tibdil fil-liġi biex ikunu jistgħu jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-34 kunsill lokali li ser isiru fil-11 t’ April, 2015, huwa ta’ 4,231.

Rifużjoni ta’ taxxa żejda mħallsa fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li bbenefikaw matul l-2014 mill-pagament ex gratia għal dawk li ħallsu taxxa żejda fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozza tagħhom bejn l-2004 u l-2008? Kemm kienet l-ispiża fuq din il-miżura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellat li fl-2014 kien hemm 29,126 applikazzjoni eliġibbli għall-iskema biex jibbenefikaw mill-pagament ex-gratia għal dawk li ħallsu taxxa żejda fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozza tagħhom bejn l-2004 u l-2008. L-ispiża totali fuq din il-miżura għas-sena 2014 kienet tammonta għal Eur3,171,335.
Leg 12 PQ #13173 Sitting 227 2015-01-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Tnaqqis fir-rata ta’ taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li bbenefikaw matul l-2014 mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 32% għal 29%? Kemm hu maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngharraf lill-Onorevoli Nterpellant li fil-prezent id-Dipartiment m'huwiex f'pozizzjoni li jipprovi l-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni tkun disponibbli wara li tingabar l-informazzjoni necessarja u jkunu pprocessati l-formuli tat-taxxa ghas-sena bazi 2014, jigifieri lejn l-ahhar kwart tas-sena 2015.
Leg 12 PQ #13174 Sitting 227 2015-01-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Tnaqqis ta’ taxxa minn ġenituri li jibgħatu tfal f’childcare centres bi ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibgħatu lill-uliedhom f’childcare centres bi ħlas u li bbenefikaw matul l-2014 mit-tnaqqis fit-taxxa? Kemm huwa maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li fil-preżent id-Dipartiment m'huwiex f'pożizzjoni li jipprovi l-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni tkun disponibbli wara li tinġabar l-informazzjoni neċessarja u jkunu pproċessati l-formuli tat-taxxa ghas-sena bażi 2014, jiġifieri lejn l-aħħar kwart tas-sena 2015.

Ċentri ta’ detenzjoni – allegazzjonijiet ta’ vjolenza fuq immigranti irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti irregolari f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat, li kellhom jingħataw kura medika wara allegazzjonijiet ta’ vjolenza fuqhom? Jista’ jgħid fiex kienet tikkonsisti din il-kura?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ kien jinżamm l-ebda rekord għal din l-informazzjoni mitluba.

Ċentri ta’ detenzjoni – allegazzjonijiet ta’ vjolenza fuq uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu investigati allegazzjonijiet ta’ vjolenza fuq membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, uffiċjali tad-detenzjoni u membri oħra li jaħdmu f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu l-allegazzjonijiet f’kull każ? Jista’ jgħid kemm minnhom irriżultaw veritiera u kemm le? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn nies tressqu l-Qorti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri ta’ detenzjoni – allegazzjonijiet ta’ vjolenza fuq uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, uffiċjali ta’ detenzjoni u membri oħra li jaħdmu f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat, li kellhom jingħataw kura medika wara allegazzjonijiet ta’ vjolenza fuqhom? Jista’ jgħid fiex kienet tikkonsisti din il-kura?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Każijiet ta’ pick pocketing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ pick pocketing bejn l-2008 u l-2014, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet seħħew? Jista’ jgħid x’kienu l-affarijiet misruqa? Jista’ jgħid kemm tressqu nies il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija u kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija? F’każ ta’ nazzjonalità barranija, jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu? Jista’ jgħid x’kienu s-sentenzi mogħtija mill-Qorti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Servizz b’xejn ta’ child care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-familji li qed jibbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern mill-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa matul l-2014 fuq din il-miżura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema taċ-Childcare bla ħlas daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ April 2014 u minnha ibbenefikaw 3,857 tifel u tifla sal-aħħar ta’ Diċembru 2014. In-nefqa fuq l-iskema matul l-2014 kienet ta’ €5.2 miljun. Informazzjoni ta’ kemm ibbenefikaw familji mhux possibbli tingħata f’dan l-istadju, peress li l-proċess li qed jitħaddem huwa wieħed manwali, u kull applikazzjoni tiġi kkunsidrata b’mod individwali. Id-Dipartiment qiegħed fi proċess li jimplimenta sistema diġitali, dik ta’ ‘Childcare Information System’, li waħda mill-funzjonijiet tagħha tkun li tista’ tinġabar din it-tip ta’ informazzjoni.

Għoti ta’ kolazzjon nutrittiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn huma jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjon nutrittiv li beda joffri l-Gvern mill-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa matul l-2014 fuq din il-miżura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Breakfast Club beda f’April 2014. Matul il-perjodu April 2014 - Ġunju 2014, kienu jattendu madwar 700 student kuljum. Is-servizz reġa’ beda jopera fis-sena skolastika 2014/2015. Matul il-perjodu Settembru 2014 - Diċembru 2014, attendew 950 student kuljum. In-nefqa finanzjarja kemm ilu jopera dan is-servizz kienet ta’ €295,458.07. Din l-ispiża tinkludi spejjeż fir-rigward ta’ xiri tal-ikel kif ukoll salarji tal-ħaddiema. Dan it-total ma jinkludix in-nefqa tas-salarji tal-aħħar xahrejn tal-2014 peress li dawn għadhom qed jiġu proċessati.

Uffiċjali tad-Detenzjoni – passi dixxiplinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suldati u/jew uffiċjali tad-detenzjoni li ħadmu mal-immigranti irregolari u li ttieħdu xi forma ta’ passi dixxiplinarji kontra tagħhom bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid x’kienet f’kull każ ir-raġuni li minħabba fiha ttieħdu l-passi dixxiplinarji?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ċentri ta’ Detenzjoni – ħarbiet irreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati ħarbiet minn immigranti miżmuma f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dati ta’ kull ħarba? Jista’ jgħid kemm kien hemm immigranti involuti f’kull ħarba? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-immigranti nqabdu u kemm għadhom sal-lum ma nqabdux? Jista’ jgħid mill-investigazzjonjiet li saru x’kienu r-raġunijiet li minħabba fihom seħħew dawn il-ħarbiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risosta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ċentri ta’ detenzjoni – attentati ta’ ħarbiet irreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati attentati ta’ ħarbiet minn immigranti miżmuma f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dati ta’ kull attentat ta’ ħarba? Jista’ jgħid kemm kien hemm immigranti involuti f’kull attentat ta’ ħarba? Jista’ jgħid mill-investigazzjonjiet li saru x’kienu r-raġunijiet li minħabba fihom seħħew dawn l-attentati ta’ ħarbiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra

Ċentri ta’ Detenzjoni – passi dixxiplinarji konnessi ma’ ħarbiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ ħarbiet minn immigranti miżmuma f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012 li dwarhom ittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, uffiċjali tad-detenzjoni jew persuni oħra? Jista’ jagħti d-data ta’ kull ħarba fejn ittieħdu passi dixxiplinarji? Jista’ jgħid f’kull każ, x’kienu l-passi dixxiplinarji li ttieħdu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ma’ kien jinżamm l-ebda rekord ta’ passi dixxiplinarji li tieħdu fil-komfront ta’ membri tal-Forzi Armati, uffiċjali ta’ detenzjoni jew persuni oħra li jinsabu li kienu involuti f’ħarbiet miċ-ċentri ta’ detenzjoni fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant.

Ċentri ta’ Detenzjoni – passi dixxiplinarji konnessi ma’ attentati ta’ ħarbiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ attentati ta’ ħarbiet minn immigranti miżmuma f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012 li dwarhom ittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, uffiċjali tad-detenzjoni jew persuni oħra? Jista’ jagħti d-dati ta’ kull attentat ta’ ħarba fejn ittieħdu passi dixxiplinarji? Jista’ jgħid f’kull każ x’kienu l-passi dixxiplinarji li ttieħdu?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari 13157.

Ċentri ta’ Detenzjoni – allegazzjonijiet ta’ vjolenza fuq immigranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu investigati allegazzjonijiet ta’ vjolenza fuq immigranti mi¿muma f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat, minn uffiċjali tal-forzi tal-ordni? Jista’ jagħti d-data ta’ kull każ? Jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu l-allegazzjonijiet f’kull każ? Jista’ jgħid kemm minnhom irriżultaw veritiera u kemm le? Jista’ jgħid x’passi dixxiplinarji ttieħdu f’dawk il-każijiet li rriżultaw veritiera? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn nies tressqu l-Qorti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li lanqas f’dan il-każ ma kienet tinżamm ebda forma ta’ rekords.
Leg 12 PQ #12634 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Żieda fil-miżati tal-eżamijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk żdidux il-miżati tal-eżamijiet li jsiru bħala O levels u A levels? Jista’ jgħid jekk l-Università qabel għolliet dawn il-prezzijiet ħaditx in konsiderazzjoni kemm setgħu jintlaqtu b’mod negattiv studenti li soltu jpoġġu għalihom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #12635 Sitting 211 2014-12-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Żieda fil-prezzijiet tas-sigaretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ied is-sisa fuq kull pakkett tas-sigaretti b’€0.10 u jekk il-kumpaniji li jġibu s-sigaretti żidux €0.25 fuq kull pakkett u żallura ż-żieda ta’ kull pakkett sigaretti hija ta’ €0.35?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iż- żieda tas-sisa fuq is-sigaretti hija magħmula minn element ta’ taxxa fissa li tinħadem fuq kull 1000 sigarett, li f’dan il-budget kienet tammonta għal ħames Ewro, persentaġġ stabbilit ad valorem ta’ 25% li jinħadem fuq iż-żieda tal-prezz ta’ pakkett sigaretti fis-suq, kif ukoll il-ħlas applikabbli tal-VAT. Il-Gvern ma jiffissax ir- retail price tas-sigaretti. Għalhekk, minħabba dawn il-fatturi, iż-żieda finali tvarja bejn prodott u ieħor skond il-prezz, inkluż il-mark-up, iddeterminat mill-importaturi għal-brands tagħhom.

Mosta – Triq l-Antinni – pjanijiet tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tat-traffiku għal Triq l-Antinni, Mosta, wara l-petizzjoni li dawn l-istess residenti ġabru u preżentaw lil diversi entitajiet?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li l-Awtorità tat-Trasport irċieviet talba mill-Kunsill Lokali tal-Mosta sabiex Triq Waqqafa issir f'direzzjonji waħda tat-traffiku. Din it-talba ġiet approvata għal żmien temporanju ta' prova fid-direzzjoni tar-rotta tal-linja. Sussegwentament, għal raġunijiet ta' ċirkolazzjoni tat-traffiku fiż-żona magħrufa bħala ta' Mlit, il-kunsill lokali talab sabiex Triq Antinni issir ukoll f'direzzjoni waħda tat-traffiku iżda fid-direzzjoni opposta ta' Triq Waqqafa. Din it-talba ġiet approvata għal żmien temporanju ta' prova bil-kundizzjoni li l-kunsill ikkonsulta mar-residenti. Meta l-Awtorità ġiet infurmata bil-petizzjoni tar-residenti ta' Triq Antinni, saret laqgħa fuq il-post mal-kunsill lokali. Wara din il-laqgħa l-Awtorità għamlet xi proposti lill-kunsill lokali fit-2 ta' Lulju 2014. L- Awtorità qed tistenna risposta mingħand il-kunsill fejn jistgħu jiġu diskussi u maqbula miżuri alternattivi għal din it-triq.

Kunsilli lokali — Konsultazzjoni mar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti parir lill-kunsilli lokali biex qabel ma jkunu se jagħmlu xi tibdiliet li jafettwaw lir-residenti, bħal tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku, l-istess residenti jiġu kkonsultati?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li kull approvazzjoni li taffettwa lir-residenti għandha kundizzjoni speċifika li l-kunsill għandu jikkonsulta lir-residenti u li jilħaq qbil magħhom. Dawn it-tipi ta' approvazzjonijiet joħorġu wkoll fuq talba tal-kunsill lokali rispettiv u jkunu fuq perijodu ta' prova fejn ir-residenti jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom.