Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min kienu l-Uffiċjali tas-Sena tal-Korp tal-Pulizija bejn l-2004 u l-2015 u x’kienet ir-raġuni li għaliha ngħataw dawn l-unuri, sena b’sena, b’mod separat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Korp tal-Pulizija – Għoti ta’ “Certifikat ta’ Kommendazzjoni”
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ min kienu l-pulizija li ngħataw ċertifikat ta’ kommendazzjoni bejn l-2004 u l-2015? X’kienet ir-raġuni li għaliha ngħata dan iċ-ċertifikat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq bejn l-2004 u l-2014, sena b’sena, b’mod separat, li fihom kienu involuti żwiemel? Jista’ jgħid f’liema lokalità seħħ kull inċident? Jista’ jindika jekk f’kull każ kenitx involuta xi vettura jew vetturi? Jista’ jindika kemm kienu involuti vetturi f’kull każ? Jista’ jindika jekk f’kull każ kienx hemm persuni li sfaw midruba? Jista’ jindika f’kull każ jekk iż-żiemel safax midrub jew jekk mietx?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-istatistika ma tinżammx mill-Ministeru tiegħi u għaldaqstant nitolbu sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq bejn l-2004 u l-2014, sena b’sena, b’mod separat, li fihom kienu involuti żwiemel? Jista’ jgħid f’liema lokalità seħħ kull inċident? Jista’ jindika jekk f’kull każ kenitx involuta xi vettura jew vetturi? Jista’ jindika kemm kienu involuti vetturi f’kull każ? Jista’ jindika jekk f’kull każ kienx hemm persuni li sfaw midruba? Jista’ jindika f’kull każ jekk iż-żiemel safax midrub jew jekk mietx?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Pixxina Nazzjonali – rapport viżwali dwar l-istat tal-pixxina
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport viżwali dwar l-istat tal-pixxina nazzjonali li sar fl-2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bir-rapporti li saru fl-2013 dwar l-istat tal-pixxina nazzjonali. Dan id-dokument fih dawn ir-rapporti:-
- Condition Report bl-appendiċi minn 1 sa 6 inklużi 'Report Related to Access for All Issues' - April 2013, u 'Report Related to Access for All Issues Addendum 1' - Mejju 2013;
- Condition Report - Addendum 1 priorities;
- Preliminary Cost Estimate Report
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — testijiet relatati ma’ droga fuq impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-2013 u l-2014 sarux testijiet relatati ma’ droga fil-ħabs fuq membri tal-istaff tal-istess ħabs? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn irriżultaw fil-pożittiv u x’passi jittieħdu f’dawn il-każijiet? Jista’ jgħid jekk dawn it-testijiet kenux isiru qabel l-2013?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant b’kollox saru 188 test relatati ma’ droga fuq l-impjegati, 102 fis-sena 2013 u 86 fis-sena 2014, fejn minnhom kien hemm żewġ uffiċjali li nstabu positive u ttieħdu passi bil-qorti kontra tagħhom. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn it-testijiet ma saru qatt taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — miżuri għal ġlieda kontra d-droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar matul l-2013 u l-2014 biex fil-ħabs tkun miġġielda b’iktar qawwa l-problema tad-droga?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Faċilita Korretiva ta Kordin investit f’xiri ta sitt t-iklieb mir-Republika Ċeka għal spiża ta’ madwar 30k. Ma dawn il-Klieb ġew assenjati 6 handlers fejn fil-present qiegħed jingħatalhom taħriġ meħtieġ. L-amministrazzjoni preċedenti ħalliet klieb fil-ħabs li suppost jxommu d-droga, jsiru pets tar-residenti. Apparti minn hekk ittieħdet deċiżjoni li jsiru aktar testijiet spissi għad-droga ‘urine tests’, fuq ir-residenti u għall-ewwel darba tieħdet deċiżjoni li jsiru fuq l-istaff. Irrid nispeċifika li d-droga tista tidħol fil-faċlita bi erba’ metodi, mal-viżitaturi, nies li jġorru servizzi, ma l-istaff jew tintefa minn barra, b’hekk is-searches fuq il-viżitaturi jew fuq min jieħu servizzi mill-ħabs saru aktar rigorużi. Irrid nispeċifika li dan il-Gvern jemmen li d-droga mhux aċċetabli fil-ħabs għax ma jistax jkollok reabilitazzjoni f’post fejn jkollok id-droga. Għalhekk l-Gvern beda program edukattiv u xogħol biex ir-residenti ta’ Kordin jkunu jistgħu jikontribwixxu anke mill-Faċilita l-bogħod mill-vizzju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar ta' droga minn barra l-pajjiż bl-ajru, kien hemm matul l-2013 u l-2014, li nqabad mill-Pulizija? Minn liema pajji¿i kienu ġejjin it-titjiriet? X’tip ta’ droga nqabet u kemm kien l-ammont? Kemm kien hemm persuni arrestati? Ta’ liema nazzjonalità kienu l-persuni arrestati? Kemm huwa maħsub li kien il-valur, fit-triq, tad-droga maqbuda skont it-tip tad-droga maqbuda?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li taw id-demm bejn is-sena 2000 u s-sena 2013, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu rġiel u kemm nisa, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema gruppi ta’ etajiet kienu ġejjin, sena b’sena, b’mod separat ? Jista’ jgħid ta’ liema blood group kienu dawk li taw id-demm, sena b’sena b’mod, separat? Jista’ jgħid ukoll kemm–il unit ta’ demm ingħata bejn is-sena 2000 u s-sena 2013, sena b’sena, b’mod separat?
Membri tal-Forzi Armati – akkużi relatati ma’ droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Forzi Armati li kienu akku¿ati quddiem il-Qrati b’akkużi relatati ma’ droga mill-1999 sal-2012 sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid f’kull każ x’kienet l-akkuża u d-data meta l-persuna/i tressqet/tressqu quddiem il-Qrati? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu internament mill-Armata f’kull każ u jispeċifika fejn il-persuna/i tkeċċiet/tkeċċew mill-Armata? Jista’ jgħid x’sentenza ngħatat mill-Qrati f’kull każ u d-data meta ngħatat is-sentenza?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 1999 sal-2012 tressqu quddiem il-Qrati tnax il-membru tal-Forzi Armati, b’akkuzi relatati ma’ droga. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Rapport tal-Awditur Ġenerali – ħlasijiet pendenti approvati mis-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-żgħażagħ u sport fl-2013
Question
Jista’ l-Ministru jippublika l-korrispondenza kollha relatata mal-każ imqajjem fir-rapport annwali tal-Awditur Ġenerali fejn tliet ġimgħat biss qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, is-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-żgħażagħ u l-isport ta’ dak iż-żmien, approva ħlas b’lura għal xogħol li kien sar fis-sena u nofs ta’ qabel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress li l-informazzjoni mitluba tista’ twassal għal nuqqas ta’ ħarsien tad-dritt għall-privatezza ta’ individwu, it-tagħrif mitlub mhux qiegħed isir pubbliku. Kopja tal-korrispondenza relatata se tingħata lill-Onor. Interpellant b’mod kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li bbenefikaw matul l-2014 mill-miżura li permezz tagħha, anzjani li għandhom 78 sena jew iktar ingħataw allowance ta’ €300? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’effett mis-sena 2014 l-Għotja għall-Anzjani bdiet tingħata lil dawk li għandhom ’l fuq minn 75 sena. Għalhekk matul is-sena 2014 ibbenefikaw 28,396 persuna u n-nefqa kienet ta’ €8,098,318.53.
Ħlas ta’ passaġġ tal-ajru lit-tieni ġenitur li jakkumpanja lit-tifel għal kura barra l-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li fl-2014 bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha l-Gvern beda jħallas għall-passaġġ tal-ajru tat-tieni ġenitur li jakkumpanja lill-ibnu jew lill-bintu għall-kura barra l-pajjiż? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħlas ta’ passaġġ tal-ajru lit-tieni ġenitur li jakkumpanja lit-tifel għal kura barra l-pajjiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li fl-2014 bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha l-Gvern beda jħallas għall-passaġġ tal-ajru tat-tieni ġenitur li jakkumpanja lill-ibnu jew lill-bintu għall-kura barra l-pajjiż? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (MIZZI, KONRAD)
Matul l-2014 bbenifikaw mija u sebgħa u sebgħin (177) il-persuna/ġenitur minn din il-miżura, b’investimet totali ta’ ‘l fuq minn tmienja u sittin elf u ħames mitt ewro (68,500)
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spezzjonijiet fuq drogi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet relatati ma’ droga fid-Diviżjonijiet tal-Ħabs matul l-2013 u l-2014, xahar b’xahar, b’mod separat? Jista’ jgħid jekk kienx hemm okkażjonijiet fejn anke intużat is-sezzjoni tal-klieb tal-Pulizija? Jista’ jgħid x’tip ta’ droga instabet? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu fejn kien il-każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2013 sa Marzu 2013 ma’ nstabu l-ebda rekord fuq dawn l-spezzjonijiet filwaqt li minn April 2013 sa Settembru 2013 kienu jsiru pero ma kienx jinżamm rekord. Minn Ottubru 2013 sa Diċembru 2014 saru 2,829 il-spezzjoni, relatati ma’ droga fid-Divi¿jonijiet tal-Ħabs, id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li kien hemm okażżjonijiet fejn is-sezzjoni tal-klieb ġew użati. Kull meta tinstab id-droga jiġu nfurmati l-Pulizija biex jistħarġu l-każ u jieħdu passi bil-Qorti kontra l-persuni konċernati.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin spezzjonijiet fuq viżitaturi għal droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet relatati ma’ droga fuq viżitaturi li daħlu l-ħabs matul l-2013 u l-2014, xahar b’xahar, b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw fil-pożittiv? Jista’ jgħid x’tip ta’ droga nstabet? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu fejn kien il-każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija xi ħaġa normali li ssir spezzjoni fuq kull viżitatur li jidħol ġewwa il-Faċilita Korretiva ta’ Kordin. Ninformah li minn Jannar 2013 sa Marzu 2013 ma’ nstabu l-ebda rekord ta’ kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw fil-pożittiv, pero minn April 2013 sa Diċembru 2014 kien hemm seba’ każijiet li riżultaw fil-pożittiv, id-dettalji qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. F`kull każ fejn tinstab id-droga issir inkjesta u investigazzjoni mil-Pulizjia kif ukoll jiġu sospiżi milli jidħlu ġewwa il-Faċilita Korretiva ta’ Kordin għall ċertu zmien indefinit.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — testijiet relatati ma’ droga fuq priġunieri għal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq priġunieri relatati ma’ droga fil-ħabs matul l-2013 u l-2014, xahar b’xahar, b’mod separat? Jista’ jgħid x’passi jittieħdu fil-każijiet li rriżultaw fil-pożittiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2013 saru 1,125 test filwaqt li matul is-sena 2014 saru 1,056. Minnhom 1,978 irriżultaw fin-negattiv. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. Ninformah ukoll li kull priġunier li jinstab pożittiv jew jirrifjuta, awtomatikament jittieħdulu l-privileġġi kollha kif ukoll jeħel ir-remission.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta matul l-2014? X’kienet in-nefqa matul l-2014 fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ studenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u li kienu jikkwalifikaw għal għotja ta’ manteniment lill-istudenti matul is-sena skolastika 2013/2014 kienu kif ġej:
Studenti li qed isegwu kors ta’ studju fil-livell post sekondarju: 591
In-nefqa hawnhekk kienet Euro296,909.58 gross.
Studenti li qed isegwu kors ta’ studju ġewwa l-MCAST: 298
In-nefqa hawnhekk kienet Euro101,826.36
Studenti li qed isegwu kors ta’ studju ġewwa l-Universita’ ta’ Malta: 292
In-nefqa hawnhekk kienet Euro149,474.70 matul is-sena 2014.
Tajjeb wieħed iżid illi kien hemm diversi minn dawn l-istudenti li kkwalifikaw quddiem il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti għall-għotja supplimentari ukoll minħabba diversi raġunijiet fosthom dħul baxx, diżabilita`, mard, u kundizzjonijiet oħra partikolari fil-familja.
Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali – votanti ta’ 16-il sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se jkun in-numru ta’ żgħażagħ li se jibbenefikaw mit-tibdil fil-liġi biex żgħażagħ ta’ 16-il sena jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Ministeru tiegħi m'għandux it-tagħrif mitlub fil-mistoqsija. Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Prim Ministru li taħtu jaqa' l-Uffiċċju Elettorali.